Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — taxxi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6668 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn Għawdex maqsum f'taxxi diretti (taxxa tad-dħul u sigurtà soċjali), taxxi indiretti (VAT, Dwana eċċ) u dħul mhux minn taxxi kull sena mill-1999 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6668.

Għawdex — business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6437, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks Limited m’għandha ebda pjanijiet biex jitwaqqaf business centre fit-teknologija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex.

Għawdex — Garage industry - applikazzjonjiet għal art

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8538 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9528.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Għawdex - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9893.

Postijiet Kummerċjali reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji ta' postijiet kummerċjali li ħarġu mid-divizjoni tal-kummerċ matul l-2008? Kif inhuma maqsuma dawn il-liċenzji u f'liema lokalitajiet fil-fatt jinsabu dawn il-postijiet kummerċjali li ġew reġistrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kategoriji li hemm referenza għalihom huma dawn: · Kategorija ta’ Liċenzja I Ipproċessar, Manifattura u Bejgħ ta’ Prodotti ta’ l-Ikel u Xarbiet · Kategorija ta’ Liċenzja II Attivitajiet ta’ Manifattura · Kategorija ta’ Liċenzja III Bejgħ bl-Ingrossa u Bejgħ bl-Imnut · Kategorija ta’ Liċenzja IV Servizzi ta’ Kostruzzjoni · Kategorija ta’ Liċenzja V Servizzi Professjonali u Kummerċjali · Kategorija ta’ Liċenzja VI Servizzi Soċjali u Personali · Kategorija ta’ Liċenzja VII Bejjiegħ tat-Triq · Kategorija ta’ Liċenzja VIII Bejjiegħ tal-Monti

Ġarr ta' tiben mill-vapuri tal-Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jagħi tagħrif dwar kemm-il vjaġġ sar bejn Malta u Għawdex kif ukoll bejn Għawdex u Malta li fih kien hemm tagħbija ta' tiben jew materjal ieħor ta' għalf li jixbaħ lit-tiben, liema materjal inġarr mill-vapuri tal-Gozo Channel matul l-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba l-fatt li ma tinżammx statistika fuq din it-tip ta’ informazzjoni.

Dipartiment tal-Artijiet u l-Bird Life Malta — bejgħ tal-masġar fix-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta l-masġar taż-żebbuġ fix-Xemxija ngħata lill-Bird Life Malta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li tindika fejn fil-fatt ingħata lill-Bird Life Malta? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt li sar bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-Bird Life Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-art magħrufa bħala s-Simar ġewwa Xemxija, hija allokata lid-Dipartiment tal-Ambjent, issa taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, sa mid-9 ta’ Jannar 1987. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru ikkoncernat.

Air Malta — designer tal-uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tqabbad id-designer biex jiddisinja l-uniformijiet il-ġodda tal-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-okkazjoni tal-35 anniversarju tqabbad designer Malti ta' fama internazzjonali sabiex jagħmel disinn ġdid ta' l-uniformijiet ta' dawk l-impjegati li jkunu f'kuntatt kontinwu mal-passiġġieri. Id-deċiżjoni sabiex dan id-designer Malti jingħata dan l-inkarigu kienet immotivata mill-idejat, disinji u kampjuni li ġew ippreżentati minnhu u li għandhom jagħtu uniformi ġidida li ser tkun ta' ġieh għall-linja Nazzjonali ta' l-ajru tagħna; kif ukoll mill-professjonalita' u kompetenza li dan id-designer Malti konsistentement wera fuq proġetti kbar oħrajn u li qed juri anke fuq dan l-inkarigu.

Importazzjoni ta' amusement machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati magni tal-logħob (amusement machines) is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Settur Finanzjarju — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9438 u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur finanzjarju f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar t’April ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9438.

Kumpanniji, fabbriki u lukandi li ma ħallsux il-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji, fabbriki jew lukandi li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ma ħallsux il-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom separatament? X’inhu l-ammont totali ta’ kemm iridu jħallsu? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi ażjendi li ngħataw in-nifs biex għal ċertu żmien ma jħallsux in-National Insuranceminħabba diffikultajiet finanzjarji? Jekk iva, kemm hemm u kemm ingħataw żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’huwiex possibli li tingħata informazzjoni dwar kemm hemm kumpanniji, fabbriki jew lukandi li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ma ħallsux il-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija filfatt hemm ażjendi li ngħataw in-nifs biex iħallsu l-ammonti dovuti ta’ National Insurance lid-Dipartiment fuq ammont ta’ xhur minħabba diffikultajiet finanzjarji. In-numru ta’ ażjendi li ngħataw in-nifs huwa kif ġej (sena b’sena mill-2004 sal-2009): Year Count 2004 111 2005 126 2006 121 2007 131 2008 45 2009 52 Iż-żmien li ngħataw ivarja minn każ għall-ieħor.

Ħlas tal-bolla tan-National Insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont sħiħ ta’ flus li huwa stmat li għandu jdaħħal il-gvern mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance fl-ewwel sitt xhur tas-sena? Kemm fil-fatt tħallas sal-aħħar ta’ Mejju 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward ta’ dħul tal-gvern mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance, mhuwiex possibli li tingħata stima għall-ewwel sitt xhur tas-sena. Sa l-aħħar ta’ Mejju, il-ħlas ammonta għal €100,065,675.

Prodott Gross Domestiku — deficit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-deficit ta' pajjiżna bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku tliet xhur, tliet xhur mill-1 ta' Jannar 2000 sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Art industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm metri kwadri ta' art industrijali f'Għawdex ġew approvati mill-Malta Enterprise f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-2008? Kemm ġew approvati din is-sena? Kemm impriżi bbenefikaw minn din l-art kull sena? Kemm hi l-area totali ta' art industrijali approvata mill-Malta Enterprise? Kemm hemm imprendituri li qed jibbenefikaw minn din l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Rilokazzjoni tad-dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar : i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il negozju ġdid ġie reġistrat f'Malta u f'Għawdex separatament mid-Divizjoni tal-Kummerċ kull sena mill-1999 sal-2008? Kemm ġew reġistrati s'issa din is-sena? Kemm hemm reġistrati b'kollox illum f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-total kurrenti ta' licenzji huwa kif ġej: . Malta 14492 Għawdex 1349 Il-figuri annessi jibdew minn meta bdiet tagħmel dan ix-xogħol is-Sezzjoni tal- Liċenzji tad-Diviżjoni tal- Kummerċ. Il-figuri ma jinkludux negozji liċenzjati minn awtoritajiet oħra.

Kunsill Malti għall-Artigjanat — artiġjani u imprendituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm artiġjani u imprendituri f'Malta u f'Għawdex separatament reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artigjanat fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-2008? Kemm hemm reġistrati llum f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu ta’ min jgħid li l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat kien imwaqqaf permezz ta’ l-Att XXI ta’ l-2000 u daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru ta’ l-2000 permezz ta’ Avviż Legali 237 ta’ l-2000. Għaldaqstant il-figuri jibdew mis-sena 2001.

Air Malta — designer tal-uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10011 u jgħid kif tqabbad id-designer biex jiddisinja l-uniformijiet il-ġodda tal-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10011.

Flus f'overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar kemm ingħataw flus f'overtime xahar b'xahar lil kemm nies, minn dawk kollha li jaħdmu fid-dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tiċċara għal liema dipartiment qed tirreferi.

Konsli — overtime

Question

Issa li l-biċċa l-kbira tad-deheb mhux qed jiġi mbullat mid-Dipartiment tal-Konslu, jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-konsli? Jista' jgħid xahar b' xahar kemm dawn il-konsli ngħataw overtime minn Jannar 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm parti konsiderevoli mix-xogħol tad-deheb issa qed jiġi mbullat mill-arġentiera, ix-xogħol tal-Konslu ma naqasx għax b’konsegwenza tfaċċalu xogħol ġdid ta sorveljanza diretta fuq is-suq permezz ta’ spezzjonijiet fil-ħwienet tad-deheb. Dawn l-ispezzjonijiet jinvolvu prelevar t’oġġetti li jinstabu f’kontravenzjoni u ta’ oġġetti kampjuni biex issirilhom verifika tal-kwalita’ u l finezza tagħhom. Oġġetti prelevati għal din il-verifika jridu jiġu assaġġjati mill-Konslu fil-laboratorju filwaqt li fil-każ t’oġġetti misjuba f’kontravenzjoni l-Konslu jrid jissottometti rapport dettaljat kif ukoll jitla’ jixhed fil-Qorti. Minbarra dan l-Arġentiera li llum qegħdin jimbullaw ix-xogħol tad-deheb huma stess jibgħatu kampjuni ta’ deheb mhux maħdum lill-Konslu għall-analiżi biex iserrħu moħħhom mill-bolla tagħhom. B'dan is servizz importanti ħafna, il-Konslu xorta waħda baqa’ jidħol fix-xogħol tal-imbullar mill-arġentiera. Naturalment il-Konslu baqa’ joffri servizz ta’ imbullar bil-boll tal-Konslu lill dawk l-arġentiera li jixtiequ jagħmlu użu minnhu. Ta’ min wieħed isemmi li il-Konslu hu l-stimatur uffiċċjali ta l-oġġetti tad-deheb u l-fidda u l-ħaġar prezzjuż u joffri servizz ta stima lill-pubbliku kif wkoll lil-qrati u lil diversi Dipartimenti tal-Gvern. Il-Konslu hu ġemmoloġista kwalifikat minn barra u x-xogħol ta’ l-istimi jokkupawlu diversi sigħat kuljum. Aktar minn hekk bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Haddiema d-Deheb u il-Haddiema l-Fidda (Kap. 46) il-Konslu sar regolatur u joħrog permessi lill-manifatturi u patruni biex jawtorizzahom jaħdmu u jimbullaw ix-xogħol tagħhom. Il-Konslu jiġbor tariffi, jissorvelja l-kummerċ, il-ħwienet u joħroġ ukoll il-prezz uffiċċjali tad-deheb u l-fidda aġġornat ma’ kull ħarġa tal -Gazzetta tal Gvern. Il-Konslu għandu d-dmir li jżomm kuntatt ma’ diversi awtoritajiet simili fl-Istati Membri tal-Unjoni u li jżomm ruħu aġġornat bi żviluppi fil-liġi u fit-teknoloġija f'dan il-qasam. Il-Konslu hu l-espert tekniku fuq il- Kimberly Process li hu mezz biex jiġi mrażżan il-kummerċ fid-djamanti għal skopijiet ta’ gwerra. Jidher ċar li x-xogħol tal-Konslu mhux talli ma’ naqasx iżda komplessivament żdied u kkomplika ruħu sewwa. Hu mportanti ħafna li wieħed iqis ukoll li għal raġunijiet amministrattivi l-Konslu qiegħed preżentement jagħmel tajjeb għall vakanzi fil grad tiegħu stess, fil-Monte di Pieta’, fil-parti amministrattiva u riċentiment ukoll fl-istaff tekniku tal-laboratorju. Jidher għaldaqstant li s-sahra mogħtija lill-Konslu hija ġustifikata. In-numru komplessiv (mhux individwali) ta’ siegħat sahra maħduma mill-Konslijiet minn Jannar sa Ġunju 2009 huma kif ġej:- Xahar Siegħat Jannar 64 Frar 68.5 Marzu 67.5 April 30 Mejju 40.50 Gunju 54.50 TOTAL 325