Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mobile phone base station antennae

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jieħu azzjoni fuq l-installazzjoni ta' ammont numerevoli ta' mobile phone base station antennae f'żoni residenzjali? Kif inhuma regolati dawn l-installazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST — Aġġudikazzjoni ta' tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri fil-Bord tal-MITTS li aġġudika t-tender liema tender talbet private training providers li jipprovdu taħriġ għall-istudenti ta' l-MCAST li ma jistgħux jattendu l-campus ta' l-MCAST f'Raħal Ġdid? Jikkonferma l-Ministru li membru mill-istess Bord huwa wkoll direttur fl-istess MCAST? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan jikkonsistix f'konflitt ta' interess? U jekk iva, x'passi se jittieħdu sabiex dan ma jerġax iseħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat peress li t-tender msemmi mhux tender tal-MITTS.

Luqa — Triq Pietru Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun iffurmata u mogħtija t-tarmak Triq Pietru Saliba, Hal Luqa? Fl-istaġun tax-xitwa din it-triq tkun mgħarrqa bl-ilma u inaċċessibbli apparti li ħafna drabi ilma jidħol fis-sottoterran ta' ħafna djar li jinsabu fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru. 2236.

Siġġiewi — Triq Dun Ġuzepp Aquilina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kumpens ser jingħataw ir-residenti ta' Triq Dun Ġuzepp Aquilina, Siġġiewi li minħabba power surge fid-dawl sofrew ħsara sostanzjali f'ħafna appliances?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha policies u proċeduri li tuża f’każijiet ta’ surge u tapplikom meta tirċievi claims mingħand il-konsumaturi. F’dan il-każ il-Korporazzjoni qed tapplika l-istess proċeduri. Peress li huwa każ riċenti ħafna u l-Korporazzjoni għadha qed tirċievi claims, il-Korporazzjoni għad m'hix f’pożizzjoni li tgħid eżatt kemm hu l-ammont.

BillBoards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1606 u jgħid min huwa responsabbli mill-approvazzjoni ta' l-istampi fuq il-BillBoards? Jeżistu ċensura u regolamenti dwar x'tip ta' ritratti u stampi għandhom jitwaħħlu fuq il-billboards? X'għandu jagħmel ċittadin jekk xi stampa fuq xi billboard jħossha baxxa u li toffendi s-sentimenti tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport tipproċessa applikazzjonijiet għall- billboards fuq kriterja ta' sigurta' tat-toroq u pjanijiet għall-futur ta' l-Awtorita'. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-kumplament tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Mosta — Roundabout bejn Triq il-Kostituzzjoni u in-niżla ta' San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji fil-wiċċ tat-triq speċjalment mad-dawra tar-roundaboutli hemm wara li tħalli Triq il-Kostituzzjoni qabel ma' taqbad in-niżla ta' San Ġużepp il-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel stimi tax-xogħlijiet biex din it-triq tiddaħħal fil-lista ta' xogħlijiet li jridu isiru fil-futur.

Riżorsi ta' ilma

Question

Billi diversi esperti u idroloġisti ġew ikkwotati jgħidu fil-media li l-pajjiż dieħel f'sitwazzjoni ta' krizi ta' riżorsi ta' l-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' azzjoni konkret li għandu l-Gvern biex jindirizza din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-impjanti tar-Reverse Osmosi huma kapaċi jfornu lill-pajjiżna l-ammont kollhu ta' l-ilma li hu neċessarju, mhux il-każ li pajjiżna jista' jidħol ''f'krizi ta' rizorsi ta' ilma''. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-sitważżjoni tal-aquifer allura nitolbu jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Gudja — Problema ta' Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema ta' parking li għandha l-persuna li tbati minn nuqqas ta' mobilita', li d-dettalji tagħha u d-dokumenti annessi qed jintbagħtu separatament? Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli tispiċċa din l-inkonvenjenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1910 ninfurmah ukoll illi problemi ta’ persuni li jbatu minn nuqqas ta’ mobbilita’ ġeneralment jiġu ndirizzati billi tiġi sottomessa applikazzjoni għal Parkeġġ Riservat għal Persuni b’Dizabbilita’. L-applikazzjoni tiġi pproċessata mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku u tiġi analizzata mill-Bord għal Parkeġġ Riservat Persuni b’Dizabbilita’.

Buġibba — Triq il-Konventwali - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, triq ġdida fi Triq il-Konventwali, Buġibba, San Pawl il-baħar, liema triq tinsab ħdejn il-knisja tal-Qawra, tiġi mogħtija t-tarmac, biex forsi ma jibqax jintrema terrapin u ħmieġ ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT spezzjonat it-triq imsemmija fejn irriżulta li din trid tinbena għall-ewwel darba u għalhekk hija responsbbilta' ta' l-ADT. It-triq imsemmija ser tiddaħħal fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT.

Water Services Corporation — Interventi u telf ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-interventi tal-Water Services Corporation fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra, Xemxija, Burmarrad u Wardija matul ix-xhur April - Awwissu 2008? Kemm kien it-telf ta' ilma reġistrat mill-Water Services Corporation f'dawn l-istess inħawi matul il-perjodu msemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Donazzjonijiet għall-għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma ngħatawx donazzjonijiet mill-Ministeru tiegħi lill-għaqdiet sportivi f'dawn l-aħħar sentejn.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Serqiet rappurtati mill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Water Services Corporation — Boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha boreholes il-Water Services Corporation? Kif jiġi rregolat l-output u x'persentaġġ tat-total output lill-konsumatur jittieħed minn dawn il-boreholes?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Water Services Corporation — Ilma tax-xorb - Komponenti minerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar rapport ikkummissjonat mill-Gvern lil kumpanniji barranin biex ikollna stampa ċara tal-komponenti minerali u oħrajn fl-ilma tax-xorb? X'kien dan ir-riżultat? Jista' jgħid jekk qabilx ma' analiżi li saru ssussegetement mill-Water Services Corporation f'dawn l-aħħar snin (2000-2008)? Fiex ma kienx jaqbel u b'kemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kull sena il-KSI tibgħat diversi kampjuni għall-analizi lil laboratorji barranin sabiex jiġu analiżżati diversi parametri fl-ilma tax-xorb - liema parametri huma rikjesti skond l-att 23 tal-2004 li hu rregolat mid-Dipartiment tas-Saħħa. Din l-analiżi issir għan-nom tal-KSI għal-dawk il-parametri li preżentament il-KSI mhix f’pożizzjoni li tanaliżża hi stess skond kif titlob din l-istess liġi. Għaldaqstant qiegħed jiġi mistoqsi li l-Onorevoli interpellant tikklarifika jekk hix qed tirriferi għal-dawn ir-riżultati u fl-istess ħin qed jiġi rakkomandat li l-istess mistoqsija tiġi ndirizzata lid-Dipartiment Tas-Saħħa li hu r-regolatur tal-kwalita’ ta’ l-ilma li tissupplixxi l-KSI.

Marsa Power Station

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definita ta' meta mistennija tagħlaq il-power station tal-Marsa? X'inhuma l-pjani biex tissaħħaħ il-power station ta' Delimara fid-dawl ta' l-għeluq tal-power station tal-Marsa? Meta hu mistenni li din il-plantjew plant extension il-ġdida tiġi fis-seħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-impjant tal-Marsa Power Station jista’ jibqa’ jopera għal 20,000 siegħa li jibdew minn l-1 ta’ Jannar 2008 u jieqaf mhux iktar tard mil-31 ta’ Dicembru 2015. Mhux possibbli għalissa li tingħata d-data definita ta’ meta tingħalaq il-Marsa Power Station. Huwa ppjanat li tiżdied il-kapacċita’ ta’ Delimara Power Station kif inhu indikat fil-Generation Plan (2006-2015) u barra minn hekk hu ppjanat li jigi nstallat sub interconnector għal Sqallija fl-istess żmien. Fil-preżent Enemalta qiegħa tiffanaliżża diskussjonijiet ma’ ‘tenderers’ għal impjant ġdid ta’ 100MW li hu maħsub li se jiġi nstallat f' Delimara Power Station sal-aħħar tas-sena 2010.