Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpless ta' Ħal Ferħ inbiegħx? Jekk dan il-kumpless għadux għand l-AirMalta? X'se jiġri mill-ħaddiema li kienu jaħdmu f'dan il-kumpless u li llum inbagħtu f'intraprizi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet sejħa għall-offerti biex l-art li fuqha hemm mibni l-kumpless ta’ Ħal Ferħ tingħata b’ċens perpetwu. Is-Sejħa għall-Offerti għalqet fit-28 ta’ Mejju 2009. Kien hemm offerta waħda u bħalissa qed isiru l-preparamenti biex isir il-kuntratt finali.
Is-Sejħa għall-Offerti kienet tinkludi ix-xiri tal-Kumpanija Ħal Ferħ inkluż l-impjegati li din il-Kumpanija għandha.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-logħob organizzat mill-kumpannija Maltaco fl-2008 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm kien il-logħob f'kull logħba organizzata? Fl-istess perijodu l-Ministeru tal-Finanzi ta' permessi għal logħob ieħor lil xi entitajiet oħra? Jekk iva, x'kien il-logħob li sar u l-valur ta' flus li ntlagħab?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi qabel ma l-Parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf f'diversi tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari ta' membri taż-żewġt naħat intqal li kienu qed jittieħdu passi fil-konfront ta' postijiet tal-logħob ħalli dawn ikunu konformi mal-liġi eċċ., jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-passi meħuda u r-riżultati tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'reference għall-mistoqsija parlamentari 10413 u t-tweġiba relattiva, qiegħed nibgħat uħud mill-ittri (li qed jinbagħtu separatament) li ntbagħtu lid-Dipartiment tal-Artijiet għax l-oħrajn ma nistgħax nittraċjahom. Fid-dawl ta' dan, jidhirlu l-Ministru li d-dipartiment konċernat qed ikun żleali lejh u qed jipprova jgħatti in-negliġenza u inertia tiegħu? Jidhirlu l-Ministru li għandu jidderiġi lill-istess dipartiment iwieġeb għal dak mitlub mill-persuna indikata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onervoli Interpellant illi ċ-ċwievet tal-maħżen ġew ikkonsenjati lid-Dipartiment tal-Artijiet fl-24 t’Awissu 1998.
Barra minnhekk, kif diġa’ ġie nfurmat l-avukat tal-armla, l-
istore
kien mogħti b’titlu ta’
encroachment
u mhux ta’ kirja.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-
encroachment permit
. Kif diġa’ ġie mgħarraf l-avukat tal-armla, l-
encroachment permit
huwa wieħed temporanju, prekarju u jingħata b’mera tolleranza mill-Gvern ta’ Malta u konsegwentament il-Gvern għandu l-fakulta’ li jirtirah x’ħin irid, mingħajr l-ħtieġa tal-ebda spjegazzjoni u pre-avviż ieħor. Il-pretensjoni ta’ din il-persuna li tali konċessjoni tinqaleb fuqha hija waħda nfondata fid-dritt u fil-fatt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern għandu ħsieb iwaqqaf il-permessi ta' street hawkers u jillimita dawn il-permessi biss għal swieq fl-irħula/bliet?
Response (FENECH, TONIO)
Il-Ministru jixtieq jinforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li l-Gvern iwaqqaf xi permessi, u jwettaq l-azzjoni imsemmija.
każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jħallsu
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9120 u għar-risposta li ta l-Ministru waqt il-mistoqsijiet supplimentari, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li huwa estimateu kemm hu l-ammont attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ €19,470,395 hekk kif ikkwotat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9120 jinkludi €11,642,799 estimations.
proġett Vision 2015 — kumpanija biex tagħti pariri lill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tqabditx kumpanija barranija biex tagħti pariri lill-Gvern dwar il-proġett imniedi mill-Gvern ta' Vision 2015? Jekk iva, min hi l-kumpanija u x'inhuwa l-ħlas li se terċievi? Jekk ma ntagħżlitx kumpanija barranija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kumpanija Maltija li qed tagħti pariri lill-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
CASMA Ltd — ħaddiema mingħajr collective agreement imġedded
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11004, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex il-collective agreement tal-ħaddiema tal-CASMA għadu ma sarx meta l-collective agreement ewlieni ilu li skada u fil-preżent il-ħaddiema tal-CASMA li qed jaħdmu fid-Dragonara Casino m'għandhom l-ebda collective agreement imġedded?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent għaddej il-proċess biex jiġġedded il-permess biex id-Dragonara Casino jkompli jopera għall-għaxar snin li ġejjn. Fil-ġejjieni qarib jista’ jkun hemm il-konferma ta’ l-operatur eżistenti jew il-ħatra ta’ operatur ġdid. Kien fl-isfond ta’ dan il-proċess li ttieħdet id-deċiżjoni li t-tiġdid tal-ftehim kollettiv isir malli jkun maħruġ il-permess il-ġdid biex kemm jista’ jkun il-ftehim kollettiv isir abbażi ta’ dak li se jiġi maqbul bejn il-Gvern u l-operatur prospettiv. Ta’ min wieħed iżid li l-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv li skada għadhom applikabbli u jibqgħu jgħoddu sa kemm ftehim ġdid jiġi miftiehem. Fil-frattemp, qed jittieħdu miżuri biex il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema ma jkunux effettwati b’mod negattiv b’xi ftehim li jista’ jintlaħaq bejn il-Gvern u operatur ġdid.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jieħu l-passi meħtieġa sabiex numru żgħir ta' ħaddiema li jaħdmu mall-MIMCOL li huma reġistrati bħala self employed jiġu reġistrati bħala ħaddiema impjegati tal-MIMCOL biex ma jibqgħux aktar self employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi effettivament il-ħaddiema msemmija ma jaħdmux mall-MIMCOL. Dawn joffru servizzi ta’ Security Guards mall-uffiċini tal-Enterprise Centre bħalissa okkupati mal-Malta Enterprise u l-MIMCOL. Mhuwiex maħsub li dawn il-ħaddiema reġistrati bħala self employed jiġu ngaġġati mal-MIMCOL direttament.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar:
a) L-investiment produttiv min-naħa tal-Gvern (Gross Fixed Capital Formation) matul 2008 u l-ewwel disa' xhur ta' 2009? Liema kienu l-proġetti li sar investiment fihom matul l-istess żmien?
b) Kemm nefaq il-Gvern biex isalva l-impjiegi matul 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija (a) qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjon mitluba.
Rigward it-tieni parti tal-mistqosija (b) ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2009 il-Gvern intervjena sabiex jassisti 8 kumpaniji li ntlaqtu negattivament mir-riċessjoni internazzjonali u b’hekk isalva l-impjiegi u magħhom ikkommetta għajnuna fil-forma ta’ għotja finanzjarja li tlaħħaq is-somma totali ta’ €4,957,759. Barra din l-għajnuna il-Gvern ikkommetta €1,137,500 f’forma ta’ garanziji u s-somma ta’ €1,800,000 fil-forma ta’ self b’imgħax baxx.
L-assistenza approvata hija marbuta ma’ investiment kapitali mill-kumpaniji involuti u l-għoti ta’ taħriġ lill-impjegati
Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument, kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/professjonijisti eċċ. b'ċittadinanza Maltija reġistrati li jaħdmu Libja u li huma eżenti mit-taxxa tal-income? Dan frott il-ftehim ta' eżenzjoni tat-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli li wieħed ikun jaf kemm hu n-numru ta’ ħaddiema b’ċittadinanza Maltija reġistrati mad-Dipartiment li fil-mument qed jaħdmu l-Libja, jew pajji¿ ieħor, u dan minħabba li meta persuna tmur taħdem barra minn Malta m’għandhiex b¿onn tav¿a lid-Dipartiment. Barra dan, ta’ min wieħed jiċċara li taħt ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja mhijiex il-persuna nnifisha li tkun e¿enti mit-taxxa imma dak l-income li jkun se jiġi ntaxxat doppju. Il-ħelsien minn taxxa doppja mogħti taħt ftehim bejn ¿ewġ pajji¿i huwa wieħed mill-modi kif persuna ma teħilx taxxa doppja fuq l-istess income.
Ħaddiema b'ċittadinanza Maltija li jaħdmu r-Renju Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument, kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/professjonijisti eċċ. b'ċittadinanza Maltija reġistrati li jaħdmu r-Renju Unit u li huma eżenti mit-taxxa tal-income? Dan frott il-ftehim ta' eżenzjoni tat-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11246.
Ħaddiema b'ċittadinanza Maltija li jaħdmu l-Amerika
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument, kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/professjonijisti eċċ. b'ċittadinanza Maltija reġistrati li jaħdmu l-Amerika u li huma eżenti mit-taxxa tal-income? Dan frott il-ftehiem ta' eżenzjoni tat-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11246.
Barra dan, ta’ min wieħed jiċċara li bejn l-Amerika u Malta bħalissa għad m’hemmx ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru persuni lill-gżira Għawdxija matul ix-xhur ta' Mejju, Ġunju u Lulju 2009 u kemm kienu żaru l-istess gżejjer matul l-istess perijodu fis-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10481.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5585, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju li l-Malta Industrial Park kellha tagħmel dwar il-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-MIP għaddejja bil-proċess ta’ taħdidiet mal-kumpanniji kollha li għandhom d-dritt għal post f' Ta' Qali skond il-konvenji ffirmati mal-Gvern sabiex il-proġett il-ġdid jieħu ħsieb il-bżonnijiet speċjali u individwali ta' l-artiġġjani.
Fl-istess waqt, l-MIP qiegħda tfassal pjanijiet sabiex isir l-allokazzjoni ta' artijiet jew binjiet lil dawn is-sidien mill-aktar fis possibli biex il-proġett jista' jinbeda is-sena d-dieħla.
Kummissjoni li tistħarreġ l-ispejjeż li s-settur pubbliku jgħaddi lin-negozju
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx il-Kummissjoni biex tistħarreġ l-ispejjeż żejda li s-settur pubbliku qed jgħaddi fuq in-negozji? F'każ li iva, min huma l-membri tagħha u x'inizjattivi ħadet matul l-aħħar sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi tali stħarriġ isir kontinwament, bil-Gvern attent li f’kull azzjoni li jieħu ma jgħabbix piżijiet fuq in-negozji.
F’dan ir-rigward, il-funzjoni kollettiva tal-Better Regulation Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hi
prim mover
biex jiġi assigurat li, fejn hu possibli, fejn teżisti regolamentazzjoni li tista’ tissimplifika ruħha, dan isir għal benefiċċju tas-Settur tan-Negozju.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu matul l-aħħar sena biex jissaħħaħ id-Dipartiment għall-Kompetizzjoni Ġusta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qed toħrog numru ta’ applikazzjonijiet sabiex jiġu reklutati uffiċjali adegwati. Dawn l-applikazzjonijiet qed isiru fuq bażi regolari u skont il-proċeduri.
Kreditu mill-income tax għal min jinvesti fin-negozju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' intrapriżi li matul l-aħħar sena kkwalifikaw għall-iskema li permezz tagħha min jinvesti minimu ta' €10,000 fin-negozju tagħhom, jingħataw kreditu mill-income tax għal sentejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ebda negozju ma seta’ jipparteċipa f’din l-iskema peress li għadha qed tiġi implimentata. Il-miżuri mħabbra fil-baġit huma miżuri li eventwalment jiġu implimentati matul is-sena ta’ wara. Il-Malta Enterprise qegħda tipprepara għall-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, flimkien mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.