Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiftaħ l-Isptar tal-Annimali APH ġewwa Ta’ Qali wara li tħabbar li ser jibda l-kors ta' veterinarju?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li ntlaħaq ftehim bejn l-APH Ltd. u l-MCAST, l-isptar tal-annimali mistenni li jiftaħ u jerġa’ jibda joffri s-servizzi fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati (kemm tal-Gvern, skema, kuntrattur jew b'kuntratt) fil-preżent fl-uffiċini tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ġewwa Għawdex u f’liema grad huma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-uffi`ini f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli hemm 46 ħaddiem (Gvern, Skema u Kuntrattur). Dawn il-ħaddiema huma fi gradi ta’ Clerk, Assistant Clerk, Fisheries Protection Officer, Assistant Fisheries Officer, Manager I, Security Officer, Receptionist, Cleaners, Senior Manager, Environmental Officer, Executive officer, Senior Operative u Manager II.
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tas-Segretarjat tagħha?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa mill-bidu tas-sena sa issa ma ntefqu l-ebda ammonti ta' flus fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli u/jew mill-entitajiet relatati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex impjegata jew qed tagħmel xi xogħol ta' konsulenza tal-Ministru? Jekk iva, jista’ jgħid x'inhu s-salajru/l-ammonti li qiegħda titħallas?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna msemmija hija mpjegata mal-Ministeru għall-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li bħal issa tinsab fuq “Unpaid Leave” u li mhux qed tagħmel l-ebda xogħol ta’ Konsulenza mal-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17556, jista’ l-Ministru jgħid jekk bdiewa li jkollhom bżonn kaxxi zgħar ikollhomx joqogħdu jistennew li dawn il-kaxxi jidħlu mingħand bdiewa oħra u jiġu maħsula qabel ma jingħataw lilhom? Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm biżżejjed kaxxi żgħar u jkun hemm ammont minnhom ‘spare’ biex bdiewa li jmorru għall-kaxxi ma joqogħdux jistennew sakemm dawn il-kaxxi jidħlu mingħand bdiewa oħra?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li għaddew sar investiment ta’ xiri ta 10,000 , kaxxi ġodda. Barra minn hekk, sabiex dejjem jingħata servizz aħjar lill-bdiewa, għaddej proċess ta’ tender sabiex ikunu jistgħu jinxtraw 60,000 kaxxa oħra ġodda. Dan it-tender issa qiegħed fil-fazi tal-aġġudikkazzjoni. Ngħarrfu wkoll li qabel ma jingħataw lill-bdiewa, il-kaxxi jiġu mnaddfa u maħsula sabiex tiġi żgurata l-iġjene.
Annimali infettati bil-'blue tongue', brucella jew tuberkulożi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18318 fejn intqal li “ġew identifikati 8 ovini u bovin wieħed li rriżultaw seroloġikament pożittivi għall-Brucellożi, 29-il bovin u mogħża waħda seroloġikament pożittivi għall-Blue Tongue Virus (BTV). L-annimali kkonċernati ġew kollha maqtula bħala prekawzjoni u l-merħliet tagħhom żammew l-istatus ta' ħelsien mill-mard wara serje ta’ testijiet oħra”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-annimali ġewx impurtati minn barra pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid minn liema pajjiżi ġew importati dawn l-annimali u fl-istess ħin jara li jissospendi l-importazzjoni ta' annimali minn dan il-pajjiż? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid f'liema farm f'pajjiżna ġew imnissla dawn l-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tmien ovini li rriżultaw seroloġikament pożittivi għall-Brucellożi kienu kollha ta’ trobbija f’Malta, filwaqt li l-bovin wieħed li rriżulta seroloġikament pożittiv għall-Bruċellożi, daħal minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE). Fost id-29-il bovin u mogħża li nstabu seroloġikament pożittivi għall-Blue Tongue Virus (BTV), din tal-aħħar ġiet minn pajjiż ġewwa l-UE, u l-bovini kienu 5 ta’ trobbija f’Malta u l-kumplament oriġinaw minn pajjiżi tal-UE. Madankollu, wieħed irid jinnota li l-ebda mikrobu ma ġie iżolat għall-Bruċellożi jew għall-Blue Tongue Virus (BTV) (ħlief każ wieħed) b’testijiet molekolari (p.e. PCR) li wera riskju baxx għas-saħħa tal-merħla f’Malta.
Mhuwiex prudenti li jissemmew pajjiżi speċifiċi ta’ oriġini ta’ dawn il-bhejjem jew minn liema irziezet instabu dawn il-bhejjem in kwistjoni, speċjalment meta qatt ma’ ġew iżolati l-mikrobi għall-Bruċellożi jew għall-Blue Tongue Virus (BTV), ħlief f’każ wieħed b’testijiet molekolari hekk kif diġa’ semmejt.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministrujgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa mill-bidu tas-sena sa issa ma ntefqu l-ebda ammonti ta' flus fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' klieb, qtates u annimali oħrajn (f'dak il-każ jispeċifika x' annimali kienu) li ttieħdu mingħand sidhom ġewwa Għawdex mill-Animal Welfare (AW) minn Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-annimali ngħataw lura lil sidhom u x'kienet ir-raġuni li ngħataw lura?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali fl-2021, fl-2022 u fl-2023? Jista’ jgħid ukoll f’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab xi forma ta’ ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti bl-informazzjoni mitluba.
Sena
Numru ta’ Spezzjonijiet
Numru ta’ Ksur ta’ Liġijiet
2021
1,163
23
2022
982
50
2023
1,081
23
Fid-dawl li wieħed mill-pilastri tar-riforma fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li l-Gvern nieda f'Ġunju tal-2023, jgħid: “Tisħiħ tal-kapital uman: L-istrateġija ser tassigura li l-uffiċjali fi ħdan id-Direttorat ikunu mħarrġa, u mogħtija r-riżorsi kollha meħtieġa biex jaqdu l-obbligi preżenti, kif ukoll dawk addizzjonali fil-futur”, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali mit-tnedija tar-riforma sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm telqu jew tneħħew ħaddiema mill-imsemmi Direttorat, u dawk li daħlu jaħdmu fid-Direttorat xi kwalifiki kellhom u/jew x’taħriġ ingħatalhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat fi ħdan l-UE li attendejt għalihom sa llum huma hekk kig ġej:
Jannar 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju
Frar 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju
Marzu 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju
April 2024 – Laqgħa informali għall-Ministri għall-Agrikoltura - Limburgu, Belġju
Mistenni li nkun qed nattendi għal-laqgħat futuri fi ħdan l-UE.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Ministeru tiegħu ma aċċettax li jiġi installat cold store fejn hemm il-hard standing f’Marsaxlokk?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba li jiġi installat Cold Store għall-liska ġiet evalwata mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, flimkien mal-uffiċjala tas-Saħħa u tas-Sigurtà li jipprovdu servizz lid-Dipartiment. Minn din l-evalwazzjoni, ħareġ li tali Container iġib miegħu diversi riskji, fosthom ostaklu għall-użu tal-ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ aċċident, riskiji relatati mad-dawl li jistgħu jwasslu għall-ħsarat fil-bastimenti li jkunu fil-faċilita`, kif ukoll riskji relatati mas-saħħa tal-ħaddiema u anke tal-istess sajjieda li jkunu fil-facilità. Minħabba l-fatt li m’hemmx żona sigura u maqtugħa fejn jista’ jitqiegħed dan il-container, it-talba kellha tiġi rrifjutata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-hard standing ta' Marsaxlokk, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u għall-impjegati tal-Gvern separatament minn ħaddiema tal-privat?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti, ngħarrfu li l-informazzjoni li qed tingħata hija minn meta ġie mwaqqaf dan il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli sal-lum.
Sena
Nru. Ta’ Impjegati tal-Gvern
Nru. Ta’ Ħaddiema tal-Privat
31/12/2020
4 Servizz Pubbliku
2 Settur Pubbliku
3
31/12/2021
3 Servizz Pubbliku
2 Settur Pubbliku
3
31/12/2022
4 Servizz Pubbliku
2 Settur Pubbliku
3
31/12/2023
4 Servizz Pubbliku
2 Settur Pubbliku
3
22/04/2024
4 Servizz Pubbliku
4 Settur Pubbliku
3
Jista’ l-Ministru jgħid x'ser jagħmel bil-binja li qabel kienet okkupata mill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd f’Marsaxlokk? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkunsidrax li jgħaddiha lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, li bħalissa hi l-unika koperattiva li tirrappreżenta lis-sajjieda Maltin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.