Legislature:
Category:
Reset
Active:

Cordin Business Incubation Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar fl-aħħar sena maħsub biex iżid l-ispazju fil-Business Incubation Centre, f'Kordin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sena ma kien hemm l-ebda investiment biex iżid l-ispazju fil-Business Incubation Centre, Kordin (KBIC). Kif ġie ppubblikat, l-investiment fil- Business Incubation Centre ser isir ġo San Ġwann flimkien mal- Life Sciences Centre.

Malta Enterprise — benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument imsejjaħ ‘Assistenza – Malta Enterprise (2005 – 2009)’ u noti fejn qed jiġi spjegat dan id-dokument. (Ara korrezzjoni fid-Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Nru 2884 fis-Seduta 145 tas-6.10.09)

Prodott Gross Domestiku — prezzijiet tas-suq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Gross Domestiku fi prezzijiet tas-suq għal Malta u għal Għawdex separatment fl-2008? Kemm kien l-ammont ta’ taxxi, kull taxxa għaliha: a. Fuq produzzjoni b. Fuq importazzjoni bħala komponenti tal-Prodott Gross Domestiku f’kull każ? X’kien l-ammont ta’ sussidju f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma jagħmel kull sena, din is-sena wkoll l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jippublika il-Prodott Domestiku Gross fuq bażi reġjonali għas-sena 2008. Dan huwa ppjanat li jseħħ fit-28 ta’ Diċembru li ġej, jiġifieri tnax-il xahar qabel id-deadline stipulat mill-Eurostat.

Investiment barrani f'kumpanniji reġistrati f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar tal-2007 u tal-2008 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm hu l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni miġbura mill-istħarriġ ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, fl-aħħar tas-sena 2007 kien hemm 4.9 miljun Euro investiment barrani f’erbgħa kumpaniji bl-indirizz tagħhom Ghawdex. Fl-aħħar tas-sena 2008 in-numru ta’ kumpaniji baqa’ l-istess bħal tas-sena ta’ qabel, u l-ammont ta’ investiment barrani kien stmat li jlaħħaq 6.5 miljun Euro. L-ewwel stima fuq il-pozizzjoni fl-aħħar ta’ Settembru 2009 tkun magħrufa f’Dicembru li ġej.

Valur Miżjud Gross — prezzijiet bażiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi għal Malta u għal Għawdex separatament fl-2008? Kemm kien jammonta l-kontribut tad-diversi setturi ta’ l-ekonomija individwalment għal dan il-valur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħal ma jagħmel kull sena, din is-sena wkoll l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jippublika il-Prodott Domestiku Gross fuq bażi reġjonali għas-sena 2008. Dan huwa ppjanat li jseħħ fit-28 ta’ Diċembru li ġej, jiġifieri tnax-il xahar qabel id-deadline stipulat mill-Eurostat.

Dipartiment tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 310 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Aġenzija - Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Fondi minn barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 ’l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranini, inklużi l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ? Jista' jgħid mil-liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni/eċċ ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10178.

Għawdex — business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 7306 u 6437 u jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7306.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel biex jirkupra mingħand T-Com Investments l-art fil-Qawra b’valur approssimattiv ta’ €23 miljun, liema art kienet tagħmel parti mill-Maltacom u li tant kien hemm kontroversja dwarha?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6855.

Għawdex — business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari Nru 6437, 7307 u 7493 u jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business center fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7306.

Taxxa tal-Bolla u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8410 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8410.

Taxxa tal-Bolla u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8683 u 8410 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8410.

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-ekonomija u Investiment — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dħul mit-taxxa tal-VAT

Question

Peress li fl-aħħar leġislatura l-Gvern żied it-taxxa tal-VAT minn 15% għal 18%, żieda ta' 20% għall-introjtu tal-Gvern minn fuq din it-taxxa li kellha tmur bħala nefqa addizzjonali għas-settur tas-saħħa, jista' l-Ministru jagħti rendikont sena b'sena sal-lum ta' kemm kienu l-ammonti ta' flus li iddaħħlu minn fuq din iż-żieda ta' 20%? Kemm minn dawn l-ammonti marru bħala ħlas addizzjonali fuq l-ispiża tas-saħħa sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul globali mill-1 ta’ Jannar 2004 sa l-aħħar ta’ Mejju 2009 kien kif muri fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Dipartiment tal-VAT mhux f’pożizzjoni li jiddetermina kemm minn dawn l-ammonti huma attribwiti għaż-żieda in kwistjoni, minħabba l-fatt li matul is-snin jibqa’ ikun hemm dħul sena wara sena li jkun jirreferi għas-snin ta’ qabel, kif ukoll minħabba t-tkabbri fl-ekonomija. Rigward l-aħħar mistoqsija l-Gvern mill-2004 'il hawn nefaq dawn il-fondi fil-qasam tas-saħħa: 2004 - €181m; 2005 - €185m; 2006 - €194m; 2007 - €203m; u 2008 - €235m. Għall-2009, il-Gvern ivvota xejn anqas minn €267m.

Dwana — ħlas ta' dazju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum sarx qbid ta' sigaretti u ta' affarijiet oħra mid-Dwana li kienu ddaħħlu jew se jiddaħħlu Malta u li fuqhom ma kienx tħallas jew se jitħallas dazju eċċ.? F'kull każ jista' l-Ministru jgħid jekk l-affarijiet maqbuda kienux għas-suq lokali jew biex jerġgħu jkunu esportati għal swieq oħra jew trasbord? F'kull każ x'kien l-ammont ta' taxxa dovuta lill-Gvern Malti jew lill-Unjoni Ewropeja (bħalma kien l-aħħar każ)? Kif dan il-qbid jippagaruna ma' qbid ieħor f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Mejju 2009 kien hemm 154 il-każ fejn id-Dwana qabdet sigaretti u affarijiet oħra li ma kienx tħallas dazju fuqhom. Min dawn 138 każ kien għas-suq lokali waqt li 16 il-każ kienu trasbord. L-ammont ta’ taxxi dovuti fuq is-sigaretti li nqabdu din is-sena jammonta għal €12,581,021. - Il-qbid paragunat fl-aħħar ħames snin hu kif ġej: SENA KAŻI SIGARETTI AFFARIJIET OĦRA 2004 42 61,460,000 78,237 2005 122 30,565,173 11,071 2006 357 48,800,916 28,521 2007 587 26,753,979 147,216 2008 738 20,632,500 8,425 *2009 148 78,594,000 42,104 * Sa Mejju 2009

Postijiet li kellhom liċenjza għall-kummerċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' postijiet li kellhom liċenzja għal kummerċ jew negozju f'kull lokalità, sena b'sena, u kif kienu maqsuma f'kategoriji?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9831.

own resources dovuti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-formula u jgħid fuq liema ammonti u kif inħadmu u ġew ikkalkulati l-own resources li kienu dovuti kull sena mill-2004 sal-2008 lill-Unjoni Ewropea mill-VAT, mid-Dħul Gross Nazzjonali, mill-UK Rebate u minn riservi oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Finanzjament tal-Budget Ewropew Il -‘Own Resources Decision’ tipprovdi r-regoli bażiċi għall-finanzjament tal-budget Ewropew. Il-budget Ewropew hu finanzjat mill -‘own resources’ sabiex il-politika tal-Unjoni Ewropea tkun mfassla b’mod trasparenti u ekwu. Hemm tlett kategoriji ta’ ‘own resources’ : ‘traditional own resources’ , ‘ own resources’ mfassla fuq it-taxxa tal-valur miżjud (VAT), u ‘ own resources’ msejsa fuq id-dħul gross nazzjonali (GNI). Own resources ceiling Il-massimu ta’ finanzjament jew kif inhu magħruf, l-‘ own resources ceiling’ jinżamm fil-livell ta’ 1.24% tal-valur aggregat tal-GNI tal-istati membri tal-UE. L-istati membri qablu waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2005, li għall-perjodu 2007/2013 l-budget Ewropew kien ser ikun ta’ 1.045% tal-GNI Ewropew, għaldaqstant, ferm inqas mill-massimu. Flus li ma jkunux intefqu f’sena partikulari għandhom jiżdiedu mal-fond tas-sena finanzjarja ta’wara. Traditional own resources ‘Traditional own resources’ jinkludu il-‘ Common Customs Tariff Duties’ u l-‘ levies’ tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (“sugar” levies). L-istati membri jistgħu iżommu sa 25% tal-ammont miġbur biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż ta’ ġbir. VAT resources L-ammont ta’ ‘own resource’ ibbażat fuq il-VAT huwa miġbur skont il-bażi tal-VAT tal-istati membri, li huwa armonizzat għal dan il-għan. Il-massimu tal-bażi tal-VAT li jista’ jiġi konsidrat huwa ta’ 50% tal-GNI ta’ kull stat membru (‘capping of the VAT resource’ ). Fuq il-bażi tal-VAT wieħed japplika ir-‘ rate of call ’ ta’ 0.30%. Il-bażi tal-VAT tiġi kkalkulata billi mid-dħul gross mill-VAT jitnaqqsu r-rifużjonijiet tal-VAT tad-diplomatiċi u t-turisti, u l-penali u l-imgħaxijiet. Dan l-ammont jiġi multiplikat mal-weighted average rate. Ma’ din iċ-ċifra jiżdiedu jew jitnaqqas kumpens fuq negozji żgħar, fuq l-ilma, fuq it-trasport u fuq il-bini. Wieħed hawn irid jiftakar li l-bażi tal-VAT ta’ Malta li hija ‘ uncapped ’ dejjem qabżet il-50% tal-GNI ‘ threshold ’ u għaldaqstant, il-bażi tal-VAT ta’ Malta dejjem kien miżmum f’dan il-livell. Għalhekk, Malta tħallas ir-‘ rate of call ’ ta’ 0.30% * 50% tal-bażi tal-GNI. Resource based on GNI Wara li wieħed iqiż id-dħul ġenerat minn ‘ own resources’ oħrajn, il-GNI resource hu msejjes fuq rata uniformi għas-somma tal-GNIs tal-istati membri. Ir-rata uniformi hi kalkulata b’mod li jassigura li d-dħul żejjed rikjest mill-GNI ‘ resource ’ (wara li jiġi eskluż it-‘ Traditional ’, VAT u ‘UK correction’ ) hu biżżejjed biex jassigura budget bilanċjat. Aġġustament a favur tar-Renju Unit L-aġġustament fir-rigward tal-iżbilanċ fiskali tar-Renju Unit hu kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn is-sehem tal-bażi tal-VAT tar-Renju Unit fit-total tal-bażi tal-VAT tal-UE u s-sehem tar-Renju Unit fl-ispiża allokata. Matul il-perjodu 2007-2013 il-kontribuzzjoni addizjonali tar-Renju Unit li tirriżulta mit-tnaqqis fl-ispiża allokata hi miżmuma sa massimu ta’ Euro 10.5 billjun, ikkalkulata skont il-prezzijiet tal-2004. L-ispiża tal-aġġustament għandha tinqasam bejn l-istati membri l-oħra. Id-distribuzzjoni tal-ispiża għandha l-ewwel tkun ikkalkulata skont is-sehem tal-GNI ta’ kull stat membru.