Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħi l-iskart li tħalla fil-ġenb tal-parti ta' fuq ta' Triq Toni Zahra, iż-Żejtun meta din ġiet asfaltata għall-ewwel darba mill-istess Awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-azzjoni li qed jitlob l-Onor Interpellant ittieħdet.
Żejtun — Triq Salvu Cacciatolo - Skart u ħaxix ħażin
Question
Jista' l-Ministru jara li titnaddaf roqgħa art propjetà tad-Dipartiment tal-Artijiet li tinsab fi Triq Salvu Cacciatolo kantuniera ma' Triq Toni Zahra fiż-Żejtun minn skart mitfugħ minn persuni rresponsabli u ħaxix ħażin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul din is-sena, maqsuma skond iċ-ċilindraġġ u l-pajjiż ta' l-oriġini? Jista' jgħid ukoll kemm inġabret registration tax f'dan l-istess perijodu għal dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ karozzi second hand importati matul din is-sena, maqsuma skond ic-cilindraġġ u l-pajjiz ta' l-origini maħduma mill-1 ta’ Jannar 2008 sa 26 ta’ Settembru 2008.
Ninsab infurmat li nġabar l-ammont ta’ €14,738,155.50 f’
registration tax
f'dan l-istess perjodu għal dawn il-karozzi.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 1375 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 69 tat-13 ta' Jannar 2009.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret registration tax matul din is-sena minn fuq karozzi ġodda? Jista' jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda matul l-2008, maqsuma skond iċ-ċilindraġġ u l-pajjiż tal-oriġini?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' karozzi ġodda mpurtati matul din is-sena, maqsuma skond iċ-ċilindraġġ u l-pajjiż ta' l-oriġini maħduma mill-1 ta' Jannar 2008 sa 26 ta' Settembru 2008.
Ninsab infurmat li nġabar l-ammont ta' Eur 23,145,775.30 f'registration tax f'dan l-istess perjodu għal dawn il-karozzi.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwara qed jintbagħtu separatament, imma tista' tuża sew saqajha, ma ġietx mogħtija l-eżenzjoni li tħallas il-liċenzja tat-triq għall-vetura tagħha, meta oħrajn bħalha jew agħar minnha ġew mogħtija l-eżenzjoni għalkemm m'għandhomx korozza awtomatika, li d-dettalji tal-vettura tagħhom qed jidhru separatament, u ruxxmata oħrajn li jsuqu ġustament il-korozza tagħhom li mhix waħda awtomatika?
Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja ma tibqax fis-seħħ b'mod immedjat, aktar u aktar meta mill-aħħar ta' Awwissu 'l hawn il-vettura ta' din il-persuna qed ikollha titħalla ggaraxxjata u dan qed jitlef saħansitra ċ-ċans li jmur għall-visti fl-isptar San Luqa kif mitlub?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Kunsilli Lokali — Xogħol mingħajr approvazzjoni ta' l-Awtorità dwar it-Trasport
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li wara li saret spezzjoni mill-uffiċjali ta’ Traffic Management Unit irriżulta li kien sar xogħol mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-ADT? X’tip ta’ xogħol? X’passi se jitħiedu kontra dawn il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi ntegrat il-bini ta' Sea Malta fil-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir meta xi ġimgħat ilu inħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta' l-istess bini? Kemm ġew sottomessi offerti għal dan il-bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li applikat għas-servizz ta' l-elettriku li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata dan is-servizz għax din diġa' qed tabita f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li applikat għas-servizz ta' l-ilma li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata dan is-servizz għax din diġa' qed tabita f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-KSI qed tieħu l-passi meħtieġa biex dan is-servizz jingħata fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlasijiet li jridu jsiru għall-finijiet tar-reġistrazzjoni f'Malta tal-mutur li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1420, jista' l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni neċessarja għaddietx lil MEPA? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jassigura li din l-informazzjoni tgħaddi immedjatament u mingħajr aktar dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni neċessarja li tirrigwarda informazzjoni fuq il-linja tat-triq ngħaddiet lill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-musulmani reġistrati bħala residenti f'Malta? Kemm minnhom twieldu Malta u kemm minnhom saru ċittadini f'Malta biż-żmien ta' residenza jew żwieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżamx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni u/jew ażjendi kummerċjali li għandhom kontijiet pendenti mal-WSC u/jew l-Enemalta din is-sena? Din is-sena kemm kien in-numru ta' familji u ażjendi li kellhom is-servizz ta' l-ilma u d-dawl maqtugħ minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1940 u 1521 u cioe' jqiegħed fuq il-medja tal-Kamra l-Audited Accounts tal-Malta Shipyards Ltd għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent il-Malta Shipyards m'hix f'pożizzjoni li tqiegħed l-Audited Accounts tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra għax għadhom ma nagħlqux mill-awdituri.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2013 u jgħid kemm hawn vetturi EWRO 2, 3, 4, 5, u 6 f'pajjiżna separatament? X'persentaġġ jagħmlu mill-ammont totali ta' vetturi f'pajjiżna separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2012 u jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'laqgħat saru bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku biex jiġi stabilit trasport pubbliku li jitlaq mix-Xemxija? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport stess għamlitx xi survey dwar il-bżonn ta' tali servizz, u jekk sar, jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul ix-xhur tas-sajf saru diversi laqgħat bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (ATP) bil-għan li tiġi estiża ir-rotta eżistenti (bin-numru 153) biex tibda’ titlaq mix-Xemxija minflok mill-Mosta.
Ninsab infurmat ukoll li għalkemm ma sarx
survey
dwar il-bżonn ta’ tali servizz, saru diversi spezzjonijiet mill-Awtorita` fi ġranet u f’ħinijiet differenti tal-ġurnata fejn irriżulta li teżisti żieda fid-domanda ta’ passiġġieri li jirkbu mix-Xemxija, partikolarment fil-ħinijiet ta’ bejn it-Tmienja u l-Ħdax ta’ filgħodu.
Infurmat ukoll li għadu ma ntlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ partijiet.
Ninforma iżda lill-Onor. Interpellant li l-kunsiderazzjoni li qed isemmi qed titqies fil-pjanijiet li qed jittħejjew fil-preżent għal rotot ġodda ta' trasport publiku.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li ser jingħataw wiċċ ġdid fit-Tieni Distrett Elettorali? Jista' jgħid ukoll jekk għandux informazzjoni dwar liema toroq ser isiru mill-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 725. Barra minn hekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT fit-Tieni Distrett Elettorali.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Siġġiewi — Alley 4, Middle Street - Problema fil provvista tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a.) Jafx li residenti f'Alley 4 Middle Street, Siġġiewi ilhom għal snin sħaħ isofru minn provvista ta' l-ilma ta' kulur safrani u kannella?
b.) X'sar mill-awtoritajiet kompetenti kull meta sar rapport mir-residenti matul dawn l-aħħar tmien snin fuq din il-problema serja?
c.) X'sar mill-istess awtoritajiet meta dawn ir-residenti għamlu anke rapporti mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, madwar sena ilu?
d.) X'passi immedjati se jieħu biex din il-problema ta' provvista ta' ilma inaċċettabli tiġi rrimedjata fl-aħjar interess ta' dawn ir-residenti li jħallsu t-taxxi bħal Maltin kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ewwel ilment ġie reġistrat lejn l-aħħar tal-2007. Iżda l-problema kienet temporanja u l-ilma ċċara wara ftit. Dan l-aħħar jidher li l-problema reġgħet qamet u mill-investigazzjoni li saret, hemm bżonn li jinbidel il-main tal-ilma peress li dan huwa qadim. Il-KSI qed tieħu ħsieb li tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex dan isir malajr kemm jista’ jkun. Sadanittant, se tieħu passi immedjati biex tnaqqas il-problema kemm tista’ sakemm il-main jinbidel, billi tagħmel wash-out mill-main eżistenti.