Jista’ l-Ministru jgħid x’progress qed isir fuq l-immaniġġjar ta’ żoni proposti bħala Żoni Marittimi Mħarsa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol għaddej fuq żewġ binarji: l-għażla ta’ Żoni Protetti fil-Baħar ġodda u l-immaniġjar tagħhom.
Dwar siti protetti ġodda, qed tingħata attenzjoni speċifika għas-sikkek u l-għerien fil-baħar wara r-riżultati tal-Proġett LIFE Baħar għal Natura 2000, li għadu għaddej. Sar ukoll seminar internazzjonali dwar “Żoni fil-Mediterran: Qsim ta' Kompetenza għal Konservazzjoni Effettiva” f’ nofs Settembru 2017, ma’ diversi esperti nazzjonali u internazzjonali, inklużi rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-UE.
Dwar it-tmexxija ta’ siti protetti fil-baħar, il-proċess biex jitlestew il-Pjanijiet ta’ Tmexxija nbeda fl-aħħar tal-2016, u bħalissa għaddej minn fażi ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenija.
Minbarra dan, l-emfasi tal-ERA hija wkoll fuq siti li mhumiex imħarsa, permezz tal-kopertura tal-Programm Nazzjonali ta' Monitoraġġ tal-Baħar li qiegħed jiġi implimentat mill-ERA bħalissa.
Fondi mill-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar tal-iskart
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi fondi mill-Unjoni Ewropea li jindirizzaw l-immaniġġjar tal-iskart? U jekk iva, jistgħu jingħataw id-dettalji?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart u l-ekonomija ċirkolari huma priorità f’Malta u hemm diversi fondi Ewropej li huma acċċessibbli u jikkontribwixxu sabiex Malta tersaq aktar lejn il-miri dwar ir-riċiklaġġ taħt obbligi tal-UE. Il-Ministeru applika kemm għall-fondi li jipprovdu aktar għarfien u innovazzjoni u kif ukoll qed jaħdem sabiex jaċċessa fondi ta’ tip infrastruttali. Dawn jinvolvu fondi amministrati nazzjonalment bħal European Strategic and Investment Fund kif ukoll fondi oħra amministrati ċentralment mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea. Għal aktar informazzjoni fuq dawn, ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jitlob din l-informazzjoni mill-Ministeru tal-Affarijiet Ewropew u l-Ugwaljanza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Fondi Ewropej li kienu allokati għal monitoraġġ marittimu u x’se jkunu eżattament ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm Nazzjonali ta’ Monitoraġġ tal-Baħar beda jiġi implementat f’Ġunju ta’ din is-sena permezz tal-proġett EMFF 8.3.1, li huwa parzjalment iffinanzjat taħt il-Fond EMFF għall-2014-2020. Il-fondi eliġibbli taħt l-EMFF huma ta’ 1.6 miljun ewro, li minnhom €400,000 huma il-kontribuzzjoni nazzjonali ta’ Malta. Il-proġett innifsu se jiswa iżjed mill-fondi eliġibbli, b’total ta’ €1,774,000. Dan huwa proġett ta’ sentejn dwar monitoraġġ ambjentali tal-baħar li se jagħti aktar dejta, tagħrif u għarfien fuq il-baħar, u se jwassal għall-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali ta’ Monitoraġġ fil-Baħar u t-twettiq ta’ diversi obbligi taħt ir-Regolamenti dwar Qafas fil-Politika Ambjentali tal-Baħar u r-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali. Il-proġett ħa jrendi wkoll il-produzzjoni ta’ database fejn l-informazzjoni li ser tinġabar permezz ta’ dan il-proġett, kif ukoll dejta u tagħrif ieħor relevanti, tkun tista’ tiġi miġbura b’mod ċentralizzat u tkun aktar aċċessibbli.
Investigazzjoni dwar il-ħruq fl-Impjant ta’ Sant’Antnin
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 609, jista’ l-Ministru jgħid liema awtoritajiet, istituzzjonijiet jew korpi qegħdin jinvestigaw il-ħruq estensiv li seħħ nhar it-Tnejn, 22 ta' Mejju 2017 fl-impjant ta' Sant'Antnin li huwa mmexxi mill-kumpanija WasteServ Malta Limited?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħallissa l-inċident għadu suġġett għall-Inkjesta Maġisterjali.
Investigazzjoni dwar il-ħruq fl-Impjant ta’ Sant’Antnin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija WasteServ Malta Limited hijiex hi stess qiegħda twettaq investigazzjoni dwar il-ħruq estensiv li seħħ nhar it-Tnejn, 22 ta' Mejju 2017 fl-impjant ta' Sant'Antnin li huwa mmexxi mill-istess kumpanija WasteServ Malta Limited? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet din l-investigazzjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħallissa l-inċident għadu suġġett għall-Inkjesta Maġisterjali.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li bħalissa qed iservu ma' diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
WasteServ Malta Ltd – ħaddiema li huma fuq il-kotba ta’ kumpanija partikolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan sena b’sena matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema kienu jew għadhom qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li kienu jew qegħdin jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li id-ditta legali u l-individwu kkonċernat ma ngħata l-ebda xogħol mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità li taqa’ taħti għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 878, jista’ l-Ministru jgħid is-sejħa għas-servizzi li għamlet il-WasteServ fiex waslet, sabiex tibda bl-ippjanar tar-riabilitazzjoni ta’ Wied Fulija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għas-servizzi ġiet ippublikata, evalwata u nagħtat il-kuntratt tas-servizzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti fuq moħqrija tal-annimali tul is-snin 2015, 2016 u 2017 s’issa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba. Fost il-każijiet li għalihom tressqu l-Qorti kien hemm nuqqas ta’ microchipping, annimali misjuba f’kundizzjonijiet mhux xierqa kif ukoll ġlied tas-sriedaq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskart li hemm il-Wasteserv f’Wied il-Għajn hux tossiku jew le wara t-testijiet li saru barra minn Malta? Jista’ jippubblika r-riżultati li rċieva minn barra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv bdiet immedjatament il-proċess sabiex il-materjal jiġi ppakjat f’sealed jumbo bags ħalli jkunu jistgħu jiġu esportati.
Il-Materjal, la setgħa jiġi esportat qabel, wisq anqas ippakjat f’
sealed jumbo bags
apposta, qabel mal-ewwel isiru t-testijiet neċessarji skont gwidi regolatorji internazzjonali.
Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – apparat biex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet
Question
Peress li sa numru ta’ snin ilu fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa kien jintuża apparat mill-awtoritajiet konċernati (MEPA) sabiex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet f’din iż-żona, jista’ l-Ministru jara li dan l-apparat jerġa’ jibda jintuża (anke jekk minn awtoritajiet differenti minn dawk preċedenti) sabiex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar jekk l-emissjonijiet ikkawżati f’din iż-żona hux qed jikkawżaw ħsara fis-saħħa tal-persuni li jiffrekwentaw din iż-żona?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li għall-kuntrarju ta’ dak li qed jgħid, mhux vera li l-ERA neħħiet l-apparat, iżda żammet l-apparat li kellha il-MEPA tal-passive diffusive tube li jkejjel il-livell ta’ inkwinanti fl-arja f’dik iż-żona (35.958467N, 14.361878E in WGS 84).
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1478, jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-lokalità tal-Mellieħa hijiex qed tiġi kkonsidrata bħala waħda mil-lokalitajiet li fiha jista' jinbena l-proġett 'Waste to Energy'?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-diskussjoni li għaddejja bħalissa bejn il-Kumitat maħtur apposta u li l-Oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax, m’hijiex dwar il-fejn imma aktar dwar il-kif pajjiżna ser ikollu impjant ta’ waste to energy li huwa tajjeb għal pajjiżna kif ukoll tajjeb għal saħħitna.
Ovvjament, ix-xogħol relattiv kollu b’rabta mal-impjant inkwistjoni jrid jitwettaq fil-kwadru tar-regoli kollha aplikabbli inkluż dawk tal-ippjanar.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1476 dwar l-irwejjaħ mil-Landfill tal-Magħtab, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet (sniff testing) li skont ir-risposta imsemmija jsiru b'mod regolari kull ġimgħa f'din iż-żona indikata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-testijiet.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli, u Tibdil fil-Klima– proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor. Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu ssalvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-Gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti, jibqgħu mhux mittiefsa. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet sabiex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit. L-Onor. Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu, biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 674.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħif dwar il-miżuri li qegħdin jittieħdu biex il-pubbliku jkun iktar infurmat dwar ir-riskji tal-marda tas-siġar Xylella Fastidiosa li qiegħda teqred is-siġar taż-żebbuġ fl-Italja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti fi ħdan id-Diviżjoni għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti qed iwettaq kampanja ta’ informazzjoni biex iżid l-għarfien dwar il-mard Xylella fastidiosa u jqajjem kuxjenza dwar ir-riskju ta’ dħul ta’ din il-marda ġewwa Malta, li tnediet fl-2016. Din il-kampanja hija mmirata lejn il-pubbliku inġenerali b’attenzjoni partikolari għall-vjaġġaturi, peress li dan il-pesti jista’ jkun preżenti fil-pjanti mingħajr sintomi u għalhekk il-moviment ta’ pjanti minn pajjiżi fejn dan l-organiżmu huwa preżenti jippreżenta riskju. Il-messaġġ prinċipali tal-kampanja li huwa wkoll assoċċjat ma’ karattru li ġie żviluppat apposta, huwa li meta jsiefer, wieħed ma għandux iġib miegħu xitel ta’ pjanti. Għas-snin 2016 u 2017 il-Gvern ivvotta €110,000 għal din il-kampanja li parti min-nefqa qed tiġi ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea.