Legislature:
Category:
Reset
Active:

Turista

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jħalli flus Malta turist li jiġi b'low cost airline u kemm huwa kkalkulat li jħalli flus lill-ekonomija tagħna turist li ma jiġix b'dawn l-ajruplani? Jista' jgħid kemm huwa ppjanat li jiġu turisti matul is-sena 2008? Kemm minn dawn huma studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż u visitaturi li jieqfu Malta permezz ta' cruise liners?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 1631 u jgħid kemm hawn speed cameras f'Malta u Għawdex? Fejn jinsabu mwaħħlin? Kemm hu l-ispeed li jitolbu lis-sewwieqa jsuqu bih?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ispeed camerashuma għodda t'infurzar tal-liġi u deterrent kontra l-veloċità eċċessiva fis-sewqan. L-Awtorità żżomm il-jedd li ċċaqlaq minn żmien għal zmien l-ispeed camerasminn post għall-ieħor skond il-bżonn biex jgħinu fl-infurzar tal-limitu tal-veloċità stabbilit fil-highway code jew kif ikun immarkat fuq it-triq. Għal raġunijiet li għandhom ikunu ovvji għall-Onor Interpellant m'hix policytiegħi nagħti informazzjoni li ddgħajjef l-infurzar tal-liġi.

Eżenzjoni mill-ħlas tas-surcharge

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tħaddmet is-sistema tar-rebate fuq il-meter u l-eżenzjoni mill-ħlas tas-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn meta daħlet is-surcharge f'Jannar 2005 sal-lum? Kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw minnhom minn dak iż-żmien sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta ddaħħlet is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Jannar 2005, il-konsumaturi li kienu klassifikati bħala Social Assistance kienu ġew eżentati mill-ħlas tas-surcharge (dawn kienu diġa eżentati mill-ħlas tal-kiri tal-meter). In-numru ta' kontijiet li kienu eżentati kien ta' 13,000. Minn Jannar 2007 is-sistema inbidlet u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma bdew joħorġu bil-meter rents u bis-surcharge, iżda l-Ministeru għall-Politika Soċjali introduċa skema t'għajnuna. Dwar dan nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Airport — Rotta ġdida

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir rotta tal-karozza tal-linja li mill-Airport tmur direttament l-Belt Valletta peress li bħalissa qed tintuża r-rotta nru. 8 u b'hekk r-residenti tal-Gudja ġieli jispiċċaw ma jkollhomx fejn joqogħdu bil-qegħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant se jkun evalwat bħala parti mir-riforma radikali li qed titħejja fil-preżent fir-rotot tat-trasport pubbliku.

Ċirkewwa — Xogħol fuq terminal għall-passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa mistenni jitkompla lejn l-aħħar tas-sena 2009 basta jkunu ħarġu l-permessi neċessarji.

High Ridge — Pembroke - Ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri hemm meħsuba biex l-ilmijiet kbar li jaqgħu mill-għoljiet tal-High Ridge u l-Madliena ma jibqgħux jikkaġunaw għargħar f'diversi nħawi ta' St Partick's u toroq oħra fosthom dawk imsemmija' Triq Gabriele Henin, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche' u Triq Dun Amabile Sisner f'Pembroke?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kient fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Dwar it-Trasport — Kampanja dwar sigurtà fit-toroq

Question

Billi l-Unjoni Ewropea għandha bħala wieħed mill-għanijiet tagħha dak li tnaqqas in-numru ta' mwiet fit-toroq bin-nofs sa l-2010, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm l-Awtorità dwar it-Trasport nefqet f'kampanji dwar is-sigurtà fit-toroq kull sena, mill-2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żabbar — Triq Girdle - Xogħlijiet

Question

Peress li ftit tax-xhur ilu saret mill-ġdid parti mit-Triq Girdle, Żabbar, liema triq illum saret tintuża ħafna, jista' l-Ministru jikkunsidra li l-komplament tat-triq tinagħata dik l-attenzjoni li għandha bżonn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li li din it-triq tagħmel parti mill-proġett tal-bini ta’ Triq Ġdida għal Smart City. Huwa ppjanat li x-xogħlijiet isiru matul is-sentejn li ġejjin.

Kottonera — Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena kemm ingħata fondi l-kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, sa mit-twaqqif tiegħu? X'kienu l-proġetti kollha li saru tul dan iż-żmien? Xi proġetti hemm programmati għax-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

AIRPROX — Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2354 u jikkonferma jew jiċħad li minn meta seħħ l-inċident f'April 2007 ‘l hawn, il-MATS bidlet il-proċeduri li bihom ajruplani li ma jkollomx it-transponder mixgħul u jinfunzjoni tajjeb, dawn mhux qed jiġu ppreżentati fuq id-display tal-Kontrolluri, anke jekk ir-Radar ikun qed jarahom? Jekk dan hu veru, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili approva dawn il-proċeduri ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan hu minnu, sarx dak magħruf bħala Safety Case qabel ma dawn ġew fis-seħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Żurrieq — Triq Dun Vinċenz - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Dun Vinċenz Schembri fiż-Żurrieq hiex waħda min dawk identifikati li ser jinbeda x-xogħol fuqha fiż-żmien qarib?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt għall-bini ta' Triq Dun Vinċenz Schembri fiż-Żurrieq għandu jinħareg fix-xhur li ġejjin.

Konsulenti COWI

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Water Service Corporation għandha l-konsulenti COWI fuq il-proġetti ta' l-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar ? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konsulenti KOCKS

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Water Services Corporation għandha l-konsulenti KOCKS fuq il-proġetti ta' l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar dawn il-konsulenti? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-Drenaġġ

Question

B'referenza għal proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid meta tlesta dan il-proġett u meta beda jaħdem? kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa lill-gvern? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm ġie prodott ilma ittrattat (second class water) sal-lum u x'sar minnu dan l-ilma? Dan l-ilma hekk ittrattat x'użu jista' jkollu? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant Antnin

Question

B'referenza għall-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Sant Antnin, jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm ġie trattat drenaġġ u kemm ġie mogħti ilma second class lill-bdiewa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Esperti tat-toroq Ġermaniżi

Question

Issa li l-kuntratt ta' l-esperti tat-toroq Ġermaniżi ġie mwaqqaf, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport għandhiex xi konsulenti barranin oħrajn jaħdmu f'dan is-settur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.