Jista' l-Ministru jippubblika l-pjanta li turi kif l-art verġni, li ser tittieħed, ser tiġi mqassma sabiex tilqa' dan l-investiment ġdid u kif se jaħdem l-aċċess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 14095, jien infurmat li dwar aċċessi għas-siti varji dawn għadhom qed ikunu determinati. Fil-kuntest ġenerali nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 14652.
Il-Magħtab – volum ta’ blat li tneħħa mill-barriera
Question
Jista'' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14181 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13870, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Wasteserv għamlet mal-kuntrattur li qed iqatta’ l-blat fil-ħofra/barriera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata seduta ohra.
Wasteserv – ħlas lil kuntratturi għal tħaffir ta’ blat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13869 u jgħid kemm kien il-ħlas li sar mill-Wasteserv lill-kuntratturi li qed iħaffru l-blat minn dik li fil-preżent hija ħofra/barriera u li maż-żmien se tintuża biex tkun landfill? Jista’ jagħti l-ħlas li ngħata fl-aħħar tliet snin, separatament għal kull sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f'seduta ohra.
B'referenza għall-istorja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tas-servizzi rezi taħt id-direct order imsemmiha, mill-persuna msemmiha lill-Awtorità tal-Ippjanar jew xi entità oħra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tad-domanda PQ 14168. Jien infurmat li l-ħlasijiet li saru lill-persuna inkwistjoni kienu jirrelataw ma’ servizzi ta' riċerka kwalitattiva u kwantitattiva, konsulenza dwar branding u strateġiji oħra. Intant, nagħrfu wkoll li l-persuna msemmija ma tat servizz lill-ebda entità oħra fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Wied Inċita – barriera – rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14154, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hi l-kapaċità ta’ skart tal-kostruzzjoni li għad tista’ tilqa fiha l-barriera ta’ Wied Inċita? Jista’ jgħid ukoll meta l-aħħar li din il-barriera rċeviet fiha skart tal-kostruzzjoni? Jista’ jikkonferma li din il-barriera għandha l-istrutturi tagħha approvati skont il-Liġi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-informazzjoni li għandha l-ERA huwa stmat li fil-barrieri f’Wied Incita hemm void space totali li jammonta ghal madwar 399,000metru kubu, li ovvjament parti minnu tkun mehtiega ghall-operat tal-barriera innifisha. Min-naha l-ohra ghalkemm l-ERA ghandha informazzjoni ġenerika li ghal xi żmien l-barrieri in kwistjoni kienu waqfu jaċċettaw materjal ghal raġunijiet logistici, l-Awtorita’ m’għandiex dettalji f’liema perjodu ezatt dan kien sehh. Jien infurmat ukoll li l-istrutturi tal-barriera huma koperti b’liċenzji tal-Pulizija u permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14175, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hux ser ikun hemm terminu entro liema sidien ta’ pompi tal-fuel għandhom japplikaw għar-rilokazzjoni? Jista’ jgħid ukoll hux ser ikun hemm xi forma t’għajnuna apparti l-inċentivi ġa msemmija biex is-sidien jitħajjru jirrilokaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 14175, ninfurmah ukoll li mhux ser ikun hemm terminu entro liema sidien ta’ pompi tal-fuel għandhom japplikaw għar-rilokazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-fondi imqassmin mill-Urban Development Fund, intefqu biex ġie provdut parkeġġ għall-vetturi fil-lokalitajiet tagħna? Jista' jagħti rendikont għas-snin bejn l-2013 u l-2019 għal kull lokalità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda fund imsejjah “Urban Development Fund.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kummenti tiegħu, għall-proposti tal-bdiewa tal-Magħtab li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-11 ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid jekk iddiskutiex u x’konsultazzjoni kellu mal-bdiewa hu bħala Ministru wara li l-bdiewa resqu dawn il-proposti? Jista’ jgħid jekk hux ser jilqa’ l-proposti tal-bdiewa li juru spazju alternattiv fejn jistgħu jsiru l-proġetti ta’ riċiklaġġ mingħajr ma tittieħed raba’?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Istqarrija ghall-Istampa PR20068 tal-15/04/2020 kif ukoll għat-twegibiet li jiena tajt ghal diversi Mistoqsijiet Parlamentari li saru, fosthom 13069, 13297, 13298, 13362, 13686, 13767, 13837, 13838, 13870, 14093, 14094, 14095, 14182, 14183 u 14503. Nirreferi wkoll għall-Istqarrija maħruġa iktar kmieni illum mill-WasteServ u li tagħha qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra. Sadanittant irrid nisħaq li għal dan il-Gvern il-bidwi u l-biedja għandhom rwol importanti u huwa għalhekk li għalina il-bdiewa tal-Magħtab kienu u għad huma stakeholder importanti. Huwa għalhekk ukoll li jien intenni l-impenn sħiħ tiegħi u tal-Gvern sabiex naraw li l-ebda art agrikola ma ttieħed sakemm din ma tkunx assolutament meħtieġa. Kien propju f’dan il-kuntest li wara li saru diskussjonijiet twal, anke mal-bdiewa, instab metodu kif l-art li ser tittieħed għal proġetti tal-iskart titnaqqas b’mod qawwi. Nenfazizza li din l-art ser tintuża biex jinbnew impjanti li ser iwasslu lill-pajjiż f’livell ferm iżjed effiċjenti fl-immaniġġjar tal-iskart fil-waqt li nersqu iktar lejn l-kunċett ta’ ekonomija ċirkolari. Dan imbagħad ser inaqqas il-ħtieġa li nibqgħu nistrieħu fuq il-miżbliet ghall-iskart li jiġġenera l-pajjiż. Nixtieq finalment inserrah ras l-Onor. Interpellant li l-Gvern qies sewwa l-affarijiet qabel ma ddeċieda. Il-fatt huwa li meta wieħed jixtarr u jeżamina bir-reqqa l-elementi kollha, inkluż l-elementi ambjentali, restrizzjonijiet fiżiċi, materji logisitici u ta’ ingenereija kif ukoll it-tempistika, il-pjan finali maghzul mill-Gvern huwa l-ahjar bilanc fis-sitwazzjoni.
Wara li fil-jiem li għaddew ġie ppubblikat disinn tal-Waste to Energy Plant maħsuba għall-Magħtab u kif ukoll tħabbar li ddaħlet applikazzjoni għall-permess tal-ippjanar, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja:
1. tad-dokumentazzjoni marbuta mal-applikazzjoni għall-permess tal-ippjanar;
2. ta' kull rapport jew dokument ieħor preparat mill-awtoritajiet in vista ta' dan il-proġett, speċjalment iżda mhux esklussivament fejn jidħol l-impatt fuq l-ambjent tal-madwar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor Interpellant li kif ġie spjegat diġà, l-istudji ambjentali għadhom għaddejjin u l-ikbar avvanzi sa issa saru fejn jidħol il-Waste to Energy Plant. Madanakollu, l-applikazzjoni hi waħda outline, bir-riferenza PA 3012/20. Wieħed jista' jara d-dettalji billi jżur l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana (St. Francis Ravelin) jew Ir-Rabat (Għawdex - Citybel, Triq Santa Marta) jew inkella online. Applikazzjoni full development ghandha ssegwi wara l-hrug tal-permess tal-izvilupp outline.
Ukoll, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-rapport tekniku li tħejja għall-Ministeru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (Frar 2018). Kif diġà tennejna l-istudji ambjentali qegħdin isiru u dawn jiġu ppreżentati b’mod konsolidat f’rapporti dettaljati bħala parti mill-proċess tal-permitting.
Attachments:Technical Report by the Ministerial Technical Committee-28.02.2018 (002).pdf
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul il-perjodu tal-imxija tal-COVID-19 kienx hemm rapporti ta’ rimi llegali ta’ skart? Jekk iva kemm kienu dawn? Jekk iva f’liema lokalitajiet seħħ ir-rimi? Jekk iva, x’passi ħa jew qed jieħu l-Gvern?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa fejn jidhol l-Ministeru tieghi, bejn it-02 ta’ Marzu u t-12 ta’ Mejju, id-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA irċieva 38 rapport ta’ rimi ta’ skart. Dawn jinkludu rapporti ta’ rimi ta’ kwalunwe tip ta’ skart, inklu¿ dak domestiku. Dawn ir-rapporti kollha ġew investigati u ttieħdu passi skont il-liġi inkluż ħrug ta’ multi. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali – applikazzjonijiet għall-permess ta’ bini
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14104, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament id-dettalji tal-ftehim imsemmi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relattiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14506, ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar, mill-2016, kull nhar ta’ Erbgħa tippublika lista fuq il-website tad-Dipartiment tal-Informazjoni tal-applikazjonijiet kollha li hi tkun iċċertifikat bħala kompluti mill-publikazjoni tal-lista preċedenti. Din il-lista tiġi ppublikata ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-lista hija mqassma kull kunsill lokali għalih biex wieħed ikun jista’ jirreferi għall-lista tiegħu aktar malajr. Mill-2017, din il-lista hija ukoll disponibbli għal dawk il-Kunsilli Lokali kollha li rreġistraw fis-sistema elettronika tal-Awtorità, mgħarufa bħala ‘eApplications’ kif meħtieġ permezz tal-Avviż Legali 514 tal-2010, sussegwent revedut bil-ħruġ tal-Avviż Legali 162 tal-2016. L-użu ta’ din il-lista tiffaċilita l-aċċess għad-dokumenti li jkunu jinstabu fil-file (li jkunu miftuħa għall-iskrutinju pubbliku) billi wieħed sempliċement jikklikkja fuq in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni.
Barra minn hekk minn Mejju tal-2016, meta daħal fis-seħħ l-istess Avviż Legali 162 tal-2016 il-Kunsilli Lokali jiġu konsultati direttament (tramite l-istess sistema elettronika) dwar bosta applikazzjonijiet li ma jaqawx fit-tieni skeda tal-istess avviż legali, u cioe jiġu kkonsultati dwar dawk l-applikazjonijiet l-aktar kumplessi. Fir-rigward l-applikazzjonijiet aktar sempliċi (li jaqaw fl-istess tieni skeda) il-Kunsill xorta jkun mgħarraf bl-applikazjoni mil-listi li semmejt qabel u jista’ idaħħal il-kummenti tiegħu bil-miktub.
Meta, imbagħad l-applikazjoni tkun taqa’ fl-ewwel skeda tal-Avviż Legali 162 tal-2016, jiġifieri l-applikazjoni tkun waħda ta’ daqs jew komplessità konsiderevoli jew tkun teħtieġ studji aktar dettaljati, bħal ma hu studju dwar l-impatt ambjentali, apparti l-konsultazjonijiet li għadni kif semmejt, il-Kunsill Lokali jiġi mistieden jipparteċipa fil-laqgħa tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar meta l-applikazjoni tiġi deċiża.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-taqsim tal-art fil-gżejjer Maltin f’persentaġġ bħala kampanja (b’veġitazzjoni naturali u semi-naturali), art agrikola u dik żviluppata (inkluż żoni industrijali) fil-preżent?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar — L-Imrieħel - High Rise Zone
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar li fiha ttieħdet id-deċiżjoni sabiex l-Imrieħel tiġi inkluża bħala High Rise zone?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed npoggi fuq il-mejda tal-kamra d-dokumenti mitluba.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza li l-Bord tal-PA kien irċieva mill-Eżekuttiv tal-Gvern qabel jew wara d-deċiżjoni li l-Imrieħel ikun inkluż bħala High Rise Zone fl-2014?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza minghand is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċess Amministrattiv bid-data tal-5 ta’ Marzu, 2014 qabel id-deċiżjoni li l-Imrieħel ikun inkluż bħala High Rise Zone fl-2014.
Jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat kollha tal-bord u kumitati tal-ERA li fihom ġie diskuss il-Jetty ta’ San Ġiljan PA/07628/19?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tal-ERA dwar permessi ta’ zvilupp huwa wiehed fejn hi tkun kkonsultata mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li imbaghad tiehu d-decizjoni finali. F’dan il-kuntest allura materja bhal dik in kwistjoni ma’ jkollhiex ghalfejn titla quddiem il-Bord tal-ERA ghaliex huwa d-Direttorat ta-Ambjent u r-Rizorsi fl-istess ERA li jiehu hsieb jaghmel l-evalwazzjonijiet teknici relevanti u imbaghad jissottometti r-rakkomandazzjonijiet mehtiega lill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Ta’ min jghid li ‘il fuq minn 8000 konsultazzjoni fis-sena jiġu notifikati lil ERA għar-rakkomandazzjoni ambjentali. L-ERA żviluppat għodod aministrattivi sabiex tkun tista’ tilħaq din il-funzjoni b’mod effettiv, partikolarment fuq applikazzjonijiet ta’ żvilupp ta’ relevanza ambjentali, minħabba li r-rispons tal-ERA jrid jingħata fi żmien tletin ġurnata. L-applikazzjoni in kwistjoni ġiet proċessata bl-istess mod kif jiġu proċessati l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp kollha li fuqhom l-ERA tagħti rikomandazzjoni, fejn d-Direttorat tal-Ambjent u Riżorsi jevalwa l-applikazzjoni, jekk ikun neċessarju għall-proposta li tkun qed tiġi evalwata jintalbu studji, u tingħata rakkomandazzjoni fiż-żmien stipulat mill-liġi. F’dan il-każ partikolari, l-applikazzjoni bin-numru PA/07628/19 ma ġietx diskussa fl-ebda laqgħa formali tal-Bord tal-Awtorità.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Kliema u l-Ippjanar u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13362, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet tal-erba' impjanti? Meta se jitlesa l-istudju ambjentali ta' kull impjant?
Response (FARRUGIA, AARON)
L-applikazzjoni tal-Waste to Energy qiegħda fl-istadju ta’ screening (tracking number 234176) sakemm joħroġ il-clearance mill-Awtorità tal-Artijiet, filwaqt li l-istudju ambjentali għadu qed isir u mistenni jkun lest sa Ottubru 2020. Rigward il-proġetti l-oħra, kemm dak tal-Organic Processing Plant kif ukoll tal-Material Recovery Facility u Thermal Treatment Plant qegħdin fl-istadju finali li jiġu ingaġġati esperti tekniċi sabiex jibdew ix-xogħol fuq il-pjanti u studji neċessarji. Għadu kmieni biex wieħed jagħti data fuq meta ser ikunu lesti l-istudji ambjentali għaliex jiddependi wkoll fuq id-diskussjonijiet li ser isiru mar-regolatur.