Legislature:
Category:
Reset
Active:

Privatizazzjoni tal-marinas

Question

Billi fil-jiem li għaddew il-Ministru qal li ser issir il-privatizazzjoni tal-marinas immexxija mill-MMA, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-privatizazzjoni hix ser titkompla fuq il-pjan maqbul u approvat mill-Kabinett xi xhur ilu? Jekk le, ser isir xi studju ieħor dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma l-informazzjoni li tajt għar-risposta għall-PQ 726.

Santa LUċija — t-telgħa ta' Maria Addollorata

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex ix-xufiera li filgħodu jkunu jridu joħorġu minn Santa Luċija għal madwar r-roundabout li hemm kif titla' t-telgħa ta' Maria Addolorata, jiġu ffaċilitati? Saru diversi interpellanzi fil-passat dwar din il-problema iżda s-sitwazzjoni mhux talli ma rranġatx, talli kompliet tiħżien

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja tal-problema tat-traffiku msemmija tant u hekk li sar disinn ta’ aċċess ieħor fuq Triq Luqa biex jinqata' dak ta’ fuq ir-roundabout. L-għan tal-ADT huwa li timplimenta dan il-proġett matul is-sena d-dieħla.

Karozzi Hybrid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi ġodda tat-tip hybrid (jiġifieri dawk li jaħdmu kemm bil-fuel u kif ukoll bil-batterija) sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? X'inhuma l-inċentivi fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip? Il-gvern qiegħed jikkonsidra li dawn l-inċentivi jitjiebu fid-dawl tal-problemi ambjentali u l-ispiża dejjem tiżdied taż-żejt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin ġew rreġistrati; Sena Numru ta’ vetturi hybrid rreġistrati 2003 1 2004 2 2005 6 2006 4 2007 17 L-inċentiv fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip hu li t-taxxa tar-reġistrazzjoni hija ta’ 16.5% (minflok 50.5% sa 75%). Fir-rigward jekk hemmx ħsieb li jiġu kkonsidrati inċentivi differenti minn dawk preżenti, nitolbu lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Testijiet fuq Vejikol Kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq vejikoli kummerċjali (VRT) din is-sena? Kemm mill-vetturi m'għaddewx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' testijiet fuq vejikoli kummerċjali (VRT) bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena kien ta' 17,813. Minn dawn, 2090 m'għaddewx. Minn dawk li m'għaddewx, 1816 reġgħu qagħdu għat-test, u 4 m'għaddewx.

Vetturi li Jdaħħnu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1380 u jgħid kemm ġew irrappurtati nies permezz ta' l-sms għax kellhom il-vettura tagħhom iddaħħan bejn Jannar u Diċembru 2007? Kemm min dawk li kienu rrappurtati fil-fatt kellhom il-vettura veru qed iddaħħan u kemm kienu rapporti foloz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor Interpellant illi l-ammont ta' vetturi li ġew irrapurtati permezz ta SMS minn Jannar sa Diċembru 2007, bħala parti minn l-EMMISSIONS SMS ALERT SCHEME imnieda mill-ADT huwa ndikat hawn taħt: Rapport b'sms 41,197 Avviżi mibgħuta lill-vetturi li rċevew numru sustanzjali ta rapporti 1,908 Vetturi li għaddew mit-test 756 Vetturi li weħħlu t-test 103 Niġbed l-attenzjoni li skond il-proċedura ta' din l-iskema, l-ADT tgħajjat għat-test ta' vettura li jkun ta' l-anqas irċieva tlett rapporti bl-sms minn tlett numri ta telephones differenti,

Electricity Surge

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' electricity surge li kien irrappurtat lill-Enemalta mill-klijenti tagħhom għall-perijodu 2007 u 2008 sal-lum? Fl-istess perijodu kemm kien in-numru ta' surge li ġew irrappurtati mill-personel ta' l-istess korporazzjoni? F'liema lokalitajiet kienu? X'kunpens ingħata lil min sofra d-danni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, li hi korretta sal-11 ta' Lulju 2008.

Sinjali tat-traffiku

Question

Billi matul l-aħħar ġimgħat numru sostanzjali ta' sinjali tat-traffiku dehru mgħawġa, u għandi għax nemmen li dan sar b'riżultat ta' atti vandali, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn it-tabelli jiġu rranġati jew fil-fatt jinbidlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa d-Direttorat qiegħed jipprepara tenders ġodda biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ fuq tabelli u sinjali tat-traffiku li ġew imkissra jew vandaliżżati.

Sea Plane

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm talbiet lid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili biex minbarra t-titjiriet regolari li qegħdin isiru bis-sea plane bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr, Għawdex isiru wkoll titjiriet regolari, jew bi prova, minn portijiet oħra f'Malta jew Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemmx talbiet biex isiru titjiriet minn portijiet oħra f'Malta jew Għawdex.

Surcharge fuq l-industrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-capping tas-surcharge fuq l-industrija tistax tiġi estiża fuq ċerti negozji li joperaw fil-qasam tal-kummerċ bħal supermarkets u ħwienet li joperaw refrigerators u freezers kbar u ta' bilfors jikkunsmaw ħafna aktar elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant żgur japprezza li estensjoni tal-cappingtkun tfisser li l-bqija tal-klijenti tal-Korporazzjoni Enemalta u WSC ikollhom jerfgħu fuqhom żidiet fil-kontijiet tagħhom sabiex jagħmlu tajjeb għal dan.

Horizontal Axis Wind Turbine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-5 ta Diċembru 2007 sal-11 ta' Lulju 2008 iġġenerat 1800 unit ta' enerġija (kWh), jiġifieri medja ta' 8.5kWh f'jum. l-Enemalta tinsab sodisfatta ħafna bl-installazzjoni tal-micro wind turbine għaliex qed tiġbor u tqassam informazzjoni rejalistika lil kull min hu nteressat.

Berths fil-Marinas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm berths f'kull marina li nsibu f'Malta u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta rmiġġi provduti minn yacht marinas ġewwa Malta u Għawdex huwa kif ġej:- Portomaso 110 Manoel Island Marina 400 Grand Harbour Marina 250 Msida / Ta’Xbiex Yachting Centres 791 Mgarr Marina 204 Total 1755

Imgarr — Triq l-Iskorba, Triq is-Sawqi u parti minn Triq l-Imqades

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Iskorba, Triq is-Sawqi u parti minn Triq l-Imqades fl-Imġarr ser jingħataw wiċċ ġdid ta' tarmak?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratti neċessarji biex it-toroq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant jitlestew bit-tarmac inħarġu f’Awissu. Huwa mistenni li x-xogħol jibda la darba jinħarġu l-permessi meħtieġa.

Manoel Island — Proprjeta' pubblika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1853, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2037 u 1853 u jpoġġi sempliċement fuq il-mejda tal-Kamra pjanta taż-żoni pubbliċi f'Manoel Island?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2037.