Issa li ġie ppubblikat ir-rapport dwar l-investigazzjoniijet li għamel il-BAAI jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk is-sistema tar-radar hix qed taħdem kollha, kemm dik primary kif ukoll dik secondary? Hemm il-ħsieb li jsir xi upgrade tas-sistema tar-radar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi s-sistema tar-radar qed taħdem kollha. Infurmat ukoll li l-Malta Air Traffic Service Ltd mistennija illi dalwaqt jibdew jinstallaw sistema ġdida ta' radar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1699 u jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex residenti li jgħixu qrib il-miżbla tal-Magħtab u qrib l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin jingħataw sussidju speċjali mill-gvern fuq is-surcharge tal-kontijiet tad-dawl tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat,
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1818 u 1509 u jgħid jekk tlestiex ir-rapport li kellu jsir mill-ADT dwar dak li seta' tefa' l-proġett tal-pont Manwel Dimech lura fit-tlestija tiegħu u jekk ir-rapport huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat mill-ADT illi l-"Project Implementation Report" għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilha li tqiegħdet fis-seħħ ir-rotta diretta li twassal miċ-Ċirkewwa sa l-airport? X'tip ta' skeda ġiet użata sal-lum, fis-sajf u fix-xitwa? Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li nġarru sal-lum, u kemm tħallas sussidju mill-gvern fuq din ir-rotta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant hi operata b'kuntratt li l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku għandha m'entita pubblika terza u allura l-informazzjoni li qed jitlob ma tinżammx mill-ADT. Is-servizz mhux eliġibbli għal sussidju taħt il-ftehim ta' bejn l-ADT u l-ATP.
Ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali — kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu r-roħs li jgawdu minnu l-ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jagħmel sens li dawk it-tfal li ma jeħtieġux l-użu ta' magni jibbenifikaw biss minn roħs ta' €5 - €7 f'kull kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 1584 u 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1581 u jgħid kemm huwa d-dejn li d-dipartimenti tal-Gvern għandhom ma' l-Enemalta u WSC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont totali ta’ kontijiet pendenti li d-Dipartimenti tal-Gvern għandhom lejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l- Korporazzjoni Enemalta huwa ta’ € 2,127,907.50 u €10,773,979.23 rispettivament.
Dawn il-figuri huma bbażati skond informazzjoni miksuba fit-3 ta’ Lulju 2008.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1683, 1396 u 1052, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1853, ninforma lill-Onor Interpellant illi il-kuntratt imsemmi ma kienx emendat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karrijiet reġistrati mal-vetturi, muturi, opri tal-baħar u opri tas-sajd eċċ., li huma reċistrati u għandhom in-number plates pari mar-reġistru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta ma tirreġistrax karrijiet.
L-ADT tagħti biss il-permess sabiex vettura jkollha t-tielet pjanċa (pjanċa addizjonali li titwaħħal mal-karru). Minn dawn il-vetturi bit-tielet pjanca hemm total ta’ 13704.
Awtorità Marittima u Gozo Channel — Kuntratt ta' kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’jonqos isir biex jitlesta l-proġett ta’ faċiliajiet ġodda fiċ-Ċirkewwa? Jistà jagħti skeda ta’ kif se jitwettqu u meta se jitlestew dawn il-faċilitajiet ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa mistenni jitkompla fit-tielet kwart (bejn Lulju u Settembru) tas-sena 2009. Id-disinji preżenti ta’ dan il-proġett għandhom jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008, filwaqt li l-fażi tat-tendering mistennija ssir fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2009. Il-proġett mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2011.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha, u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awotrità Dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq l-Imdina - Traffic Lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità Dwar it-Trasport se tieħu azzjoni biex tiġi solvuta l-problema tar-residenti li jgħixu fl-area ta’ Triq Nikol Montebello u toroq biswit li lkoll jiżbukkaw f’parti minn Triq l-Imdina, Ħal Qormi u li m’għandhom l-ebda ħarsien biex jaqsmu din it-triq traffikuża biex imorru għal kull xorta ta’ servizz fuq in-naħa tal-core ta’ Ħal Qormi? L-Awtorità Dwar it-Trasport qatt għamlet xi xorta ta’ assessment fuq din il-parti tat-triq, fejn hemm mijiet ta’ residenti biex tistabilixxi l-ħtiega urġenti ta’ faċilità ta’ pedestrian crossing b’sistema ta’ traffic lights? Jekk le, meta se jsir dan? Jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet u l-pjani li għandha l-Awtorità Dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-dwal tat-toroq li hemm fit-triq ta' Ħaż-Żebbuġ (by-pass) u fit-telgħa ta' Hal-Luqa jkunu għadhom mixgħulin fis-06:30hrs, meta x-xemx tkun ilha li telgħet mhux ħażin u diġa’ jkunu mixgħula fis-18:00hrs meta jkun għadu d-dawl sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Dwar it-Trassport beħsieba tibdel is-sistema ta' kif jinxtegħel id-dawl biex tissolva il-problema li qed jindika l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arblu tad-dawl perikoluż fit-triq li mill-Mosta twassal għall-Imġarr jinqala' kemm jista' jkun malajr u jinbidel bil-bozza b'kollox għaliex ilu xhur sħaħ f'dan l-istat wara inċident tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan l-arblu tad-dawl ġie mibdul.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet ħalli ż-zebra crossing li hemm bħalissa li hija perikoluża tiġi modifikata ħalli jonqos dan il-periklu? Din iż-zebra crossing tinsab ġo Valletta Road maġenb il-ground tal-Mosta li l-modifikazzjoni tagħha trid issir fuq naħa minnhom inti u dieħel lejn il-Mosta ħalli karozzi li jkunu ġejjin minn Triq il-Manwella għal Triq Valletta jkunu jistgħu jagħmlu dan b'inqas periklu.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din iż-zebra crossing se titressaq lejn id-direzzjoni tal-Mosta sabiex jitnaqqas il-periklu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u l-Fgura se jsirilhom xi xogħol (u jispeċifika x'inhu fejn hu l-każ) matul is-sena 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ġranet il-Gvern Ċentrali ħadem fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq San Lawrenz fil-Birgu u ser isir xogħol fuq dawn it-toroq:-
Hamlet Access Road – Kalkara Triq ix-Xilep, Fgura
N/S in Triq il-Knisja, Xgħajra Triq is-Sur, Fgura - water culvert
Triq Kolu Vella, Xgħajra Triq P Sciberras, Zabbar
Triq l-Awrat, Xgħajra Triq Hadd in-Nies, Zabbar
Triq il-Fabbriki, Xgħajra T/G fi Triq Hadd in-Nies, Zabbar
Triq il-Grottli, Xghajra Triq l-Istellarju, Zabbar
Sqaq Qaccawiet, Xghajra
Sqaq il-Grawnd, Xghajra
Triq Dwardu Ellul, Xghajra
p/o Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Xghajra
Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu fi tqegħid ta’ servizzi ġodda, kostruzzjoni ta’ bankini, skavar, bini w asfaltar tat-triq.
Ta’ min iżid li x-xogħlijiet konnessi mal-Hamlet tal-Kalkara jinkludu bini ta’ ħajt solidu ta’ lqugħ. Dan ix-xogħol se jinbeda hekk kif jitlesta l-proċess ta’ espropjazzjoni ta’ l-art.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-privatizzazzjoni mħabbra tal-marinas hux se tibqa' issir fuq il-pjan approvat mill-Kabinett xi xhur ilu, inkella hux se jsir kollox mill-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-privatizazzjoni ser issir fuq il-pjan li l-Kabinett approva.