Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq bla Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li għad iridu jiġu mogħtija t-tarmac l-ewwel darba u meta hemm il-ħsieb li x-xogħol tagħhom jinbeda fil-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid, Tarxien, Gudja, Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ toroq li għad iridu jiġu asfaltati fil-lokalitajiet tal-Marsa, Paola, St Lucija, Tarxien, Gudja u Ghaxaq. Dawn it-toroq ser jinbnew skond il-priojaritajiet tal-program tal-bini tat-toroq residenzjali.

Ċirkewwa — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li l-pjanti li kienu saru biex fit-triq taċ-Ċirkewwa (bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa) jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jgħaddu minn hemm bil-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Din it-triq ser tiġi mibnija mill-ġdid bħala parti mix-xogħlijiet għat-titjib ta' toroq li huma klassifikati bħala TEN-T. Ix-xogħlijiet proposti jinkludu numru ta' miżuri biex titjieb ir-road safetytul din it-triq. Dawn il-miżuri jinkludu l-bini ta' central strip li tifred iż-żewġ karreġati, installazzjoni ta' pelican crossings, titjib tal-junctions, u faċilitajiet għall-pedestrians. Bħala miżura temporanja, l-NID għamlet barriers bħala central strip. L-NID ser tkun qed ittejjeb din is-sistema.

Għaxaq — Triq Gistakor

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-parti ta' Triq Gistakor, Hal Għaxaq ser tinfetaħ biex ir-residenti jkollhom aċċess għal ġo darhom peress li bħalissa r-residenti qed iħallsu Lm400 fis-sena lil terzi persuni biex ikollhom aċċess għal proprjeta' tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-każ li jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jitratta kwistjonijiet ta' permessi ta' l-iżvilupp. Għalhekk għandu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Vetturi — Ewro

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2013 u jgħid kemm hawn vetturi EWRO 2, 3, 4, 5, u 6 f'pajjiżna separatament? X'persentaġġ jagħmlu mill-ammont totali ta' vetturi f'pajjiżna separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel l-2004, qabel Malta saret parti mill-Unjoni Ewropea, ir-reġistrazzjoni tal-karozzi ma kienitx tinkludi l-EURO standards u s-Certificate of Conformity ma kienx jiġi verifikat għal EURO standards. Sal-lum Malta m'għandiex l-obbligu li żżomm informazzjoni dwar il-EURO engine standards tal-vetturi fid-database tal-karozzi li tinżamm fil-Licensing and Testing Directorate tal-ADT. L-EURO engine standards 5 u 6 għadhom ma daħlux fis-seħħ. Allura, l-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant ma tistax tiġi ppreżentata.

Awtorità Marittima u Gozo Channel — Kuntratt ta' kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv.

Servizz ta' l-ajru minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-onor Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi — Triq l-Iżbandola - vultaġġ baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-problema ta' vultaġġ baxx fi Triq l-Iżbandola, Ħal Qormi qed tibqa' tippersisti minkejja li l-Enemalta bniet substation ġdida fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi biex telimina din il-problema? Jista' jgħid x'passi ħadet l-Enemalta biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tieħu azzjoni biex tnaqqas il-loadfuq il-Low Voltage feedersu b'hekk il-vultaġġ għandu jitjieb.

Awotrità Dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq l-Imdina - Traffic Lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità Dwar it-Trasport se tieħu azzjoni biex tiġi solvuta l-problema tar-residenti li jgħixu fl-area ta’ Triq Nikol Montebello u toroq biswit li lkoll jiżbukkaw f’parti minn Triq l-Imdina, Ħal Qormi u li m’għandhom l-ebda ħarsien biex jaqsmu din it-triq traffikuża biex imorru għal kull xorta ta’ servizz fuq in-naħa tal-core ta’ Ħal Qormi? L-Awtorità Dwar it-Trasport qatt għamlet xi xorta ta’ assessment fuq din il-parti tat-triq, fejn hemm mijiet ta’ residenti biex tistabilixxi l-ħtiega urġenti ta’ faċilità ta’ pedestrian crossing b’sistema ta’ traffic lights? Jekk le, meta se jsir dan? Jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet u l-pjani li għandha l-Awtorità Dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ġa hemm proposta approvata u l-Awtorita' tat-Trasport ser timplimentaha.

Rekwiżiti Minimi — Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija

Question

Billi ftit ilu l-Ministru ikkummenta dwar LN 238/2006 Regolament ta' l-2006 dwar Rekwiżiti Minimi għar-Rendiment tal-Bini tal-użu tal-Enerġija u ta' indikazzjoni li ser isaħħaħ dawn ir-regolamenti biex jagħmilhom effettivi u tassattivi, jista' l-istess Ministru jagħti indikazzjoni meta mistennija toħroġ il-Legal Notice il-ġdida dwar dan is-suġġett u x'ser jkunu il-linji ġenerali tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pelican crossings li huma approvati imma għadhom ma twaħħlux

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex żewġ pelican crossings waħda ħdejn il-ground tal-futbol tas-Sirens u l-oħra fit-triq prinċipali li minn Burmarrad twasal għal San Pawl il-Baħar fil-fatt jiġu installati, peress li ilhom approvati mhux jażin u għadhom ma twaħħlux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li xogħlijiet imsemmija għandhom jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.

EneMalta — Installazzjoni ta' bozoz f'appartamenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi s-sistema użata mill-EneMalta meta jiġu mitluba installazzjonijiet ta' bozoz ġodda fit-toroq tagħna? X'inhi l-policy f'dawk it-toroq li fihom ikunu nbnew appartamenti tal-Gvern fit-triq kollha? Hemm xi ftehim li l-housing authority tinstalla dawn il-bozoz a spejjeż tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-twaħħil tal-istreet lighting taqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali. Enemalta hija responsabbli biss li tara li jsiru l-installazzjonijiet skond ir-regolamenti u l-standards.

Persuni li tilfu d-dritt tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-persuni li tilfu d-dritt tas-sewqan tagħhom minn meta daħlet f'Malta s-sistema tal-punti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn meta daħlet f'Malta s-sistema tal-punti sal-lum, 51 liċenzja tas-sewqan ġew rivokati.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazjoni — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Bormla — Sleeping Policemen

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru xi tip ta' sleeping policemen fit-triq quddiem il-Knisja Santa Tereża Bormla peress li ta' spiss qed ikun hemm xi inċidenti tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT ser titħarreġ is-suġġeriment tiegħu.

Water Services Corporation — Boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha boreholes il-Water Services Corporation? Kif jiġi rregolat l-output u x'persentaġġ tat-total output lill-konsumatur jittieħed minn dawn il-boreholes?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-KSI għandha 134 boreholes li minnhom jittella’ l-ilma tax-xorb, 90 f’Malta u 44 f’Għawdex. L-output minn kull borehole hu qrib kemm jista’ jkun tal-ammont magħruf bħala nominal output li ġie stabillit minn eżerċizzju xjentifiku. L-ilma ji jittella’ jiġi ppumpjat fil-ġibjuni fejn jitħallat ma’ l-ilma prodott mill-impjanti tar-RO qabel jitqassam għand il-konsumaturi. Bejn Malta u Għawdex 46% tal-ilma ddistribwit huwa ilma tal-pjan.

Malta għal Għawdex — Trasferiment

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sa Settembru 2008 kien ta' 1014-il persuna.

Direttorju tat-telephone — Pubblikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jippubblika d-direttorju tat-telephone? Kull meta hu suppost li jigi ppubblikat? Meta hu mistennni li jigi ppubblikat id-direttorju li jmiss?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'deċiżjoni tagħha ta' Lulju 2002, l-Aworita` dwar il-Komunikazjoni (MCA) obligat lill-Maltacom (issa Go plc) biex tippublika d-direttorju tat-telephone. Id-direttorju fil-fatt ġie ppublikat fis-sena 2004. L-istess deċiżjoni tgħid li supplimenti aġġornati għal dan id-direttorju għandhom jiġu ippublikati mhux anqas minn darba kull tlett snin. Min dak iż-żmien l-introduzjoni ta' operaturi ġodda fit-telefonija fissa rrekjediet reviżjoni tad-Deċiżjoni, u fix-xhur li ġejjien, l-MCA ser tkun qiegħda tniedi konsultazzjoni fuq l’ hekk imsejħa Universal Service Obligations biex tistabillixi liema operatur għandu jingħata l-obligu li jippublika dan id-direttorju. Sa dan it-tant fil preżent il-kumpanija Go plc qegħda toffri servizz komprensiv ta' direttorju telefoniku elletroniku aġġornat bla ħlas fuq l-Internet li jinkludi aċċess għan-numri kollha, jiġifieri anke ta' operaturi oħra li jipprovdu telefonija fissa kif ukoll telefonija mobbli.

Marsascala bypass — Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq il-bypassta’ Marsascala u meta se jitlesta? Kemm se tkun in-nefqa fuq dan il-progett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' adġudikazzjoni lest, imma hemm 2 appelli u sakemm jitlestew dawn ma nistgħux nikkommettu ruħna għal dati

Ta' Qali — Villaġġ ta' l-Artiġjanat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fil-Villagg ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali u kemm kienet din in-nefqa? Fadal aktar xogħol ta’ toroq f’dan il-Villaġġ? Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol li fadal u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xoghol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.