Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-ditta Borg Bros. jitqabbdu mill-Ministeru tiegħi biex isir ġarr skond il-ħtieġa. Il-figuri mitluba huma kif ġej:
Sena 2000
April
€ 174.12
Mejju
€ 93.76
Lulju
€ 227.70
Settembru
€ 53.57
Novembru
€ 575.94
Diċembru
€ 53.57
Sena 2001
Jannar
€ 348.24
Frar
€ 345.56
April
€ 618.80
Mejju
€ 107.15
Ġunju
€ 334.85
Lulju
€ 200.91
Awissu
€ 187.51
Settembru
€ 532.26
Novembru
€ 629.51
Diċembru
€ 227.70
Sena 2002
April
€ 980.67
Mejju
€ 950.97
Lulju
€ 321.45
Awissu
€ 348.24
Settembru
€ 683.09
Ottubru
€ 2986.84
Novembru
€ 267.88
Sena 2003
Jannar
€ 1526.90
Marzu
€ 1241.67
April
€ 428.60
Lulju
€ 803.63
Sena 2004
Jannar
€ 419.87
Frar
€ 241.09
April
€ 2198.93
Mejju
€ 7000.84
Ġunju
€ 109.95
Lulju
€ 2170.98
Ottubru
€ 1071.98
Sena 2005
Frar
€ 4929.42
Mejju
€ 5112.51
Ġunju
€ 109.95
Awissu
€ 797.11
Diċembru
€ 3105.99
Sena 2006
Jannar
€ 934.54
Frar
€ 288.61
Lulju
€ 687.16
Ottubru
€ 590.96
Diċembru
€ 398.55
Sena 2007
Jannar
€ 1126.95
Marzu
€ 879.57
April
€ 1152.43
Mejju
€ 247.38
Ġunju
€ 68.72
Awissu
€ 494.76
Novembru
€ 1003.26
Sena 2008
Jannar
€ 302.35
Frar
€ 636.35
Marzu
€ 1132.37
April
€ 755.20
Mejju
€ 165.20
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu jżomm milli tinħareġ ċittadinanza Maltija lill-persuna li ilha tgħix Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena, u li miżżewġa regolari f'Malta kif jirriżulta mill-applikazzjoni fl-uffiċċju tiegħu? Dettalji dwar dan il-każ qed jintbagħtu separatament. Jista' jara li dan il-każ u l-proċedura tagħha tiġi konkluża mill-aktar fis possibbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iproċessar ta' din it-talba wasal fl-istadju finali u deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni għandha tittieħed dalwaqt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk l-kwestjoni dwar il-visas għat-turisti mill-Ukranja għadhiex kif kienet sa ftit tax-xhur ilu? Jekk iva, hemm xi ħsieb li dawn jitranġaw fix-xhur li ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 772 waqt is-Seduta numru 18 tat-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 liema Mistoqsija kienet tittratta l-istess suġġett.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jindika x'politika għandu l-Gvern fil-Qasam ta' l-Overseas Development Aid? X'kien l-kontribut ta' Malta bħala Overseas Development Aid?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern fassal politika ta' għajnuna umanitarja u ta' żvilupp biex jgħin lill-ifqar pajjiżi, partikolarment dawk il-pajjiżi ta' taħt is-Sahara u Lvant ta' l-Afrika, l-Mediterran, il-Lvant Nofsani partikolarment it-territorju Palestinjan u ġżejjer żgħar bil-għan li jintlaħaq livell ta' progress soċjali u ekonomiku f'dawn il-pajjizi. Il-politika ta' għajnuna umanitarja u ta' żvilupp hija ibbazata fuq l-idea li nikkumbattu l-faqar bl-izvilupp u tfittex li tagħti kontirbut għal inizjattivi kurrenti fuq livell internazzjonali, partikolarment mill-Unjoni Ewropea. Din il-politika tindirizza wkoll azzjonijiet u proġetti speċifiċi fejn Malta tpoġġi fis-servizz ta' dawn l-inizjattivi ċertu specjaliżżazzjonijiet partikolari tagħha.
Matul is-sena 2006 il-kontribut ta' Malta bħala għajnuna ta' żvilupp kien jammonta għal Lm 3,201,640.15 jew 0.15% tad-Dħul Gross Nazzjonali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw status ta' refuġjat matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bilaterali li għadu kemm ġie ffirmat bejn pajjiżna u Spanja, li fih hemm ftehim dwar l-użu ta' l-ambaxxati Spanjoli madwar id-dinja, minn diplomatiċi Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bilaterali li għadu kemm ġie ffirmat bejn Malta u Spanja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament ma ngħatax iċ-ċittadinanza Maltija skond il-liġi u agħar minn hekk, fit-3 ta' Ġunju ta' l-2008, f'ittra mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mid-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta' l-expatriates ġie infurmat li m'hux sejjer jibqa' indikat fir-rekords bħala exempt person status taħt l-Immigration Act chapter 217 meta dan hemm raġunijiet serji li jindikaw id-dritt tiegħu? Jaħseb li dan il-każ għandu jiġi mistħarreġ mill-ġdid?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-appplikazzjoni dwar iċ-cittadinanza Maltija li għamlet il-persuna konċernata se tkun iffinalizzata dalwaqt.
Ninfurmah ukoll li r-rekords tad-Dipartiment taċ-Cittadinanza u ta' l-Expatriates juru li din il-persuna m'għadhiex aktar 'persuna eżenti' skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 4(1) (g) u (h) ta' l-Att ta' l-Immigrazzjoni (Kap 217).
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-imħallfin li ġew appuntati biex jippresjedu fil-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja ġo Lussemburgu? Jista' jiddefinixxi l-inkarigi li huma jokkupaw, jgħid meta ġew appuntati u għal kemm-il sena?
Response (BORG, TONIO)
l-ex Avukat Ġenerali Dr Anthony Borg-Barthet u Dr Ena Cremona ġew appuntati membri tal-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja u tal-Qorti ta' Prim Istanza rispettivament. Ġew appuntati fl-2004. It-terminu tagħhom hu regolat bl-Istatut tal-Qorti stess.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid, jekk hemm, kemm hemm legali ta' nazzjonalita' Maltija li jaħdmu mal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, min huma u meta ġew hekk appuntati?
Response (BORG, TONIO)
Ma hux responsabbilita tal-Gvern Malti li jirreġistra jew jikkontrolla n-numru ta' ċittadini Maltin li jaħdmu ma' organiżżazzjonijiet internazzjonali.
Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — Imħallef
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li suppost skada t-terminu tal-kariga ta' l-Imħallef Giovanni Bonello fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista' jispjega dettaljatament x'inhu l-intopp li nqala' dwar in-nomina l-ġdida, ġiex sorvolat dan l-intopp u min huma t-tliet nomini attwali tal-Gvern għal din il-kariga?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati kawżi kontra Malta quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista' jagħti d-dettalji dwar dawn il-kawżi u jindika b'mod dettaljat kemm minnhom ġew deċiżi kontra Malta?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-Eurostar Programme ta' l-Unjoni Ewropea li huwa ntiż biex ikabbar l-investiment ta' l-SME's fir-riċerka, x'inhi r-raġuni li skond rapport maħruġ nhar il-25 ta' Ġunju, 2008 Malta ma tidhirx li hi parteċipi f'dan il-programm, minkejja li hemm bosta pajjiżi ġodda fl-UE inklużi bħal Ċipru u l-Istati Baltiċi kif ukoll pajjiżi mhux fl-UE bħall-Iżlanda, Izrael, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija?
Response (BORG, TONIO)
Il-programm Eurostar li l-Onorevoli Interpellant qed isemmi fil-Mistoqsija ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex persuna mill-Eġittu tiġi taħdem Malta u x'inhi l-proċedura sabiex persuna mill-Eġittu japplika għall-visa sabiex ikun jista' jiddaħħal Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li persuna mill-Eġittu jista japplika għall-visa mill-Ambaxxata ta' Malta fil-Kajr. Din l-applikazzjoni għandha ssir fi normi tal-visa policy li Malta tħaddan taħt is-Schengen acquis, cioe li flimkien ma' l-applikazzjoni għandhom jiġu pprezentati dokumenti skond l-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni li jagħtu appoġġ lill-iskop u l-kondizzjonijiet taż-żjara ppjanata, kif ukoll tagħti garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi ta' għejxien.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-ewwel parti tal-mistoqsija dwar il-proċeduri biex persuna mill-Eġittu tiġi taħdem Malta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara x'inhu jżomm lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, milli jiżżewweġ bil-proċeduri ċivili lill-persuna, li isimha qed jidher separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru u l-Ambaxxati tiegħi hemm 5 vetturi li huma mikrija. Fil-każ ta' l-Ambaxxati dawn huma leased. Is-somma globali li qed titħallas kull xahar hija ta' € 3061.91.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuni ta' nazzjonalita' Ukrena jżuru Malta? Jista' jgħid ukoll jekk tingħatax attenzjoni partikolari jekk l-applikant/a jkollha xi membru tal-familja miżżewweġ/a Malti/ja?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċedura li kienet tintuża sa Marzu ta' din is-sena biex persuni ta' nazzjonalita Ukrena jżuru Malta kienet li dawn japplikaw għall-viża għal Malta fil-Konsolat ta' l-Awstrija ġo Kiev, il-belt kapitali Ukrena.
Din il-proċedura m'għadhiex tintuża u flokha daħħalna proċedura li hi wkoll permessa mill-Ftehim Schenghen u li hi aktar effiċenti u ta' konvenjenza għall-viżitaturi Ukreni. Minn April ta' din is-sena, l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin permezz ta' l-ambaxxata ta' Malta f'Moska daħal bi ftehim ma' diversi aġenti ta' l-ivvjaġġar Ukreni sabiex dawn ikunu jistgħu jwasslu l-applikazzjonijiet ta' persuni ta' nazzjonalita Ukrena bil-passaporti b'kollox dirett fl-Ambaxxata Maltija ġo Moska. L-Ambaxxata Maltija, wara li jkun sar il-proċess meħtieġ, jibagħtu lura l-passaporti bil-viża mwaħħla fuqhom jew le, lura lill-aġenti ta' l-ivjaġġar.
Bħalma jiġri fi kwalunkwe applikazzjoni għal-viża, attenzjoni partikolari dejjem tingħata lil dawk l-applikanti li għandhom xi membru tal-familja f'Malta, wara li jsiru ċerti verifikazzjonijiet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk kienx hemm żviluppi fl-appoġġ li qed tagħti Malta għall-proposta tal-President Tar-Repubblika Franciża Nicolas Sarkozy għall-ħolqien ta' l-imsejjaħ Unjoni Mediterranja u jekk hux qed jisħaq li l-uffiċċji amministrattivi ta' din l-unjoni jitwaqqfux f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern Malti laqa' b'mod pożittiv il-proposta Franċiża għall-ħolqien ta' Union for the Mediterranean u preżentement qed jevalwa l-possibilita' ta' parteċipazzjoni fi proġetti konkreti li jagħtu aktar viżibilita' lill-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja.
Malta tibqa' disposta li tospita s-segretarjat li qed jiġi diskuss fl-ambitu ta' din l-inizjattiva għax temmen li l-pożizzjoni geo-politika tagħha tista' tkun ta' servizz utili għall-partijiet kollha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'risposti kellu s'issa min-naħa tal-Gvern Libjan għall-istedina maħruġa mill-Gvern Malti dan l-aħħar biex jattendi għal laqgħa Ministerjali f'Malta dwar l-immigrazzjoni klandestina?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data proposta għall-laqgħa Ministerjali f'Malta ma kienetx konvenjenti la għall-Libja u lanqas għall-Italja u għalhekk qed isiru kuntatti ġodda biex tinstab data komuni u aċċettabbli għat-tlett pajjiżi.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li taħt il-Ministeru tiegħi ma hemmx entitajiet u korporazzjonijiet, allura r-risposta hija li ma ddaħħlu l-ebda mpjegati ġodda.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.