Jista' l-Ministru jinforma jekk għamilx użu mill-permess li l-Kommunità Ewropea tat lill-Gvern Malti biex jgħin lill-negozji li ntlaqtu ħażin minħabba l-kriżi ekonomika li għaddejin minnha? Jista' jgħid min kienu l-benefiċjarji u kemm ħadet għajnuna kull ażjenda? Jekk s'issa ma ngħatat l-ebda għajnuna finanzjarja, x'qed ikun maħsub li jsir? Fi kwalunkwe każ, jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu jew ser jintgħażlu l-benefiċjarji? Min qed jieħu d-deċiżjoni dwar jekk talba għall-għajnuna tiġix milqugħa jew le? Jekk hemm xi bord tal-għażla, minn min huwa kompost u x'inhuma l-kwalifiki tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa spjegajt numru ta’ drabi, il-Gvern ma jistax jiżvela l-għajnuna finanzjarja li tingħata fuq bażi ta’ kumpanija kemm għal raġunijiet kummerċjali kif ukoll għal raġunijiet legali. Madankollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li tnejn mill-ftehim li saru kienu jinvolvu użu mill-permess li tat l-Unjoni Ewropea lil Malta sabiex tassisti b’intensita’ akbar f’dan il-perjodu. In-negozjati huma mmexxija kollha mill-Malta Enterprise u wara jiġu diskussi fit-Task Force fejn fl-aħħar mill-aħħar, bħala Chairman tat-Task Force u Ministru tal-Finanzi , inkun jien li napprova l-pakkett ta’ għajnuna propost mill-Malta Enterprise.
Proprjetajiet devoluti lil Għaqdiet Non-Governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet ġew devoluti lil Għaqdiet Non-Governattivi (NGOs) f'dawn l-aħħar għaxar snin? Lil liema NGOs u x'inhu l-użu propost għalihom? Jista' jagħti dettalji dwar talbiet pendenti li għadhom qed jiġu proċessati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema kompjuteriżżata fit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’għandhiex il-faċilità li tikklassifika dawn it-tip ta’ kirjiet. Sabiex tinġabar din l-informazzjoni tul dawn l-aħħar għaxar snin, irid isir eżerċizzju li jirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin u riżorsi, u minħabba impenji oħra, huwa impossibli li din l-informazzjoni tinġabar. Madanakollu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li ġew mgħoddija lill-Għaqdiet Non-Governattivi (NGO’s) matul l-2008 sa l-aħħar ta’ Ġunju 2009.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda, it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx statistika tat-talbiet li għad hemm pendenti, pero’ jekk l-Onor Membru irid xi informazzjoni fuq xi għaqda partikolari, nitolbu li jagħti d-dettalji biex isir il-verifika neċessarja.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9900 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew reġistrati konvenji matul is-snin 2007, 2008 u 2009 (sal-31 ta' Mejju) xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ konvenji li ġew reġistrati matul is-snin 2007, 2008 u 2009 (sal-31 ta’ Mejju) xahar b’xahar.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlametnari 6255, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra ż-żewġ intrapriżi konċernati li fl-2007 instabu li kisru l-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għaż-żewġ ċirkostanzi riferuti fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6255 l-Uffiċċju tall-Kompetizzjoni Ġusta f’ċirkostanza minnhom kien ħareġ deċiżjoni li permezz tagħha kien impedixxa l-introduzzjoni ta’ tariffa u ssussegwentement ordna li tkun segwita ordni ta’ konformita li kien diga’ ħareġ; filwaqt li f’ċirkostanza oħra l-uffiċċju kien ħareġ ordni ta’ waqfien u ebda tkomplija sabiex ma jogħliex il-prezz tad-dqiq.
Divizjoni tal-Konsumaturi u l-Kompetizzjoni — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sick leave meħud xahar b'xahar mill-2007 sal-lum mill-Ħaddiema tad-Divizjoni tal-Konsumaturi u l-Kompetizzjoni? F'dan l-istess perijodu kemm kien hemm ħaddiema f'din it-taqsima (full time u part-time)? Kemm suppost huwa l-complement tal-istaff f'dan id-dipartiment? Qatt sar xi rapport dwar kemm għandu jkun il-full complement f'dan id-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ sick leave fid-Diviżjoni tal-Konsumtaur u tal-Kompetizzjoni matul 2007, 2008, 2009 kien kif muri fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni miġbura hija sa 3 ta’ Lulju 2009.
Fil-preżent id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qiegħda taħdem fuq ristrutturar u għaldaqstant il-
full complement
qed jiġi maħdum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9214 u jgħid jekk (u meta) saret expropiation ta' proprjetà privata li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal liema skop saret l-esproprjazzjoni? Meta ser jinbeda x-xogħol? Meta se jkunu kompensati s-sidien li tteħditilhom l-art privata? (il-kunsens qed jingħata separatament)
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mir-records tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet ma jirriżultax li saret xi esproprijazzjoni fuq il-proprjeta’ privata indikata, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament.
Ministeru tal-Finanzi, l-ekonomija u Investiment — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9676.
taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8297 u jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9676.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9488 u 9001 u jgħid kemm ġie esportat fi flus minn fabbriki li qed joperaw f’Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena? Kemm kienu l-ammonti fl-istess żmien f’2007 u 2008 separatament? Liema prodotti ġew esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9001.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Bini ta' websites
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif gej::
Fil-Ministeru intgħażlet il-kumpanija
General Informatix
wara sejħa għall-offerti għall-Baġit 2009
website
u l-ispiża kienet ta’ €26,668. Dan is-sit kien iddisinjat b’mod prattiku u user friendly, u biex isaħħaħ il-kommunikazjoni bejn il-pubbliku in-ġenerali u l-Ministeru.
Il-Features ewlenin ta’ dan is-sit jinkludu:
· Żvilupp u mmaniġjar ta’ real time forum għal perjodu ta’ sitt xhur,
· Reġistrar u moniteraġġ tal-kummenti, sottomissjonijiet u mistoqsijiet mill-pubbliku in-ġeneral ta’ kuljum,
· Aġġornar tal-Kalendarju ta’ Attivitajiet,
· Produzzjoni ta’ filmat introduttorju, inkluż formazzjoni tal-iscript, editjar, u uploading għal fuq is-sit.
· Aġġornar kontinwu b’numru t’artikli, ritratti, dokumenti u proposti għall-baġit fuq bażi regolari.
Fil-Mimcol/MGI intgħażlet il-kumpanija 2 i Limited sabiex jinbnew websites u l-ispiża kienet ta’ €3,953. L-ebda sejħa ma ħarġet għall-offerti.
Fil-Malta Enterprise saret website għall-proġett ‘Enterprise Europe Network’ u l-ispiża kienet ta’ Euro 2,360 (VAT inkluż). Il-kumpanija ntagħżlet fuq bażi ta’ xi xogħol ieħor simili li kien sar minn din il-kumpanija - liema xogħol u servizz kien ta’ kwalita tajba ħafna. Is-sejħa saret skont il-proċedura tal-‘Procurement’ tal-Malta Enterprise li tapplika għal spejjeż anqas minn Euro 2,500.
Website oħra kienet għall-proġett ta’ l-iskemi ta’ l-ERDF (20 million for Industry) u l-ispiża kienet ta’ Euro 2,855 (VAT inkluż). Minħabba l-urġenza biex jinbeda dan il-proġett, ġie approvat Direct Order fuq bażi ta’ xogħol li kien diġà sar.
Fl-2008 l-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob tat dehra ġdida u xtrat software aktar modern għall-website uffiċjali tagħha. Dan ix-xogħol sar minn Icon Studios, l-istess kumpanija li kienet ġiet maħtura fl-2004 mill-Awtorità wara sejħa għall-offerti sabiex tibni l-website uffiċjali tal-Awtorità. Is-sejħa għall-offerti kienet titlob għal aġenzija ta’ reklamar li toffri servizzi ta’ marketing inkluż reklamar, PR u l-website.
L-ispiża għax-xogħol li sar matul is-sena 2008 fuq il-website kien ta’ €7906. Dan kien jikkonsisti:
· Żvilupp ta' software modern (SNAP)
· Disinn ġdid għal website
· Ittestjar tal-website ġdida
· U fi trasferit ta’ data mill-website primarja għal dik ġdida.
Matul l-aħħar xhur, l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards ibbenefikat mill-proġett ippilotat mill-MITC bl-isem
“E-alliance”
biex tkun tista’ ttejjeb is-servizzi eżistenti (bħal xiri ta’
standards
,
bookings
ta’ korsijiet,
bookings
ta’ servizzi ta’ kalibrazzjoni, eċċ… direttament minn fuq l-
internet
) u saħansitra tkun tista’ toffri oħrajn ġodda permezz tal-
website
uffiċċjali tagħha: www.msa.org.mt. Għaldaqstant, l-Awtorità ma kinitx direttament hi li qabdet xi kumpannija sabiex tipprovdi dawn is-servizzi ta’ bini ta’
websites
iżda kien kollox immaniġġjat mill-MITC, mgħejjun mit-tekniċi tal-MITA.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9399, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar 15-il sena kemm saru eżamijiet tal-warrants ta' nutara u jgħid meta saru u meta ttieħed il-ġurament? Jista' jgħid kemm qagħdu għall-eżamijiet rispettivi u kemm għaddew u ħadu l-ġurament tal-ħatra? Kemm minnhom irrinunzjaw għall-warrant u meta? Kemm minnhom kienu Għawdxin u kemm minnhom Maltin? Meta dehru l-avviżi relattivi fil-Gazzetta tal-Gvern, kemm rigward il-ħatra kif ukoll rigward ir-rinunzji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin hawn fuq imsemmija u dwar l-eżami għall-warrant ta’ Nutar li sar fl-uffiċju tan-Nutar tal-Gvern, Malta, l-istatistika hija skond kif muri fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li rigward ġuramenti, dawn jittiehdu il-Qorti u ma jinżammx record f’dan l-uffiċju, filwaqt li rigward rinunzji ta’ warrant, dawn isiru b’rikors fil-Qorti tar-Reviżjoni ta’ l-atti notarili. Dwar avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern jieħu ħsieb biss il-lista ta’ Nutara Maltin u Għawdxin li toħroġ f’Jannar jew Frar ta’ kull sena, iżda m’għandux x’jaqsam mal-pubblikazzjoni ta’ l-avvizi tal-ħatra jew ta’ rinunzji.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.
Peress li fid-diskors tiegħu lill-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Ministru qal li jrid jinvestiga għaliex il-prezzijiet fir-ristoranti għolew bi kwazi 12 % f’xahar u dan minn Marzu sa April 2009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jinvestiga? Huwa konxju li l-prezzijiet fir-ristoranti jistgħu jirriflettu l-għoli fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, ż-żieda fil-prezz tal-laħam impurtat kif ukoll ħwejjeg oħra li ilhom jogħlew għal xhur sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9661.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għall-bini ta'
micro-enterprise park
fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9525.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.
Jista' l-Ministru jgħid jekk (u meta) saret expropiation ta' proprjetà privata li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal liema skop saret l-esproprjazzjoni? Meta ser jinbeda x-xogħol? Meta se jkunu kompensati s-sidien li tteħditilhom l-art privata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9097, 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Diżabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.