Jista l-Ministru jgħid x'inhu jżomm l-ADT milli toħroġ il-permess ta' park attendant lil persuna li d-dettajli dwarha qed jintbagħtu separatament ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispazji pubbliċi li fil-preżent jintużaw bħala parkeġġi, li huma kkontrollati mill-Awtorita, u li jeħtieġu attendant diġa għandhom attendant u m'hemmx ħtieġa ta' liċenzji ġodda fil-preżent.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2044 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tibda' tiġi impurtata enerġija elettrika mill-grid Ewropea permezz tal-cable ta' Sqallija? Il-Koporazzjoni Enemalta għamlet studji dwar dan fl-aħħar erba' xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta għaddejja b’xogħol ta’ joint study mat-Transmission System Operator ta I’Italia (Terna) biex tiġi deċiża l-aħjar kapaċita tal-electric cable li jista’ jiġi kkonnetjat bejn Malta u Sqallija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2053 u jitlob lill-awtoritajiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq Żabbar, Fgura biex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport se tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar it-talba ta' l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2052 u jitlob lill-awtoritjiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq in-Naxxar, San Ġwann fil-parti residenzjali u kummerċjali (bejn wieħed u ieħor bejn il-Kazin tal-Partit Nazzjonalista u l-Knisja Parrokjali) biex b'mod partikolari jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq, specjalment matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport se tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar it-talba ta' l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2048 u 1829 u jassigura li Palm Street, Santa Marija Estate, Mellieħa terġa' tiġi ripristinata u mogħtija t-tarmak fl-iqsar żmien possibbli? Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li r-residenti ta' din it-triq kienu għamlu t-tarmak mal-wiċċ tat-triq minn flushom u din tkissret biex jgħaddu xi servizzi xhur ilu u kollox tħalla mħarbat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' Triq il-Palm huwa lest.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' heavy vehicles reġistrati f'Malta u Għawdex separatament fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' heavy vehicles 'il-fuq minn tnax il-tunellata reġistrati f'Malta u f'Għawdex separatament huwa:
Malta - 3,550
Għawdex - 15.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sardinell, Zurrieq hix indikata bħala waħda minn dawk it-toroq li ser tingħata wiċċ ġdid? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol ser jinbeda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq hija nkluża fil-programm ta’ toroq ta’ l-ADT u l-kuntratt għall-bini tagħha għandu jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda l-embellishment ta' Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk stantel-fatt li dan il-proġett ilu jiġi mwiegħed diversi drabi għal tant snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jindika x’proċedura ser tintuża, issa li tħabbret il-liberalizazzjoni ta' diversi setturi fosthom dawk tal-ġarr tat-turisti f’Wied iż-Żurrieq, li permezz tagħha persuni nteressati jistgħu japplikaw?
Jista' jghid jekk, f’kazi fejn il-Qorti dikjarat li persuni li kienu applikaw iżda inġustament ġew maqbuża, tali deċiżjoni hix ser tigi meqjusa u mogħtija mportanza meta jiġu konsidrati l-applikanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern għandu politika li fis-setturi ekonomiċi kollha għandu jkun hemm suq miftuħ ħlief fejn suq miftuħ ikun ta' żvantaġġ għall-konsumatur. S'issa ma ttieħdet u ma tħabbret ebda deċiżjoni dwar dgħajjes f'Wied iż-Żurrieq għalkemm nikkonferma li l-Awtorita' Marittima qed tevalwa hux jew għadux ġustifikat in-numerus clausus li jeżisti llum.
Infrastuttura,Trasport u Komunikazzjoni — Borg Bros.
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema permess twaħħlu l-ewwel ħames arbli għas-servizz ta' l-elettriku li jidhru fir-ritratt li qed jidher separatament, fil-Fulija l/o Siġġiewi? Jista' jgħid min applika għal dan is-servizz u jekk min applika kienx il-persuna li kellu l-propjeta' meta saret l-ewwel applikazzjoni? Jekk huwa fin-negattiv li kellu titlu, x'passi se jittieħdu mill-awtoritajiet dwar dan l-abbuż?
Dwar l-arbli l-oħra li twaħħlu għas-servizz ta' l-elettriku wara l-ħames arblu kif jidhru fir-ritratt, li għalihom saret it-tieni applikazzjoni, jikkonferma l-Ministru li fil-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għandu l-art hemmhekk, sar abbuż sfaċċat mill-awtoritajiet dwar kif iddaħħlu l-arbli biex ingħata servizz ta' l-elettriku għall-kamra/razzett mitluq fil-Fulija?
Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex geġwiġija ta' wires tal-linji tat-telephones li hemm fi Triq Scicluna, San Ġiljan (fl-aħħar parti t'isfel tat-taraġ) titneħħa u tiġi mgħoddija mill-ġdid b'mod aktar pulit peress li din hija ta' eye sore f'żona daqshekk turistika?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk għadhomx jiġu mportati mufflers- cioe' dak l-apparat li jitwaħħal mal-mutur biex jagħmel iktar ħoss fis-sewqan? Jekk le, kemm ilha li twaqqfet l-importazzjoni tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew importati minnhom din is-sena u jekk humiex aċċettati għall-fini ta' ambjent minħabba n-noise pollution? X'kontrolli hemm fuqhom? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq kontravvenzjoni ta' ħoss eċċessiv minn dawn il-muturi bil-mufflers?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Bord ta' l-Appelli dwar il-Liċenzji ilu ma jiffunzjona għal snin sħaħ? Jista' jagħti informazzjoni meta se jinstema' l-appell tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ilu li ġie preżentat mill-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jgħid għal liema liċenzja qed jirreferi.