Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liġijiet tal-kera – Kumpens li l-Gvern ġie ordnat iħallas lis-sidien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16731 u jgħid kemm kien it-total illi l-Gvern ġie ordnat li jħallas bħala kumpens mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u mill-Qorti Kostituzzjonali lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas effettivament bħala kumpens għas-sena 2022 u 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Qrati, Bordijiet u Tribunali Maltin – Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16721 u jgħid kemm-il kawża hemm pendenti quddiem il-Qrati, Bordijiet u Tribunali Maltin li ilhom diferiti għas-sentenza għal aktar minn sena? Jista’ jgħid ukoll kif inhuma mqassma bejn qrati, bordijiet u tribunali rispettivi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

B’referenza għall-mistoqsija numru 16721, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miġbura għal perjodu ta’ Marzu 2024.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn Jannar 2024 sat-18 ta’ Ġunju 2024.

Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet — xogħol minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wettqitx xogħol fuq l-inkjesta maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ai termini tal-artikolu 518 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet – xogħol minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma taħt liema kumpanija l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġie ingaġġat biex iwettaq xogħol bħala espert fuq l-inkjesta maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ai termini tal-artikolu 518 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet – xogħol minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitx proċess ta’ due diligence u KYC qabel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie ingaġġat biex iwettaq xogħol fuq l-inkjesta maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-esperti ssir abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20074, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi azzjoni li l-Gvern iddeċieda li jieħu abbażi ta' dak ir-rapport u/jew rakkomandazzjonijiet, jew jekk hemmx ħsieb li tittieħed xi azzjoni fiż-żmien li ġej fuq il-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx informazzjoni aktar x’tiżdied ma’ dak provdut fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20074.

Każ ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, skont l-informazzjoni li għandu għad-diżpożizzjoni tiegħu, jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex klijenti oħra apparti l-Qrati ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma jkollhiex l-informazzjoni li ġiet mitluba fil-mistoqsija.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, skont l-informazzjoni li għandu għad-diżpożizzjoni tiegħu, jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex klijenti oħra apparti l-Qrati ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma jkollhiex l-informazzjoni li ġiet mitluba fil-mistoqsija.

Każijiet ta’ individwi u/jew il-kumpaniji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, skont l-informazzjoni li għandu għad-diżpożizzjoni tiegħu, jekk l-individwi u/jew il-kumpaniji tagħhom li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, għandhomx klijenti oħra apparti l-Qrati ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma jkollhiex l-informazzjoni li ġiet mitluba fil-mistoqsija.

Proċess ta’ Due Diligence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx proċess ta’ due diligence u KYC fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qabel intgħażlet biex twettaq xogħol fil-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-esperti ssir abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Proċess ta’ Due Diligence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx proċess ta’ due diligence u KYC fuq il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u/jew il-kumpanija tagħha, qabel intgħażlet biex twettaq xogħol fil-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-esperti ssir abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Proċess ta’ Due Diligence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx proċess ta’ due diligence u KYC fuq l-individwi u l-kumpaniji tagħhom li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament qabel intgħażlu biex iwettqu xogħol fil-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-esperti ssir abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġi pjanat pjan ħolistiku dwar ir-rinovar tal-Berġa ta’ Aragona, li jinkludi wkoll il-possibbiltà li jiġu installati l-pannelli solari.

Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti li tħallsu u li fadal biex jitħallsu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal kull sena bejn l-2016 u l-2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-pagamenti li tħallsu lill-kumpanija kif mitlub. Sal-20 ta’ Ġunju 2024 din il-kumpanija ma fadlilhiex aktar kontijiet pendenti x’titħallas għalihom.

Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti li tħallsu u li fadal biex jitħallsu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal kull sena bejn l-2016 u l-2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-pagamenti li tħallsu lill-kumpanija kif mitlub. Sal-20 ta’ Ġunju 2024 din il-persuna ma fadlilhiex aktar kontijiet pendenti xi titħallas għalihom.

Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti li tħallsu u li fadal biex jitħallsu lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintabgħtu separatament, inkluż il-kumpaniji tagħhom, għal kull sena bejn l-2016 u l-2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijijiet parlamentari 20053 u 20054. Fir-rigward tal-persuni l-oħra msemmija mill-Onor. Interpellant li mhux msemmija fil-mistoqsijiet parlamentari kwotati qatt ma ppreżentaw kontijiet lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.