Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa ppjanat li tgħaddi triq minn wara dak li huwa magħruf bħala l-Villaġġ Daniż fil-Mellieħa? Huwa konxju l-Ministru li s-sidien ta’ dan il-villaġġ qed jaħsbuha jgħalqux dan il-villaġġ jekk jimmaterjalizza dan il-proġett li skond huma se jeffettwahom negattivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ADT għadha ma reġgħetx waħlet bus stop sign fi Triq l-Imdina Ħ’Attard li kienet inqalgħet b’mod misterjuż biex isir xogħol fuq showroom privata, saret oħra temporanjament biex ir-residenti ta’ dawn l-akkwati ma’ jbatux u din reġgħet inqalgħet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm bus stop sign fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2005 u jikkunsidra flimkien ma' l-ADT, li triqat fil-Kappara bħalma huma Triq Antonio Schembri u triqat biswit isiru triqat għar-residenti biss, ġaladarba l-Kappara suppost hija residential area?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu se tiġi evalwata mill-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien esaġerat biex il-familja, li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, tingħata servizz ġdid ta' l-ilma meta dawn applikaw fit-12 ta' Ġunju 2008 u sal-lum għadhom qed jistennew biex jingħatalhom dan is-servizz minn naħa tal-Water Services Corporation? Jista' jara li din il-familja li għandha bżonn urġenti ta' dan is-servizz minħabba li se tidħol f'din id-dar tinqeda malajr kemm jista' jkun?
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1741, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li minn meta seħħ l-inċident f'April 2007 ‘l hawn, il-MATS bidlet il-proċeduri li bihom ajruplani li ma jkollomx it-transponder mixgħul u jinfunzjoni tajjeb, dawn mhux qed jiġu ppreżentati fuq id-display tal-Kontrolluri, anke jekk ir-Radar ikun qed jarahom? Jekk dan hu veru, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili approva dawn il-proċeduri ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan hu minnu, sarx dak magħruf bħala Safety Case qabel ma dawn ġew fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-problema ta' vultaġġ baxx fi Triq l-Iżbandola, Ħal Qormi qed tibqa' tippersisti minkejja li l-Enemalta bniet substation ġdida fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi biex telimina din il-problema? Jista' jgħid x'passi ħadet l-Enemalta biex tiġi solvuta din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-accounts tal-Malta Drydocks mill-1967 - 1971 sena b'sena? Jista' l-Gvern jippubblika cabinet minutesand documents ta' aktar minn 30 sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bajjiet u x-xtut dikjarati għall-għawm biss u f'dan il-każ xi spezzjonijiet isiru minn impjegati ta' l-Awtorita' Marittima biex ikun assigurat li f'tali bajjiet u xtut m'humiex isiru abbużi minn dgħajjes, eċċ.? X'kienu r-riżultati s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-bajja żgħira u naturali ta' Bugibba nqasmet fi tnejn biex f'parti minnha ma jsirx għawn sempliċiment biex ikun jista' jitrakka bastiment ta' vjaġġi bil-baħar bejn Bugibba u Kemuna, meta l-istess vjaġġi jistgħu jibdew u jispiċċaw f'partijiet oħra ta' din il-lokalita'? Fuq liema kriterji ngħatat din il-konċessjoni tal-baħar? Qed isir xi ħlas lill-Awtorita' Marittima? Jaf li d-dħul u l-ħruġ ta' tali bastiment fil-bajja ta' Bugibba qed isir b'dannu u b'periklu għall-għawwiema u l-ambjent? Jikkonsidra li jinvestiga l-każ kollu in vista ta' l-ilmenti (anke permezz ta' petizzjoni) li issa ilhom isiru mill-familji li jiffrekwentaw il-bajja u jipprova jsib post atternattiv għal dan il-basitment b'mod li jħalli l-bajja ta' Bugibba titgawda mill-għawwiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li rigward il-bajja ta’ Buġibba, l-Awtorita` rċeviet diversi talbiet sabiex tiġi stabbilita żona riservata għall-ghawwiema. Bħala parti minn dan il-proċess, u bħalma sar f’lokalitajiet oħra, tqegħdet launching lane bi prova minħabba l-preżenza ta’ żewġ slipways kif ukoll għall-fatt li minn hemm jopera watersports operator u operatur ieħor li jagħmel vjaġġi bejn Buġibba u Kemmuna. Dawn għandhom il-permessi kollha mill-Awtorita` u ilhom joperaw minn hemm għal diversi snin. Barra minn hekk, launching lanes iservu sabiex kull membru tal-pubbliku li għandu opra tal-baħar ikollu aċċess għax-xatt minn żona riservata għall-għawwiema. Permezz ta’ dawn il-miżuri l-għawwiema jkunu protetti ġewwa ż-żona riservata. Bħalissa, l-Awtorita` qegħda tagħmel moniteraġġ u tisma` l-kummenti tal-pubbliku u għaqdiet qabel ma tiġi finalizzata ż-żona riservata għall-għawwiema f’din il-lokalita`.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex numru ta' bus stops li hemm mad-dawra tal-Qawra u l-front ta' Bugibba, kif ukoll fi Triq il-Pijunieri u mat-triq tal-kosta, fil-fatt ikollhom bus shelter għaliex dawn il-bus stops mhux qed jagħtu l-protezzjoni meħtieġa lil dawk li jistennew tal-linja fuqhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li li t-tqegħid u l-manutenzjoni ta’ bus shelters f’ żoni residenzjali huma fir-responsabbilta’ tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli Lokali huma obbligati li jagħmlu applikazzjoni lill-MEPA f’ dan ir-rigward, filwaqt li l-ADT tiġi ikkonsultata fuq din l-applikazzjoni mill-MEPA.
Infurmat ukoll li d-dawra tal-Qawra, kif ukoll Triq il-Pijunieri jaqaw taħt ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Rigward ' mat-triq tal-kosta' nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iżjed speċifiku fil-mistoqsija tiegħu ħalli nkun nista' nwieġbu sew.
Jista' l-Ministru jara jekk il-yellow line li jinsab quddiem residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament huwiex skond il-liġi meta dan qed ikollu ħafna ostakli biex joħroġ il-karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-linja safra li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet approvata mit-Taqsima għall-Immanigjar tat-Traffiku skond ir-regolamenti eżiztenti sabiex ikun hemm aċċess għal vettura bil-mutur (vann) minn ġol-garaxx li għandu wisgħa ta 2.4 metru.
Jista' l-Ministru jindika x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex isebbaħ iż-żona ta' San Tumas f'Masraskala li bħalissa tinsab f'qagħda diżastruża? Xi pjan għandu l-gvern biex gradwalment idawwar il-bajja ta' San Tumas f'bajja ferm u ferm isbaħ, iktar nadifa u iktar attrajenti milli hi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi EURO 2, 3, 4 ,5 u 6 f'pajjiżna separatament? X'persentaġġ jagħmlu mill-ammont totali ta' vetturi f'pajjiżna separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li kien hemm jaħdmu fit-Tarzna tul is-sena 2007, xahar b'xahar u skond in-nazzjonalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda l-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-Port l-antik ta' l-Imġarr? Tista' tgħid x'sar s'issa fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għall-liema proġett qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jindikalna kemm hu l-perċentaġġ ta' trabi li twieldu f'pajjiżna f'dawn l-aħħar tliet snin (2005-2007) li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father? (Vide pq 1421 Sitt 29)
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq nagħmel korrezzjoni ta' risposta li tajt lill-Kamra għall-mistoqsija parlamentari numru 1421 fejn jien infurmajt lill-Kamra li n-numru ta' trabi mwielda f Malta li 1-paternita' tagħhom ma kinetx magħrufa kienet telgħet għal 19.68 fi1-mija fl-2007.
Jirriżulta li din l-informazzjoni ma kinetx dik korretta billi din kienet tinkludi statistika Ii ma kinetx ġiet finaliżżata u li kienet inġabret mir-Reġistru Pubbliku fid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta' lArtijiet, u li minħabba dan u bi żvista kienu ġew inklużi partijiet mill-informazzjoni darbtejn u dan minflok dik riflessa fir-Reġistru tat-Twelid.
L-istatistika korretta kellha tkun kif ġej:
2005: twieldet 3858 tarbija ħajja, 328 minn missier mhux magħruf (8.50%)
2006: twieldet 3885 tarbija ħajja, 371 minn missier mhux magħruf (9.55%)
2007: twieldet 3871 tarbija ħajja, 352 minn missier mhux magħruf (9.09%)
Nitolb skuża ta' dan l-iżbalI li ma kienx jirrifletti s-serjeta' neċessarja u li normalment tingħata fi twegibiet Ii jingħataw lill-Kamra. Nixtieq ninforma lill-Kamra li esprimejt mad-Dipartiment ikkonċernat id-diżappunt tiegħi għal dan in-nuqqas. Ordnajt li jittieħdu l-passi biex il-proċeduri li normalment jintużaw biex tiġi verifikafia statistika qabel tinħareġ jissaħħu biex żbalji bħal dawn ikunu evitati.
Jista' l-Ministru jgħid liema linji gwida jiġu segwiti sabiex tittieħed deċiżjoni għandhiex titwaħħal speed camera jew le? Min jieħu din id-deċiżjoni? Il-kunsilli lokali jiġu kkonsultati jew le qabel ma titwaħħal speed camera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita tat-Transport, fir-rwol ta’ regolatur, teżamina w tevalwa t-talbiet għal speed cameras li jiġu sottomessi skond il-kriterji definiti fil-linji ta’ gwida maħruga mid-Dipartiment tat-Trasport tar-Renju Unit fis-sena elfejn u erbgħa (2004).
Fil-proċess ta’ evalwar tat-talbiet għal
speed cameras
, l-awtorita tikkonsulta ma’ l-entitajiet responsabbli mis-sigurta fit-toroq kif applikabbli.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-management ta' l-ispeed cameras f'Malta u f'Għawdex? Min jieħu l-flus li jinġabru minn dawn il-cameras permezz ta' ċitazzjonijiet? Kif jitqassmu u bejn min dawn il-flus? Hemm il-ħsieb li jinġiebu mobile speed cameras?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-responsabilita ta’ l-installazzjoni ta’ speed cameras hi ta' l-ADT. L-immanigjar tal-infurzar tal-ligi bl-ispeed cameras hi delegata lill-Kunsilli Lokali li għandhom arranġamenti kontrattwali ma kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ infurzar tal-liġi, bħala parti mis-sistema ta’ enforzar lokali. Bħal kull multa oħra, il-flus jinġabru mill-kunsill lokali. Minnhom, il-kunsilli lokali jhallsu 16.67% lill- ADT għal kampanji fuq is-sigurta fit-toroq.
Rigward il-bqija tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.