Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet ħolistiċi għall-ġonna ta' San Anton (il-parti miftuħa għall-pubbliku), li jservu ta' pulmun għal-lokalitajiet tal-madwar u dan apparti l-valur storiku li jġorru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pjanijiet għall-Ġonna ta’ San Anton (il-parti miftuħa għall-pubbliku) huma skont l-applikazzjonijiet imressqa PA/07539/23 u DN/00974/23. Fir-rigward ta’ PA/07539/23 il-proposti jinkludu tibdil tal-istruttura tal-konservatorju filwaqt li jinżamm l-użu oriġinali tiegħu. DN/00974/23 tikkonċerna l-manutenzjoni, konservazzjoni u restawr tal-ħitan esterjuri u interjuri u l-passaġġi tal-ġnien. Dan kollu qed isir f’konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati fosthom is-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali.
Tista’ l-Ministru tindika meta se jsiru x-xogħlijiet tant meħtieġa ta' rinovar tal-Ġonna ta' San Anton (il-parti miftuħa għall-pubbliku)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-applikazzjoni għax-xogħlijiet marbuta mal-Ġonna ta’ San Anton (il-parti miftuħa għall-pubbliku) tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex tiġi pproċessata. Malli jinħarġu l-permessi meħtieġa jsir l-ivvettjar tas-sejħa għall-offerti marbuta mal-istess xogħlijiet biex b’hekk tkun tista’ tiġi ppublikata. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew ġaladarba jiġi kuntrattat l-offerent magħżul.
Project Green — Applikazzjonijiet għall-proġetti ambjentali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet Project Green, għall-proġetti ambjentali?
Tista’ tagħti lista proġett, proġett u tinkludi l-lokalità tal-proġetti li ntlaqgħu?
Tista’ tagħti lista proġett, proġett u tinkludi l-lokalità tal-proġetti li ma ntlaqgħux?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9140 u 9188.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il post f'Għawdex hemm, fejn bħalissa qed jittieħdu kampjuni tal-arja biex tiġi studjata l-kwalità tal-arja? Tista' tgħid fl-aħħar sena u nofs kemm-il darba ttieħdu kampjuni tal-arja miċ-ċentru tar-Rabat, Għawdex u b'mod partikolari minn Triq ir-Repubblika? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' dawn il-kampjuni li ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) timmaniġġja netwerk li jimmonitorja l-kwalità tal-arja f’Malta u Għawdex. F’Għawdex hemm ħdax-il lokalità li minnhom jittieħdu kampjuni tad-diossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u l-benżin (benzene) kull erba’ ġimgħat, kif ukoll hemm stazzjon ta’ monitoraġġ kontinwu li hu lokalizzat fl-Għarb. Fir-Rabat, Għawdex hemm stazzjon ta’ monitoraġġ fi Triq ir-Repubblika. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bir-riżultati disponibbli għas-sena 2023.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-proġett ta' Eco Park li kien imwiegħed li kellu jsir mill-Ministeru tagħha fl-area tal-Playing Field tal-Barmil fix-Xewkija, Għawdex? Tista' tgħid ukoll meta hu maħsub li jinbeda u jitlesta dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green ressqet l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar li qed tikkonsulta m’entitajiet oħrajn biex ikun jista’ jitwettaq il-proġett ġewwa Ġnien il-Kunsill, fix-Xewkija, Għawdex, li fih se jintużaw tekonoloġiji innovattivi li jiġġeneraw l-enerġija rinnovabbli. Sadanittant, qed jitħejja l-abbozz tas-sejħa għall-offerti relatati max-xogħolijiet meħtieġa għal dan il-proġett, li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija, biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu pubblikati malli jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Tista’ tgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Tista’ tgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk isirux spezzjonijiet matul il-lejl sabiex jiġi assigurat li d-dwal tat-toroq ikunu mixgħula? Tista’ tgħid ukoll x’inhi r-raġuni li diversi żoni bħal parti kbira mill-Wardija, Triq Ta’ Ġiorni ġewwa San Ġiljan u parti minn Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar (iż-żona tar-roundabout), fost oħrajn, ilhom mitfija għal diversi ġimgħat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li spezzjonijiet matul il-lejl isiru regolarment mit-tekniċi tal-Enemalta. Fir-rigward tal-ilmenti msemmija dwar iż-żoni indikati fil-Wardija u San Pawl il-Baħar ninsab infurmata li l-ħsarat kienu kkawżati minħabba l-maltemp u riħ qawwi li għamel u ttieħdet azzjoni dwarhom. Fil-każ ta’ Triq Ta’ Giorni f’San Ġiljan instabu ħsarat f’lampa li rriżulta li ġiet installata rregolarment u kienet qed taffettwa lampi oħrajn fl-inħawi. Għaldaqstant, din il-lampa ġiet skonnettjata filwaqt li l-Kunsill Lokali kien notifikat biex jirregolarizza l-installazjoni tagħha.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Infurmata li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, jinqabeż l-advisory cost limit.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid f-liema xahar tas-sena hu maħsub li jibda x-xogħol relatat mas-sejħa 'TD-T-3733-2023 (6349) - TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS TO ENERGIZE SHILANDI SUBSTATION XLENDI IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER'? Tista’ tgħid ukoll kemm hu stmat li ħa jiġi jiswa x-xogħol kollu relatat ma’ din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol inkwistjoni jkun jista’ jibda meta l-iżviluppatur privat ilesti l-binja tas-substation li hemm bżonn ġewwa l-iżvilupp li qed jagħmel u jgħaddiha lill-Enemalta. Dan ix-xogħol huwa stmat li ser jiġi jiswa madwar €120,000 u mistenni jieħu madwar xahrejn minn meta jibda.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hi responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Tista’ tqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14338, tista' l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt fil-Forti Ricasoli tmur fis-sit tal-MOBC fil-Marsa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14339, inżid ninfurmah li, fir-rigward tal-aħjar użu għas-sit tal-Marsa, l-Gvern għadu fil-proċess li jiddetermina t-triq ‘il quddiem.
Fond tal-Azzjoni dwar il-Klima -Proġetti Approvati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm approva proġetti u inizjattivi l-Fond dwar l-Azzjoni fuq il-Klima bejn l-2016 u l-2023, kemm kienet in-nefqa kumplessiva fuq dawn il-proġetti u kemm minn dawn il-proġetti kienu relatati ma’ enerġija rinovabbli jew l-użu effiċjenti tal-enerġija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex it-target Nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli kif imħabbar ta’ 11.5% ma huwiex ikkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita mill-Kummisjoni Ewropea u b'konsegwenza ta’ dan, ħafna inqas ambizzjuż milli mistenni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s-sehem kontributorju ta’ Malta ta’ 11.5% ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli sas-sena 2030 kien stabbilit fl-2019, meta kien pubblikat fl-ewwel pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u dan kien f’konformità mal-provedimenti tar-regolament Ewropew applikabbli.
Infakkar li s-sehem li writna fl-2013 kien ta’ madwar 2% u sal-2023 konna diġà qbiżna t-13%. Sadanittant, qed jitħejja l-pjan nazzjonali ġdid, li għandu jkun finalizzat aktar tard din is-sena, u dan se jkun jirrifletti żieda oħra li tirrifletti l-ambizzjoni li għandu dan il-Gvern.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li għandu biex jilħaq il-commitments li ħa l-Gvern Malti f'Dubai, waqt COP 28 li jittripla l-użu ta’ enerġija rinnovabbli sas-sena 2030?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li fl-2013 il-perċentwal t’enerġija rinnovabbli f’pajjiżna kien ta’ ftit iktar min 2 punti perċentwali u li sal-2023 dan il-Gvern tellgħu għal iktar minn 13-il punt perċentwali jew sitt darbiet iżjed.
Iżda m’aħniex ser nieqfu hawn. Qegħdin naħdmu bi sfiq fuq proġett ambizzjuż t’enerġija rinnovabbli mir-riħ fuq il-baħar li dwaru s-sena l-oħra ħriġna għall-konsultazzjoni pubblika abbozz ta’ politika nazzjonali u li qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tinħareġ pre-qualification questionnaire. Ser inkomplu wkoll ninkoraġġixxu l-pannelli solari filwaqt li nfakkar li l-Gvern qed jaħdem ma’ diversi pajjiżi fil-Mediterran sabiex tissaħħaħ l-enerġija rinnovabbli fir-reġjun anke b’interconnectors ma’ Malta. Ftit tal-jiem ilu ffirmajna wkoll memoranum of understanding mal-Eġittu għal kollaborazzjoni fil-qasam tal-enerġija nkluż dik rinnovabbli. Sadanittant, fil-kuntest globali l-commitments meħuda minn Malta u l-Istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, taħt id-direttivi preżenti, hekk kif riflessi fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, huma suffiċjenti u ġusti fil-kuntest biex jintlaħaq l-għan globali li jittripla l-użu tal-enerġija rinnovabbli sas-sena 2030.