Legislature:
Category:
Reset
Active:

Service Culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema każi ta’ żvilupp qed jintalab li l-iżviluppatur jipprovdi service culvert quddiem il-proprjetà tiegħu? F’liema lokalitajiet qed jintalbu tali culverts? Jista’ jgħid ukoll minn meta bdew jiġu imposti dawn il-culverts?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Lista ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: a. f’positions of trust; b. persons of trust; u ċ. taċ-ċivil

Response (CAMILLERI, CLINT)

Il-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24404 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Proġett tal-pixxina

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ił-proġett tal-pixxina għal Għawdex u kemm fadal biex dan ił-proġett jitlesta kompletament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma Iill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-tenders kollha qed jingħalqu. L-andament tal-proġett miexi skont kif ippjanat u b'rispett mal-kuntratti li jkopru d-diversi xogħlijiet.

Għawdex — Proġett tal-mużew

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ił-proġett tal-mużew fir-Rabat, Għawdex u meta ser jitlesta dan ił-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Oner. Interepellant li l-proġett imsemmi jinsab fl-istadju ta’ xogħlijet ta’ M&Es, Finishes u preparamenti għall-Fit-Out. Fl-ewwel kwart tas-sena 2026 is-sit se jkun għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija inkarigata mill-Wirt Kulturali biex jibda l-proċess ta’ migrazzjoni tal-arti fatti għas-sit il-ġdid. Il-Mużew ta’ Għawdex se jkun miftuħ għall-pubbliku fl-istess sena.

GRDA — Baġit allokat għas-sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għall-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA) għas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-baġit allokat għall-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA) għas-sena 2025 huwa dak ta’ €850,000.

Ix-Xewkija Għawdex — Regeneration project tal-Gozitano

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ir-regeneration project tal-Gozitano fix-Xewkija, Għawdex u meta ser jitlesta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-proġett ta' rigenerazjoni tal-Gozitano fix-Xewkija mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Għawdex — Settur tad-diving - Masterplan

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24806 dwar il-Masterplan relatat mas-settur tad-diving ġewwa Għawdex, jista’ l-Ministru jelenka l-investimenti li saru u l-ispejjeż relatati ma’ kull inizjattiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ingħad fil-mistoqsija parlamentari numru 24806, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar nieda skema ġdida: Supporting the Adventurous Tourism Industry in Gozo through hiring equipment refund scheme. Permezz ta’ din l-iskema l-operaturi fil-qasam tal-għadds se jgawdu minn sostenn finanzjarju f’xiri ta’ apparat. Sa issa din l-iskema, li nfetħet anke matul din is-sena, inċentivat investiment ta’ €49,057, li €37,376 minnhom kienu lill-operaturi tal-għadds. B’rata ta’ rimborż ta’ 50%, l-operaturi tal-għadds applikanti irkupraw lura mat-€18,688. Skema oħra li ukoll nfetħet din is-sena hija l-Promoting Gozo’s Niche Tourism Markets Scheme. Mill-2022 ‘l hawn, permezz ta’ din l-iskema - li tagħti sostenn lill-operaturi li jippromwovu s-servizzi tagħhom anke f’fieri internazzjonali pertinenti - l-operaturi tal-għadds gawdew minn rimborż ta’ totali €16,290. It-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra jagħtu rendikont tas-sostenn li l-operaturi tal-għadds irċevew permezz ta’ dawn iż-żewġ skemi. Min-naħa l-oħra, il-Masterplan jagħmel referenza għall-importanza li jiġi sostnut investiment fil-manutenzjoni tas-siti. F’dan il-qasam isir investiment kontinwu mill-Ministeru biex, kemm jista, dawn is-siti jipprovdu aċċessibilta adegwata lill-utenti. Bejn Jannar u Ottubru tas-sena l-oħra in-nefqa fuq dan ix-xogħol - li jsir mill-ħaddiema taċ-ċivil - kienet tlaħħaq is-somma ta’ €42,069. Ħidma oħra li ssemmiet fil-Masterplan hija l-istudju li ġie kkummissjonat flimkien mal-Università’ ta’ Malta biex jinkiseb tagħrif preliminari fir-rigward ta’ sikkek artifiċjali. Dan l-istudju sewa s-somma ta’ €21,024. Finalment, insemmi wkoll il-vapur mgħerraq fix-Xatt l-Aħmar fl-2022; proġett ikkoordinat bl-aktar mod professjonali mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, li kompla jtejjeb l-attrazzjoni ta’ Għawdex fil-qasam tal-għadds. Is-settur tal-għadds jibqa wieħed mill-aktar esperjenzi promossi mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u entitajiet bħall-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Apparti hekk, dan huwa qasam li jkun amalgamat f’diversi promozzjonijiet li jsiru barra minn xtutna

Triq Delimara għas-Salini — Għeluq tal-aċċess għall-pubbliku - Permess

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24892, li għaliha ntalbet aktar informazzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku tat-triq li tgħaddi minn Co-ordinates 35°49'28.4"N 14°33'38.0"E jew parti minnha, it-triq li tagħti minn Triq Delimara għas-Salini ta’ bejn il-Kalanka t-Tawwalija u Għar Bella f'Delimara?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Awtorità tal-Ippjanar - Impjegati fi gradi D u E on-call

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-ġranet meta impjegati fi gradi D u E fl-Awtorità tal-Ippjanar kienu on-call u kellhom jattendu għal xi emerġenza li nqalgħet f'Għawdex matul is-sena 2024? Jista’ jagħti n-natura tal-każ u tal-lokal ta’ kull emerġenza?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex hemm uffiċjal wieħed tal-konformita’ u infurzar fi Grad D. Dan l-uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar attenda ħames darbiet għal emergenza (on call) f’Għawdex matul is-sena 2024, kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ix-Xlendi — Masterplan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-Masterplan tax-Xlendi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Periti tal-Ministeru qegħdin iħejju l-pjanijiet għal-Masterplan tax-Xlendi. Dan qed issir fl-isfond ta’ feedback li rċieva minn numru ta’ laqgħat li l-istess Ministeru kellu mal-kunsill Lokali tal-Munxar, Water Services Corporation u stakeholders oħra.

Għawdex — Cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Cruise Liner daħal Għawdex mill-2010 sal-ġurnatra li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsilli Lokali Għawdxin — Talbiet għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24129 u jgħid min fi ħdan il-Ministeru tiegħu jiddeċiedi liema talbiet jiġu aċċettati jew le permezz tas-sistema L.C. works li jużaw il-Kunsilli Lokali Għawdxin fejn fihom jitolbu talbiet għal xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm talbiet pendenti għandhom kunsill, kunsill u kemm ilhom pendenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella. 2025 2024 2023 Requests 66 752 558 Completed/ Approved 45 460 362 Pending/ Not Applicable 21 292 196

Għawdex — Bini ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24134 u ċjoè: Fid-dawl li t-toroq kollha ġewwa Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-valur tal-kuntratti ta’ bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa għal kull sena fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, kemm minnhom saru u kemm minnhom għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll għaliex għadhom ma sarux u meta hu maħsub li ser isiru (xahar u sena)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24138.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Vjaġġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni? (b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament? (c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru? (d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ? (e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċċjali jkun marbut ma’ laqgħat CPMR jew laqgħat oħra li nkunu mitluba jew rikjesti bħala parti mid-dekasteru responsabbli għalih. Infurmat illi l-arranġamenti ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances, huma rregolati skont il-Manual on transport and Travel Policies. Għar-rigward tat-tul ta’ żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż. Numru ta’ vjaġġi 20227 20238 20244

Marsalforn — Proġett tal-breakwater

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema stadju wasal il-proġett tal-breakwater ta' Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ngħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni marbut mar-rapporti tal-EIA, ir-rispons kollu - li daħal fl-istess proċess - qiegħed jiġi analizzat. Eventwalment, il-kummenti se jiġu indirizzati u mwieġba. Dawn se jintbagħatu lura lil ERA għal iktar kummenti min-naħa tal-istess awtorità jekk jkun hemm il-ħtieġa.

Għawdex — Reati relatati ma’ traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta' reati li seħħew ġewwa Għawdex li kienu relatati ma' traffikar ta' droga, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għawdex — Settur tad-diving - Masterplan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Masterplan relatat mas-settur tad-diving ġewwa Għawdex qatt ma ġie implimentat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull masterplan jieħu l-perkors tiegħu. Filwaqt li kien hemm aspetti tal-pjan li ma ġewx finalizzati, dan ma jfissirx li l-pjan ma kienx implimentat jew li mhux qed jiġi mplimentat. Tajjeb li jiġi sottolineat ukoll li ġew implimentati miżuri oltre mill-pjan innifsu, sabiex inkomplu nsostnu l-operaturi tal-għadds f’Għawdex. Fost dawn insemmi skema ta’ inċentivi li tħabbret fl-2022 u li għadha miftuħa sal-lum. L-għan ta’ din l-iskema – li kienet tikkonsisti f’investiment fl-apparat li jiġi offrut lill-klijenti – kien li nikkonsolidaw l-kompettivita tal-operaturi f’Għawdex u li ntejbu l-esperjenza tal-viżitaturi. Saħħaħna skema oħra ta’ inċentivi biex l-operaturi jippromwovu l-industrija tal-għadds f’Għawdex, li kienet tinkludi wkoll sapport finanzjarju għal parteċipazzjoni f’fieri internazzjonali pertinenti. Inżid, li kif talab il-Masterplan, ġie esplorat metodu differenti ta’ artificial reefs fi studju mal-Università ta’ Malta. Dan apparti l-fatt li mill-Masterplan ‘l hawn kellna shipwreck ieħor fix-Xatt l-Aħmar, li serva ta’ attrazzjoni għas-settur tal-għadds f’Għawdex.