Taxxa tal-Bolla u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8683 u 8410 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8410.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba mill-Komunità Ortodossa Russa li tgħix ġewwa Malta biex tibni knisja fejn diġà ħarġu l-permessi kollha meħtieġa u jirriżulta li għad jonqos li tgħaddi mill-kabinett tal-Ministri?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant illi minħabba raġunijiet ta’ natura diplomatika, jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm infaqna bħala poplu Malti u Għawdxi f'amministrazzjoni biex liġijiet, regolamenti u relazzjonijiet ta' Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea jinżammu għaddejjin u fil-ħin? Tista' din iċ-ċifra tiġi fregmentata għal salarji ta' persuni f'dipartimenti, persuni li x-xogħol tagħhom huwa EU desk u kull parti oħra li qed nonqfu l-flus biex tinżamm is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed jitlob hi nkoporata ma kull infieq ieħor ta’ kull uffiċċju, dipartiment u entita pubblika. Peress li x-xogħol li dwaru qed tintalab l-informazzjoni ħafna drabi jirrapreżenta parti waħda biss mill-funzjonijiet ta’ l-uffiċjali kkonċernati, allura mhux il-każ li jinżammu time sheets ta’ kemm kull persuna f’tali uffiċċju tagħmel sigħat taħdem fuq ċertu xogħol, inkluż is-sigħat fuq xogħol relatat ma’ l-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħwienet tal-logħob illum? Fejn qegħdin bħala lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif kien diġa ħabbar il-Gvern, il-Pulizija ħadet passi kontra l-ħwienet tal-logħob li kienu qed jaħdmu mingħajr liċenzja. Dawn il-ħwienet ingħalqu. Sadanittant, il-Gvern flimkien ma’ l-Awtorità li tirregola l-logħob, kien għaddej bi proċess ta’ reviżjoni tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-logħob. Din ir-reviżjoni, tinvolvi bidliet f’regolamenti u liġijiet eżistenti, kif ukoll introduzzjoni ta’ liġijiet u regolamenti ġodda. Il-proposti, li issa qieghdin ghad-diskuzzjoni quddiem dan il-Parlament, ser jagħmlu possibbli li dawk l-aspetti li ma kienu kontemplati taħt il-liġijiet preżenti, jkunu nklużi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9443 u jagħti l-formula u jgħid fuq liema ammonti u kif inħadmu u ġew ikkalkulati l-own resources li kienu dovuti kull sena mill-2004 sal-2008 lill-Unjoni Ewropea mill-VAT, mid-Dħul Gross Nazzjonali, mill-UK Rebate u minn riservi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9443.
Jista’ l-Ministru jwqieġeb mistoqsijiet parlamentari 9523 u 9054 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9054.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati li gradwaw jew ħadu kors l-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li huma gradwati mill-Università għaliex segwew kors sponsorjat mill-Gvern? Jista' jgħid meta ggradwaw u liema kors għamlu? Kemm sewa l-kors? Kemm għadhom jaħdmu mal-Gvern, f'liema grad u f'liema dipartiment? Kemm irriżenjaw? Kemm ħadu sponsorship iktar minn darba u f'liema kors u meta? Kemm weħlu mill-eżamijiet tal-kors u allura ma komplewx? Jekk intalbux jirrifondu xi ammonti mħallsa mill-Gvern in konnessjoni ma' l-istudji tagħhom? Kemm kien l-ammont, jekk kien il-każ? Jekk kienx hemm xi impjegat li minkejja li m'għaddiex reġa' beda l-kors sponsorjat għal darb'oħra mill-Gvern? X'kien il-kors relattiv u meta kienet l-intake year u l-grad ta' tali impjegat?
Response (FENECH, TONIO)
Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta’ ħin sabiex tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, meta persuna tittrasferixxi r-residenza tagħha, trid tkun ilha tgħix barra minn Malta biex iġġib karozza magħha u tkun eżentata mill-ħlas tat-taxxa ta' reġistrazzjoni? Jista' jgħid kemm żmien il-karozza trid tkun ilha reġistrata f'isimha qabel it-tibdil fir-residenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, skond A.L. 196/2009, persuna trid tkun ilha tgħix barra minn Malta għal perijodu kontinwu ta' aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel it-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Malta, u l-vettura trid tkun ilha fil-pussess tagħha u tkun ilha tuzaha barra minn Malta għal tal-anqas erbgħa u għoxrin xahar qabel id-data li fiha hi ma baqax ikolla r-residenza tagħha barra minn Malta.
Furjana — Triq l-Argotti - Dipartiment tal-Kuntratti
Question
Fil-każ tal-binja fi Triq l-Argotti kantuniera ma' Triq l-Iljun, il-Furjana mill-Awtorità tad-Djar, jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ħa d-Dipartiment tal-Kuntratti biex 'il quddiem ma jerġax ikun hemm sitwazzjoni fejn il-kwalità ta' xogħol ta' kuntrattur u/jew il-materjal li juża ma jkunux ta' kwalità mhux skond standards stabbiliti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rwol tad-Dipartiment tal-Kuntratti hu li jara li l-kuntratti publiċi għal xiri ta’ xogħolijiet, servizzi u provisti jingħataw b’ mod ġust, trasparenti u bla ebda diskriminazjoni bejn operaturi ekonomiċi. Wara li jingħata l-kuntratt ir-responsabbiltà għas-supervizjoni ta’ l-obligi tal-kuntrattur kif ukoll għal pagamenti jgħaddi għand id-Dipartiment li jkun qed jixtri. Għaldaqstant billi f’ dan il-każ id-Dipartiment huwa l-Awtorità tad-Djar nitlob lil Onorevoli interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10350, jista' l-Ministru jgħid minn Jannar kemm ingħataw flus f'overtime xahar b'xahar lil kemm nies, minn dawk kollha li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Suċċesjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit li tqabbad biex jagħmel il-pjanti għal Ta' Qali Crafts Village fi żmien li kien responsabbli għalih l-Onor. Edwin Vassallo, liema pjanti baqgħu fuq l-ixkaffa? Kemm tħallas il-perit konċernat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi żmien li qed jirreferi għalih, il-pjanti finali għal Ta’ Qali Crafts Village kienu kollha ippreparati minn periti impjegati mal Works Division fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.
Madanakollu fil-fażi preliminari, u waqt li kienu qed jinżammu il-laqgħat fuq bażi individwali mas-sidien tal-artiġjanat f’Ta Qali, kienu ġew ikkummissjonati żewġ entitajiet privati li taw servizzi ta’ konsulenza, għenu fil-preparazzjoni tal-BOQ’s, u għenu fit-tfassil tat-
tender document
.
Dawn kienu il-Perit Robert Musumeci li ġie ikkummissjonat xogħol għas-somma totali ta’
LM 4212.00 (€9811.32),
u l-kumpanija ADIVA MEDIALAB LTD li ġiet ikkummissjonata xogħol għas-somma totali ta’
LM 2460.30 (€5730.96).
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex l-ittri li tibgħat il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet qatt ma tirċievi tweġiba tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet ma jirriżultax li l-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament qatt bagħtet xi ittri fid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern permezz tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta hux jevalwa, biex jara jekk humiex ġusti ċ-charges li jitolbu l-banek fuq tisrif ta' ċekkijiet ta' pensjonijiet eċċ?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant hija mitluba tikkjarifika il-mistoqsija tagħha dwar x’tifhem biha “humiex ġusti”.
Skemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema tat-Tarzna — Cut off date
Question
Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni wara d-deċiżjoni li kienet ittieħdet meta ħarġu l-iskemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema tat-Tarzna, biex il-cut off date tagħhom tkun il-31 ta' Lulju, 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħal ma sar meta ħarġu l-iskemi ta’ rtirar kmieni u riżenji volontarji tal-2002 u dawk tal-2003, wara li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu varati l-iskemi, sar analiżi ta’ kemm kien hemm bżonn żmien biex isiru l-preparamenti kollha u ntgħażlet il-31 ta’ Lulju 2008 bħala d-data sa meta kien maħsub li x-xogħol kollu preparatorju jkun lest. Dan ix-xogħol kien jinkludi:
- kalkolazzjonijiet tas-somom għal kull ħaddiem;
- verifikazzjoni fid-dettal ta’ dawn il-kalkolazzjonijiet;
- taħdidiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema;
- taħdidiet oħra bejn il-Ministeru u t-tmexxija tat-Tarzna;
- preparazzjonij ta’
Help Desks
għall-benefiċċju tal-ħaddiema;
- diskussjonijiet mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq skemi maħluqa apposta għall-ħaddiema tat-Tarzna;
- diskussjonijiet mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali fuq drittijiet tal-ħaddiema dwar pensjonijet u benefiċċji soċjali;
- stampar tal-ittri kollha u mpustar ta’ l-istess ittri; u
- preparamenti bankarji biex jitlestew il-flus għal meta jissarfu ċ-ċekkijiet.
Government Property Division — sospensjoni ta' enforcement officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex jiġu sospiżi seba' enforcement officers fid-Dipartiment tal-Government Property Division u min investiga l-każ qabel ma saret is-sospensjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, in-numru ta’ Enforcement Officers li jagħmlu xogħol fl-Enforcement Section fid-Dipartiment tal-Artijiet, huwa ħamsa u mhux sebgħa kif irrefera l-Onor Membru. Dawn il-ħames Enforcement Officers, ġew sospiżi għal jumejn, nhar l-Erbgħa 12 ta' Awissu, 2009.
L-ordni tas-sospensjoni ngħatat mill-Kummissarju tal-Artijiet skont il-proċedura elenkata fil-
Public Service Management Code
. L-Uffiċċjali li ġew sospiżi issa jridu jwieġbu għall-akkużi maħruġa kontra tagħhom quddiem Bord imwaqqaf skont il-provedimenti tal-
Public Service Management Code.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema li permezz tagħha l-Gvern qed jagħti rifużjoni ta' 15.25% fuq il-prezz finali għax-xiri ta' roti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema tar-rifużjoni fuq xiri ta’ roti bdiet fl-1 ta’ Diċembru 2008.
Mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Awwissu 2009 ikkwalifikaw 741 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Dicembru 2007 u fl-aħħar ta’ Awissu ta’ din is-sena? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu acquisition immovable property permits għax-xiri ta' proprjetà mill-barranin bejn l-2004 u din is-sena ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi maħruġa taħt l-Att dwar l-Akkwist ta’ Proprjeta’ Immobbli minn Persuni mhux Residenti (Kap. 246) għax-xiri ta’ proprjeta’ mill-barranin bejn l-2004 u din is-sena (sat-23 ta’ Settembru) hu kif jidher fit-Tabella hawn taħt.
Year
Numru ta’ Permessi
2004
695
2005
400
2006
398
2007
476
2008
390
2009
(sat-23 ta’ Settembru)
157
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ. tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari msemmija hawn taħt.
7499
6927
6617
6208
6118
5580
Peress li settur ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu qed jinħolqu aktar impjiegi f'Malta hu dak tal-logħob permezz tal-internet, jista' l-Ministru jintervjeni biex xi operaturi internazzjonali tar-remote gaming jiġu mħajra jinvestu f'Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8829.