Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u cioè: ln-vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8806, jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Artijiet se jnaddaf u jieħu ħsieb l-oqbra puniċi li hemm fl-inħawi t'Għajn Dwieli, limiti ta' Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-art fuq liema jinsabu dawn l-oqbra punici għadha qed tigi akkwistata mill-Gvern. Minħabba l-fatt li dan is-sit għandu valur arkeoloġiku, it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ser tieħu passi biex tikteb lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali sabiex jiġi deċiż l-aħjar mod kif dan is-sit u l-fdalijiet li hemm fihom, jiġu preservati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8998 u jgħid: Peress li fid-diskors tiegħu lill-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Ministru qal li jrid jinvestiga għaliex il-prezzijiet fir-ristoranti għolew bi kwazi 12 % f’xahar u dan minn Marzu sa April 2009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jinvestiga? Huwa konxju li l-prezzijiet fir-ristoranti jistgħu jirriflettu l-għoli fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, ż-żieda fil-prezz tal-laħam importat kif ukoll ħwejjeg oħra li ilhom jogħlew għal xhur sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9661.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9486 u 8998 u cioè: Peress li fid-diskors tiegħu lill-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Ministru qal li jrid jinvestiga għaliex il-prezzijiet fir-ristoranti għolew bi kwazi 12 % f’xahar u dan minn Marzu sa April 2009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jinvestiga? Huwa konxju li l-prezzijiet fir-ristoranti jistgħu jirriflettu l-għoli fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, ż-żieda fil-prezz tal-laħam importat kif ukoll ħwejjeg oħra li ilhom jogħlew għal xhur sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpelaant illi f’April, l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet indika li kien hemm żieda ta’ 11.7 fil-mija fl-indiċi tar-restoranti u l-lukandi. Jekk wieħed janalizza dan l-indiċi aktar fid-dettal isib li din iż-żieda hija primarjament dovuta għall-lukandi. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika diġa kellu laqgħat ma’ l-MHRA biex jispjega l-metodoloġija li ntuzat biex jinħadem dan l-indiċi, liema metodoloġija ilha fis-seħħ għal ħafna snin. L-NSO ukoll għamel studju fejn qabbel ir-rack rates ma’ l-average achieved room rates u jirriżulta li t-trends huma l-istess.
Meta ġew imqabbla l-prezzijiet ta’ April fuq dawk ta’ Marzu kienu biss ħames ristoranti li kellhom żieda fil-prezzijiet. Din iż-żieda tvarja bejn 0.12 sa 10.02 fil-mija. Minn analiżi li għamel id-Direttorat ta’ l-Infurzar fuq dawn il-prezzijiet miġbura minn 67 ristorant, jirriżulta li kien hemm żieda fil-prezzijiet ta’ 0.3 fil-mija.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Għawdxin maħtura f'bordijiet
Question
Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Ghawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika min jikkwalifika bħala ‘Għawdxi’ għal fini ta’ din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jispjega kif se ssir ir-riġenerazzjoni tal-Forti Sant'Iermu u x'inhuma t-timeframes relattivi? X'nefqa hi proposta item, item? Se jkun hemm applikazzjoni għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Fondi mill u lejn l-unjoni ewropea — advanced payments
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6731 li saret mill-Onor. Anthony Agius Decelis riċentament dwar dħul u ħruġ ta' fondi minn u lejn l-Unjoni Ewropea, meta huwa antiċipat li dawk il-fondi, advance payments li qegħdin il-Bank Ċentrali huwa maħsub li ser jintużaw? Jekk dawn id-dati mhumiex available għaliex dawn il-fondi li jinsabu il-Bank Ċentrali għadhom ma ntużawx? X'żamm lill-Gvern milli jutilizzahom kollha biex jagħti spinta lill-ekonomija Maltija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ spiża li ġiet ċertifikata ma’ l-ewwel ċertifikazzjoni tal-Fondi Strutturali, liema ċertifikazzjoni qed tiġi konkluża issa, ser jiġi immedjatament trasferit fil-fond konsolidat hekk kif jingħalaq il-proċess ta’ ċertifikazzjoni interim.
Sadanittant, l-ammont li jibqa’ fil-kont tal-Bank Ċentrali, ikun qiegħed jiġġenera interessi li jistgħu jintużaw b’wieħed minn dawn il-modi kif gejjin:
1. L-interessi jiġu ri-investiti fil-Programm bħala fondi addizzjonali, jew
2. Jissostitwixxu il-ko-finanzjament nazzjonali, jiġifieri l-persentaġġ li Malta hija obbligata toħroġ għall-proġetti li jkunu implimentati.
Dħul mit-taxxi — capital gains, fund withdrawing, provisional tax
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar id-dħul ta' taxxa ta' capital gains, fund withholding u provisional tax u taxxa ta' boll fuq kuntratti ta' bejgħ għas-snin 2007, 2008 u mill-1 ta' Jannar sa 31 ta' Mejju 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Year
Capital Gains Provisional (€)
CGT Final Withholding (€)
Duty on Documents (€)
2007
35,059,911
70,461,987
58,946,951
2008
21,034,835
59,601,844
47,240,753
2009 (Jan – May)
7,954,259
17,613,454
14,621,074
Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment — Mobile phones u fixed lines
Question
Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8964, 8538 u 8709 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f'Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minnhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma ngħatawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġew approvati għaliex għadhom ma ġewx ipproċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2007, 42 entita’ minn Għawdex urew interess biex jirrilokaw l-operazzjonijiet eżistenti tagħhom fil-qasam industrijali tax-Xewkija. Sat-2008, 17 minnhom ġew approvati u ngħataw spazju industrijali. Dawn iridu jilħqu t-98 impieg sat-tielet sena ta’ l-operat tagħhom.
L-ispazju industrijali f’dan is-settur tradizzjonali fil-qasam industrijali tax-Xewkija huwa prattikament kollu meħud. Il-Malta Industrial Parks qed tistudja siti alternattivi sabiex talloka l-attivitajiet tas-setturi tradizzjonali.
Il-25 entita’ li baqa’ huma proġettati li jilħqu l-159 impieg sat-tielet sena ta’ l-operat tagħhom. Irid jiġi innotat li dawn huma figuri proġettati u mhux fattwali u li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-entitajiet diga’ qegħdin joperaw u qed jiġġeneraw impieg. Ħafna minnhom huma “relocation” u mhux “intrapriżi ġodda”. La darba jiġu identifikati siti addattati għal dawn l-attivitajiet, il-Malta Enterprise tipproċessa t-talbiet pendenti u potenzjali skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni u eliġibilita’ tal-Malta Enterprise.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 9542, 9368, 8974 u 8603 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu inkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament? Jista' jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9542.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent min qed jieħu ħsieb it-Torri tax-Xlendi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern reġgħet ħadet lura f’idejha t-Torri tax-Xlendi wara li ġiet infurzata Ordni ta’ Żgumbrament.
Jista' l-Ministru jgħid it-torrijiet kollha ta' Għawdex f'idejn min qiegħdin u b'liema titolu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed tinġabar l-informazzjoni kollha relatata ma’ dawn it-torrijiet, u f’ċerti każijiet trid tiġi kkonfermata ukoll bi spezzjoni fuq il-post.
Billi hu maħsub li mis-sena dieħla tiddaħħal sistema ta' nofs ewro kuljum għat-turisti li joqgħdu f'akkomodazzjoni f'Malta u f'Għawdex, jista' l-Ministru jassigura li d-dħul minn dan il-ħlas jiġi nvestit fl-istess lokalitajiet fejn ikunu qed joqgħodu t-turisti li jkunu żaruna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif spjegat fid-Diskors tal-Bagit għall-2009, id-dħul mill-kontribuzzjoni ta €0.50 għal kull lejl li persuna tqatta’ f’akkomodazzjoni kollettiva u privata mħallsa, se jintuża biex il-Gvern jibqa’ f’pozizzjoni li jsjostni is-settur tat-turizmu.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ma ngħatax rifuzjoni ta' taxxa provizjonali li huwa ħallas u li huwa intitolat li jeħodhom lura? Jaf li d-dipartiment, nonstante li ġie mfakkar kemm-il darba b'ittri, qatt ma ngħata risposta sodisfaċenti? Ma jidhirlux li din hija traskuraġnui u non kuranza da parte tal-Ministeru?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.