Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġi jiswa r-restawr tal-Auberge de Baviere u x'użu ser jsir minnu fil-ġejjieni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern illum m’hiex f’pożizzjoni li tgħid kemm ser jiġi jiswa r-restawr tal-Auberge de Baviere peress li għad iridu jiġu pproċessati u jinħarġu offerti għax-xogħol li għad fadal li jsir.
Ma hemm l-ebda pjan biex jinbidel l-użu li llum qed issir mill-Auberge de Baviere, cioe li sservi ta’ akkomodazzjoni għat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7972 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7972.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur finanzjarju f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar t’April ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9451 u jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-Air Malta kkanċellat it-titjiriet chartered għal Lourdes minn tard dan ix-xahar jew minn kmieni x-xahar id-dieħel? Kemm-il darba dan hu fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid minn meta ġew kanċellati t-titjiriet għal Lourdes, għaliex ġew kanċellati, kemm-il titjira giet kanċellata, kemm-il titjira se tkun għamlet din is-sena għal Lourdes u kemm hu kkalkulat allura li se ġġorr passiġġieri fuq dawn it-tip ta' titjirjiet diretti għal Lourdes din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-titjiriet charter, l-Air Malta tagħmilhom għan-nom ta’ operaturi ta’ l-ivvjaġġar. Għalhekk l-Air Malta ma tikkanċellax hi t-titjiriet charter iżda huma ikkanċellati mill-operaturi ta’ l-ivvjaġġar. Kemm ser tagħmel titjiriet charter l-Air Malta u kemm ser iġġorr passiġġieri fuq titjiriet charter jiddependi mill-istess operaturi u għalhekk ma tistax tagħmel previżjonijiet ta’ dawn iċ-ċifri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm proprjetà pubblika (eskluż ċnus u drittijiet simili) ġiet mibjugħa mid-Dipartiment tal-Artijiet u mill-Joint Office matul 2007, 2008 u 2009? Fejn tinsab kull proprjetà lokalità b'lokalità mibjugħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6668, peress li l-Ministru wieġeb għal parti biss tal-mistoqsija tiegħi, jista’ jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn Għawdex minn taxxi indiretti (VAT, Dwana, eċċ.), u dħul mhux minn taxxi kull sena mill-1999 ’l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6668.
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6671, jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti, skemi, eċċ. tħallsu kull sena mill-fondi Ewropej imsemmija? Jista’ jagħti din l-informazzjoni bil-valur tal-pagamenti proġett proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7216 u jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 'l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranin, inklużi l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ.? Jista’ jgħid mil-liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni/eċċ. ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal
workshops
għal
garage industry
f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art
/workshop
? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9528.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 8709 u 8538 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9528.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni reġistrati għall-VAT li talbu li ma jibqgħux hekk reġistrati, kull sena bejn l-2003 u l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni reġistrati għall-VAT li talbu li ma jibqgħux hekk reġistrati, kull sena bejn l-2003 u l-2008 kien kif jidher fit-tabelli mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-figuri qed jieħdu ukoll inkonsiderazzjoni talbiet pendenti kull sena kif ukoll ri-attivazzjonijiet tan-numru tar-reġistrazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji ta' postijiet kummerċjali li ħarġu mid-divizjoni tal-kummerċ matul l-2008? Kif inhuma maqsuma dawn il-liċenzji u f'liema lokalitajiet fil-fatt jinsabu dawn il-postijiet kummerċjali li ġew reġistrati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Vot speċifiku għal-għaqdiet soċjali fil-Baġit nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-baġit nazzjonali jibda jkun hemm vot speċifiku, intenzjonat biex jgħin lill-bosta għaqdiet soċjali li għandna mifruxa madwar Malta u Għawdex biex dawn ikunu jistgħu jingħataw għajnuna biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħhom? Jekk dan mhux possibli, jista' almenu jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex il-kontijiet ta' dawn l-għaqdiet ma jibqgħux joħorġu b'rata kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, taħt in-nefqa Rikurrenti tal-Gvern, jinsabu żewg items apposta, Numru 5463 Energy Support Measures u Numru 5070 Support to Voluntary Organisations, li taħthom jiġu ivvutati ammonti kull sena, li jintużaw, fost affarijiet oħra, bħala għajnuna lil diversi għaqdiet soċjali sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom, skond ir-rati applikabbli lilhom.
Valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur finanzjarju
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9519, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur finanzjarju f'Malta u f'Għawdex separatament fl-2008? Jista' jgħid fejn u meta ġiet ippubblikata xi data dwar il-valur gross miżjud bħal settur għalih waħdu f'Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur finanzjarju f’Malta u f’Għawdex għas-sena 2008 tinħadem lejn l-aħħar tas-sena bi preparazzjoni għal-publikazzjoni għar-release tal-GDP reġjonali. L-informazzjoni li nagħtat fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 9519 tagħmel parti mis-settur msejjah ‘Intermedjazzjoni finanjarja, attivitajiet ta’ proprjeta’ mmobbli, kiri u negozju’ kif giet ippublikata.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix ġewwa Malta biex tibni knisja fejn diġà ħarġu l-permessi kollha meħtieġa u jirriżulta li għad jonqos li tgħaddi mill-kabinett tal-Ministri?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9644 u jara li l-allegat inġustizzja mal-persuna li taħdem fil-Malta Enterprise u li dettalji qed jingħataw separatament inkluż il-kunsens, jiġu solvuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li Malta Enterprise ma għamlet l-ebda inġustizzja mal-presuna msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
Din il-persuna dehret quddiem bord ta’ dixxiplina skont il-proċeduri tal-Malta Enterpirse u minħabba li nstab ħati ta’ xi akkużi, hu ġie mogħti twissija bil-miktub, liema twissija tibqa fis-seħħ għal sena.
Din il-persuna reġet lura għax-xogħol, u ma kellu ebda tnaqqis la fil-kundizzjonijet tiegħu, la fil-paga u lanqas fil-grad tiegħu, għalhekk ma saret l-ebda inġustizzja f’dan il-kaz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm infaqna bħala poplu Malti u Għawdxi f'amministrazzjoni biex liġijiet, regolamenti u relazzjonijiet ta' Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea jinżammu għaddejjin u fil-ħin? Tista' din iċ-ċifra tiġi fregmentata għal salarji ta' persuni f'dipartimenti, persuni li x-xogħol tagħhom huwa EU desk u kull parti oħra li qed nonqfu l-flus biex tinżamm is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw fil-Gozo Channel fl-aħħar sitt xhur u jgħid x'inhu l-grad li kellu kull impjegat u x'inhu l-grad il-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tirrigwarda promozzjonijiet f'kumpanija relattivament zgħira. Għaldaqstant, jirrizulta illi kwalsiasi nformazzjoni li tingħata twassal għal identifikazzjoni ċara ta' individwi privati. Għaldaqstant, dina l-informazzjoni ma għandhiex tingħata b'mod pubbliku.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li qed tidher separatament li ngħatawlha xi arretrati mis-servizzi soċjali dovuti lilha sa mis-sena 2004 u żammewlha taxxa fuqhom meta din qatt ma ħallset taxxa billi d-dħul tagħha dejjem kien baxx? Jista' jara li dak li żammewlha jingħatalha lura?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.