Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi bil-Q, Z, K u Y li ġew reġistrati kull xahar bejn Marzu 2007 u Awwissu 2008? Kemm ġew reġistrati muturi fl-istess perijodu ta' żmien? Kemm hu llum in-numru ta' vetturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Numru ta' Abbonati — servizz tat-telefon ċellulari u internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx xi forma ta' rekord/statistika dwar in-numru ta' abbonati u dwar l-użu tas-servizz tat-telefon ċellulari u ta' l-internet? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' abbonati fis-servizz (a) tat-telefon cellulari, kemm kien in-numru ta' calls u SMSs u (b) fis-servizz tal-internet u kemm kien in-numru ta' emails eċċ. mibgħuta kull sena minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Dwar it-Trasport — Persuni mħarġa fl-użu tat-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenti 2579 u jgħid fuq liema kriterji l-Awtorità Dwar it-Trasport għażlet persuni biex jitħarġu fit-teknika tal-użu tat-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ħasset il-ħtieġa ta’ refresher course għall- Field Officers tagħha li xogħolhom jista’ jinkludi, fost affarijiet oħra, biex jaraw li x-xogħol tal-asphaltar tat-toroq qed jsir skond lis-specifications tal-Awtorita'. Dan il-kors nfetaħ wkoll għal kull min kien interessat li jattendi mill-impjegati kollha tal-ADT. Il-kontenut tal-kors ma hux bbażat esklussivament fuq l-asphalater tat-toroq biss izda jinkludi aspetti oħra important fid-dmirijiet tal-Field Officers bħal per eżempju mmanigjar tat-tarffiku u s-sorveljanza fuq xogħolijiet tat-trinek.

Gozo Sewage Treatment Plant

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-Gozo Sewage Treatment Plant ta' Ras il-Hobż li huwa EU funded huwiex fully operational? Jekk sal-lum ipprovdiex xi treated effluent lill-bdiewa għall-irrigazzjoni fir-rebbiegħa u fis-sajf kif kien ġie mwiegħed? Jekk fl-affermattiv, l-ilma kif qed jiġi distribwit? Hemm xi charge fuq l-użu ta' dan l-ilma? Jista' jikkonferma jekk dan l-ilma hux se jkun available s-sena kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex qed jopera b’mod normali u l-impjant mhux jipprovdi ilma ttrattat lill-bdiewa.

Qajjenza — Liquid Petroleum Gas

Question

B'referenza għall-impjant tal-Liquid Petroleum Gas (LPG) fil-Qajjenza, billi kellu jsir relocation tiegħu qabel ma sseħibna fl-Unjoni Ewropea iżda għal diversi raġunijiet dan l-ispustament ġie pospost, jista' l-Ministru jgħid jekk instabx sit alternattiv u jekk inkisbux il-permessi meħtieġa kollha biex dan isir? Jista' jgħid jekk dan il-proġett huwiex sejjer jkun kopert minn fondi ta' l-UE u fhiex wasal ir-release tagħhom? Jekk fl-affermattiv, meta saret l-applikazzjoni tal-Gvern għall-fondi ta' l-UE għal dan il-proġett speċifiku? Jista' jagħti indikazzjoni meta ser tibda din ir-relocation?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sit alternattiv għall-impjant ta’ ibbottiljar ta’ Gas LPG ġie identifikat fix-Xoqqiet ta’ Bengħajsa. L-istudji kollha neċessarji twettqu u eventwalment l-applikazzjoni tressqet għand l-awtoritajiet kompetenti fl-2002, inħareġ outline permit f’Ottubru ta’ l-2007, li jagħmel parti mill-proċess ta’ Expression of Interst li ħarget il-Korporazzjoni. F’dan il-perjodu ta’ żmien il-Korporazzjoni kienet diġa’ stiednet terzi interessati fil-konċessjoni ta’ 30 sena sabiex imexxu l-impjant ta’ ibbottiljar. Eventwalment il-Korporazzjoni flimkien mal-Privatisation Unit bdew negozjati sabiex jintagħżel konsorzju. Saru xi reviżjonijiet fil-pjanijiet oriġinali, mill-konsorzju magħzul “Gasco” u b’hekk, l-applikazzjoni qegħda fil-proċess li tiġi ri-evalwata mill-awtoritajiet kompetenti a nom ta’ Gasco bħala il-konċessjonarju magħżul bil-kundizzjoni u fir-responsabilita’ tiegħu biex iġib il-full development permit. Konsegwentament il-konsorzju jibni l-impjant fl-imsemmi post fix-Xoqqiet ta’ Bengħajsa. Rigward fondi mill-Unjoni Ewropea, ladarba il-konċessjoni ser tiġi mgħoddija f’idejn konsorzju privat u l-investiment kapitali mhux se jsir minn fondi pubbliċi, il-Korporazzjoni m'applikatx għal dawn il-fondi. Ninsab infurmat ukoll li ladarba l-MEPA toħroġ il-permessi neċessarji ir-rilokazzjoni tieħu bejn 24 u 36 xahar.

Karozzi tal-Linja — Sussidju, Dħul u Patronaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull sena mill-2001 'il hawn kien is-sussidju tal-Gvern lis-sidien tal-karozzi tal-linja, kemm kull sena mill-2001 'il hawn kien id-dħul mit-trasport pubbliku u kemm kull sena mill-2001 'il hawn kien il-patronaġġ (in-numru ta' passiġġieri li wżaw il-karrozzi tal-linja)?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enerġija Aktar Nadifa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern dwar il-kriżi tal-enerġija? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb, u jekk iva f’hiex jikkonsistu dawn l-pjanijiet biex jkun hemm inċentivi għall-pubbliku ħalli ikollna enerġija aktar nadifa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għal generation planpreżentat lil Parlament fl-2006 għal-pjanijiet biex tiżdied il-generation capacity. Rigward il-mistoqsija tiegħek rigward inċentivi għall-enerġija aktar nadifa din għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.

Awtorità Marittima Maltija — Arrettrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlas f'arettrati matul din is-sena mill-Awtorità Marittima Maltija? Kemm kien l-ammont gross tal-arrettrati li ħadu dawn il-persuni matul din is-sena, mpjegati mal-Awtorità : a) Executive Directors b)CEO ċ)Financial Controller? Jista' jsemmi min huma dawn l-individwi? Kif ġiet ikalkulata din is-somma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Tibdil ta' rotot

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal lill-Awtorità dwar it-Trasport biex tiddeċiedi li fit-28 ta' Settembru 2008, iddawwar ir-rotta tat-trasport pubbliku? Ma min saret il-konsultazzjoni dwar dan it-tibdil? Kien hemm ħtieġa ta' xi ħaddiema żejda biex dan it-tibdil jiġi attwat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikjarifika għall-liema rotta tat-trasport pubbliku qed jirreferi.

Toroq asfaltati mill-ġdid

Question

Billi Triq San Ġorġ, Triq il-Ġilju, Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq is-Sajjied, Triq il-Ħalel u t-telgħa tal-Wardija, matul ix-xhur li għaddew batew il-konsegwenzi ta' ħsarat li saru fit-toroq, prinċipalment minn ħsarat fil-main tal-NSC, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dawn it-toroq jiġu asfaltati mill-ġdid u dan biex jiġu evitati ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minnhom u wkoll jonqos it-tgergir tar-residenti f'dawn l-istess toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qawra — Triq Porżjunkula - Asfaltar, bankini u servizzi

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' l-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex isiru s-servizzi, bankini u asfaltar tat-Triq Porżjunkula fil-Qawra, liema triq illum fiha numru essenzjali ta' residenti, uħud minnhom ukoll bi bżonnijiet speċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’ toroq li se jkunu qed isiru mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport.

Gozo Channel — Public Service Obligation Agreement

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta skond il-ftehim li hemm bejn il-Gozo Channelu l-Gvern ta' Malta kellu jispiċċa t-terminu tal-monopolju ta' l-istess servizz mogħti lill-Gozo Channel? Billi kien hemm talba min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex dan il-perijodu jitnaqqas, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi tibdil dwar dan iż-żmien, kif miktub fil-Public Service Obligation Agreement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ID Cards skaduti — meta ħa jiġġeddu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ID Cards skaduti? Meta hu maħsub li jiġġeddu b'mod partikolari minħabba l-oppotunità li tintuża fil-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bis-saħħa ta’ Avviż Legali Nru. 1 tal-2008, il-karti tal-identita’ kollha maħruga mill-15 ta’ Jannar, 2002 ‘il quddiem huma validi sal-31 ta’ Diċembru, 2008.

Mellieħa — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

B'referenza għal proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa terminal

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2391, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-MEPA għad-disinn rivedut għall-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Community technology learning centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn community technology learning centres u kemm kienet il-medja ta' l-attendenza f'kull ċentru f'dawn l-aħħar sentejn għal kull ċentru separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2740 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ajruplani low cost

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Maltija t-turisti li ġew Malta bl-ajruplani low cost? Kemm hu kkalkulat li se jkunu ġew turisti f'Malta permezz ta' dan it-tip ta' trasport matul is-sena 2008? Jista' jgħid jekk dan it-tip ta' trasport kienx mezz biex jiżdiedu t-turisti lejn Malta u jekk naqsux it-turisti li jużaw l-ajruplani mhux low cost meta kkomperati ma' l-2007, 2006 u 2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.