Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel primarji — Mellieħa u San Pawl il-Baħar - Kindergarten Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bżonn ta' Kindergarten Assistants fuq l-iskejjel primarji tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar? X'qed iżomm milli jimtlew dawn il-postijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Issa li ġew impjegati l-Kindergarten Assistants II, il-postijiet li kien hemm vakanti fil-Kindergarten tal-iskejjel primarji tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar ġew mimlija.

Dipartiment għall-Imaniġġar tar-Riżorsi — xogħol fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex diversi skejjel qed jiltaqgħu ma' reżistenza inspjeggabbli mid-Dipartiment għall-Imaniġġar tar-Riżorsi fl-iskejjel, meta qed jitolbu li jsir ċertu xogħol fl-iskejjel tagħhom, li bħala riżultat ħtiġijiet ta' manutenzjoni qed jibqgħu ma jsirux b'detriment għas-saħħa u sigurtà tat-tfal u l-għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel jirrikonoxxi t-talbiet kollha li jsiru mill-iskejjel u jgħaddihom lit-Technical Services Branch jew lill Foundation for Tomorrow’s Schools skont it-talba li tkun. Xogħol minuri bi spejjeż li jifilħu għalihom l-iskejjel jgħaddu għand it- Technical Services Branch u huwa l- Operations Manager li jiddeċiedi l-prijorita’ ta’ meta jiġu segwiti skont l-urġenza ta’ kull każ. Xogħol maġġuri bi spejjeż li ma jifilħux għalihom l-iskejjel jiġu diskussi bejn id-Direttorat u l-FTS fi programm ta’ prijoritajiet nazzjonali, u jiġu riżolti fl-iqsar żmien possibli.

Uffiċjali edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-bidu tas-sena skolastika s'issa (nofs Frar) kemm-il darba kien hemm uffiċjali edukattivi li żaru lill-għalliema tal-primarja biex jevalwaw l-ħidma tagħhom? Kull għalliem/a kemm-il żjara kellu/ha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ Uffiċċjali Edukattivi li żaru lill-għalliema tal-primarja kien ta’ 14. Dawn għamlu bejniethom 353 żjara minn Ottubru sa nofs Frar. Kull għalliem kellu ta’ l-inqas żjara waħda. Kien hemm 21 li kollhom żewġ żjarat u 4 kellhom tlett żjarat. Kien hemm għalliem wieħed li kellu erba’ żjarat.

Foundation for Tomorrow Schools — hand overs

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm il-hand over għaddiet il-Foundation for Tomorrow Schools ta' proġetti li wettqet mindu ġiet mwaqqfa sena b'sena? X'kienu l-proġetti li tagħhom ingħata l-hand over, wieħed b'wieħed? Lil liema skejjel jew entitatjiet kienu mogħtija dawn il-hand overs? F'liema dati ingħataw dawn il-hand overs wieħed b'wieħed? Kemm ġie jiswa kull proġett? Xi proġetti oħra hemm li tagħhom irid jingħata l-hand overs?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proġetti li tagħhom ingħata handover mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada huma dawn: Sena ta’ meta ngħata l- handover Lista ta’ x’kien il-proġett Total € Sir Adrian Dingli Bniet, Pembroke 2004 Refurbishment tal-Kullegg Santa Clara Skola Sekondarja Bniet Sir Adrian Dingli 6,220,062.00 San Benedittu, Kirkop 2006 Binja ta’ skola ġdida subien 6,973,942.00 Higher Secondary, Naxxar 2006 Binja ta’ blokka ġdida subien 2,114,858.00 San Injazju, Handaq l/o Qormi 2008 Binja ta’ skola ġdida subien 6,078,092.00 Dawn t’hawn taħt huma l-iskejjel li tagħhom għad irid jingħata l- handover . Lista ta’ x’inhu l-Proġett Santa Margerita, Verdala Binja ta’ skola ġdida subien Santa Tereża Bniet, Mriehel Estensjoni ta’ sular ġdid

Kriterji li fuqhom jiġu ġġudikati l-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' kriterji qed jiġu ġġudikati fuqhom l-għalliema mill-uffiċjali edukattivi? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Observation Form użata mill-uffiċjali edukattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kriterji li qed jiġu ġġudikati fuqhom l-għalliema mill-Uffiċjali Edukattivi huma bbażati fuq ħames oqsma ewlenin li huma: 1. Knowledge and Understanding 2. Planning and Preparation 3. Classroom Organisation and Management 4. The Teaching and Learning Process 5. Assessment and Recording Kopja ta’ l- Observation Form qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Permezz tal-iżviluppi proposti fuq sena ilu mill- Quality Assurance Department il-PMP tal-għalliema għandu joffri opportunitajiet oħra biex din l- Observation Form tagħmel parti mill- Professional Portfolio li jkollu kull għalliem.

Uffiċjali edukattivi — Ħin ta' osservazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kull uffiċjal edukattiv kemm iqatta' ħin josserva lill-għalliema individwali qabel jimla' l-formola ta' osservazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux mandatorju li l-Uffiċjali Edukattivi jimlew il-formola t’osservazzjoni. Din il-formola qegħda biex tgħin lill-Uffiċjali Edukattivi meta jkunu mitluba jagħmlu rapport fuq xi għalliem/a. Waqt li mhux determinanti kemm l-Uffiċjali Edukattivi jgħaddu ħin josservaw lill-għalliem/a individwali qabel ma jimlew il-formola t’osservazzjoni, dan ivarja qabel ma wieħed jikteb rapport meħtieġ.

Divizzjoni tal-Edukazzjoni — miżati

Question

Tista l-Ministru tgħid jekk id-Divizzjoni tal-Edukazzjoni rċevitx informazzjoni minn skejjel indipendenti biex jgħollu l-miżati għas-sena skolastikà li jmiss? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid liema huma l-iskejjel, kemm kienu l-miżati u kemm se jkunu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sal-lum hemm skola indipendenti waħda li nfurmat lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport fir-rigward ta’ żieda fil-miżati għas-sena skolastika 2009 – 2010 skont kif titlob il-liġi. L-iskola hija Little Angels School li l-miżata tagħha għall-2008/2009 kienet ta’ € 340 għal kull student kull term u li għas-sena skolastika 2009/2010 ser tkun € 450 kull term.

Skejjel li jgħallmu l-ingliż

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm skejjel liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Hemm talbiet pendenti? Jekk iva, tista' tgħid min applika, meta u f'liema lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent hemm 51 skola liċenzjata biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin. Hemm talba waħda pendenti. Rigward il-kumplament tal-informazzjoni mitluba ma nħossx li għandi nagħtiha minħabba raġuni ta’ kunfidenzjalità.

Marsaxlokk — Skola primarja

Question

Il-kostruzzjoni tas-sala ġdida tal-iskola primarja ta’ Marsaxlokk waslet fl-aħħar stadji tagħha u bħalissa qed tiġi mgħammra bil-bżonnijiet kollha neċessarji bħal PA system, dwal u affarijiet oħra biex tkun tista taqdi l-ħteġijiet tal-lum u fi ftit ġimgħat oħra tkun lesta minn kollox, tista' l-Ministru tara jekk il-ħajt li jdawwar l-iskola (li hemm fin-naħa ta’Triq Arznell fejn hemm il-ġonna tal-istess skola) jistax jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ħajt imsemmi se jiġi rranġat.

Direttorat tal-Edukazzjoni — Management of risk training - top management

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'livell ta' management of risk training qed jingħataw it-top management fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Jekk qiegħed jingħata, tista' tgħid minn min u xi kwalifiki għandu jew għandhom f'dan il-qasam?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-Top Management tad-Direttorati, la issa u l-anqas qabel, qatt ma talbu li jsir risk training management. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex it- top management isirilhom sessjonijiet fuq risk training management .

Skejjel tal-Istat — Community Centres - Imprest Funds

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li din is-sena il-kapijiet tal-iskejjel tal-istat ser jintalbu jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' imprest funds bil-flus li irnexxilhom jakkumulaw ġewwa l-ischool funds? Ma jidhirlhiex li sitwazzjoni bħal din ser toħnoq kull inizjattiva li qed jieħdu l-iskejjel biex l-iskejjel isiru community centres?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux minnu li din is-sena l-kapijiet ta’ l-iskejjel ta’ l-istat se jintalbu jagħmlu tajjeb għall-imprest funds bil-flus li irnexxilhom jakkumulaw ġewwa l-ischool funds.

Direttorati tal-Edukazzjoni — apparat li hemm fit-taraġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-apparat li hemm fit-taraġ ta' barra tal-binja tad-Direttorati tal-Edukazzjoni baqa' għal bosta snin ma ġiex irranġat biex ikun jista' jintuża minn persuni b'diżabilità minkejja il-fatt li l-parts neċessarji huma kollha mixtrijin? X'qed iżomm milli jsiru it-tiswijiet neċessarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta t-tekniċi tal-Maintenance Services Department (MSD), snin ilu, ippruvaw isewwu l-apparat li tirreferi għalih il-mistoqsija, ma rnexxilhomx jagħmlu dan. Madankollu m’għadux floku li dan l-apparat jissewwa. Dan minħabba l-fatt li d-Direttorati għandhom dħul alternattiv li permezz tiegħu u ta’ lifts fuq ġewwa hemm aċċess għall-uffiċini kollha, inklużi minn persuni b’diżabilita’, fil-livelli kollha tad-Direttorati.

Health and Safety — fire-drill

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex baqa' qatt ma sar fire-drill ġewwa l-binja prinċipali tad-Direttorati tal-Edukazzjoni ġol-Furjana, minkejja li saru ħafna wegħdi li dan kellu jiġi organizzat mill-Executive Officer tal-Health and Safety sena ilu u wkoll kellu jibda jsir regolari bħalma jiġri ġewwa l-iskejjel tal-Istat? X'qed iżomm milli dan jibda jsir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jimxi fuq pjan ta’ ħames snin (aċċettat mill-Health and Safety Implementation Committee) li beda fis-sena 2005. Din is-sena diġa’ sar fire drill u dan ser jibqa jinżamm b’mod regolari kif isir fl-iskejjel.

Skejjel tal-Istat — rampi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq kostruzzjoni ta' rampi biex jiffaċilitaw aċċess għal persuni b'diżabilità matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u skola b'skola fl-iskejjel tal-Istat? Tista' tgħid wkoll xi skejjel baqa' fejn iridu jsiru dawn ir-rampi? Kemm skejjel speċjali tal-istat hemm li qed jistennew xi forom ta' kostruzzjoni bħal rampi biex ikunu compliant ma' dak li suppost titlob il-liġi biex jiffaċilitaw aċċess komplut għall-istudenti tagħhom? Tista' ssemmi l-iskejjel partikolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba dwar kemm intefqu flus mit-Technical Services Branch u mill-iskejjel statali fuq kostruzzjoni ta’ rampi biex jiffaċilitaw aċċess għal persuni b’diżabilita’ matul dawn l-aħħar għaxar snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — karozzi użati mid-dipartimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha? Kemm minn dawn huwa government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, tista' tgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti għalliema — kors fis-suġġetti tax-xjenza

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti għalliema li bħalissa qed isegwu kors ta' għalliema fis-suġġetti tax-xjenza? F'liema sena jinsabu dawn l-istudenti? F'liema suġġetti tax-xjenza fil-fatt qed jistudjaw dawn l-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Skola Primarja - tfal

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal li attendew l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar matul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa? Kif inbidel dan in-numru matul ix-xhur (kull xahar minn Ottubru 2008 sa April 2009)? Kemm kien in-numru differenti ta' nazzjonalitajiet li kien hemm f'din l-iskola, fil-bidu tas-sena u fl-aħħar tas-sena rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ tfal li attendew l-iskola primarja minn Kinder sa Year 6 ta’ San Pawl il-Baħar, matul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa, huwa hekk: Xahar Popolazzjoni Ottubru 775 Novembru 776 Diċembru 777 Jannar 757 Frar 785 Marzu 783 April 781 Din is-sena n-numru ta’ nazzjonalitajiet differenti li kien hemm fil-bidu tas-sena skolastika kien ta’ 21 u preżentament in-numru huwa ta’ 19.

każ ta' tifel

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tingħata l-għajnuna meħtieġa lit-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għax inkella se jibqa' lura fl-edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Ottubru 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtiega mis-servizzi li diġa hemm fl-iskola. Il-ġenituri se jingħataw appuntament matul dan is-Sajf.

Każ ta' tifel — bullying

Question

Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiġi protett it-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li qed jiġi bullied minn żewġt itfal indikati separatament u qed jiġi trawmatizzat, jgħajruh, isawtuh u anke jitolbuh il-flus u qed jaqa' lura fl-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dan il-każ ilu jiġi mistħarreġ u ssir ħidma dwaru mill-bidu tas-sena skolastika, jiġifieri minn meta bdiet din l-imġieba oġġezzjonabbli. Kull meta kien hemm bżonn tittieħed azzjoni dixxiplinarja biex jiġi protett xi tifel, din ittieħdet. Ġew involuti wkoll is-servizzi għall-istudenti li huma rilevanti għal dan il-każ, u s-servizzi tal-Appoġġ tal-Kulleġġi qegħdin kontinwament jaħdmu mal-iskola sekondarja biex jitħaddmu l-istrateġiji kollha neċessarji, inkluż koordinament mal-iskola sekondarja li ser tkun qed tospita lit-tfal is-sena d-dieħla. Dan l-aħħar kien hemm ukoll konferma li wieħed mit-tfal b’imġieba oġġezzjonabbli għandu bżonn servizz ta’ LSA, u dan beda jingħata. Għalhekk, qed jittieħdu l-passi kollha meħtiega u fil-fatt sar żvilupp konsiderevoli, tant li l-inċidenti li jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, li ġraw fl-ewwel term, issa spiċċaw jew naqset sew il-frekwenza u s-severita’ tagħhom. Madankollu, il-każ huwa taħt sorveljanza kontinwa.

Talba għal għajnuna għal student

Question

Tista' l-Ministru tara li tintlaqa' t-talba biex l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-għajnuna mitluba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord reġa għamel ir-Review tat-tifel f’Mejju, 2006, fejn irrakkomanda illi jibqa’ bis-support li kellu, jiġifieri shared support. It-tifel ghandu Individual Education Programme u jingħata xogħol addattat għalih. Minbarra s-support ta’ l-Learning Support Assistant it-tifel għandu wkoll l-għajnuna diretta ta’ l-għalliema, għax fil-klassi hemm tmient it-tfal biss.