Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ġiet fi tmiemha l-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll min ġie appuntat bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) minflok l-individwu li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ing. Helga Pizzuto rtirat mill-kariga ta’ Chairperson tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, f’April 2025. Sa Carmen Ciantar ġiet maħtura bħala Chairperson tal-istess Awtorità b’seħħ mill-1 ta’ April 2025.
Għadu ħadd ma ġie appuntat bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur biex jissostitwixxi lis-Sur Benny Borg Bonello.
Persuni impjegati minn kuntratturi li jipprovdu servizzi f’Dipartimenti jew Ministeri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew impjegati mal-kuntratturi li jipprovdu servizzi f’Dipartimenti jew Ministeri bejn l-2020 u l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali/customer care, messaġġiera, jew cleaners?
Qorti tal-Maġistrati (Malta) — Każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlasijiet dovuti lill-impjegati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ġodda pendenti li ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) matul is-sena 2024, marbuta ma’ nuqqas ta’ ħlas ta’ pagi u benefiċċji oħra dovuti lill-impjegati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23471 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21813, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kuntratti prekarji u nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27415 u jgħid kif il-Gvern qed jittratta l-kwistjoni tal-kuntratti prekarji u n-nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol li jolqtu b’mod sproporzjonat lill-ħaddiema żgħażagħ?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-AL 452.92, AL 452.108, AL 452.127 u r-Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli, għall-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) u Regolamenti tal-2023 dwar Aġenziji tal-Impjieg li daħħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2024. Ma’ dawn wieħed irid iqis ukoll il-miżuri implimentati sa mill-2013, sabiex nindirizzaw ix-xoghol prekarju fil-pajjiż.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat tal-Gvern ibbenefika minn taħriġ organizzat mill-Institute for the Public Services (IPS) matul is-sena 2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Dan il-Gvern huwa komess li jsaħħah u jifrex aktar it-taħriġ mogħti lill-impjegati tiegħu. B’aktar taħriġ, l-impjegati jkunu aktar mħarrġa u jkunu jistgħu joffru servizz aħjar liċ-ċittadin. FL-2024 kien hemm 221 tip ta’taħriġ fejn 14,742 impjegat bbeniffikaw minn dawn.
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea — Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu jammontaw l-ispejjeż totali marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, li saru fit-30 ta’ April 2025 fil-Barrakka ta’ Fuq u fil-Port il-Kbir?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ fuq harm reduction, jew ċertifikat maħruġ mill- Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), jingħata lill-impjegati li jaħdmu mal-istess Awtorità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-ħaddiema tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) jingħataw taħriġ kontinwu rigward harm reduction waqt il-ħidma tagħhom.
Barra minn hekk, l-ogħla uffiċjali jwettqu wkoll riċerka dwar dan il-qasam sabiex jibqgħu aġġornati dwar l-aħħar żviluppi.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa fuq taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) fl-2022, fl-2023 u fl-2024 rispettivament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħaddiema konsistentament jingħataw taħriġ intern kif ukoll jiġu aġġornati bl-aħħar żviluppi sabiex dejjem aktar jtejbu l-għarfien tagħhom fis-settur. B'żieda ma' dan, bħala parti mix-xogħol tagħhom, tliet ħaddiema tal-Awtorità jirċievu Continuous Professional Development allowance sabiex ikunu jistgħu jagħmlu riċerka fil-qasam.
In oltre, l-ħaddiema tal-Awtorità jipparteċipaw b’mod dirett u attiv f’kull sessjoni ta’ taħriġ u informazzjoni li tingħata mill-Awtorità lill-Assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-istess Awtorità.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ hemm ippjanat għall-impjegati tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul is-sena 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-ħaddiema tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis jingħataw taħriġ kontinwu waqt il-ħidma tagħhom. Oltre dan, il-ħaddiema huma obbligati jiddedikaw numru ta’ sigħat għal riċerka sabiex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-qasam u jżommu ruħhom aġġornati mal-aħħar żviluppi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn assoċjazzjonijiet li jikkultivaw il-kannabis irreġistrati mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li wettqu reati skont t-tieni Skeda ta’ Leġiżlazzjoni Sussidjarja 628.01 fl-2023 u fl-2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-reati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi s’issa ma ġie nnutat l-ebda nuqqas serju li jimmerita proċeduri legali skond kif indikat fl-Avviż Legali.
Prodotti tal-kannabis li jinbiegħu mill-ħwienet — Regolarizzazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min jirregolarizza l-prodotti tal-kannabis li jinbiegħu mill-ħwienet tal-kannabis li nibtu madwar Malta? Jista’ jgħid ukoll taħt liema regolarizzazzjoni jaqgħu dawn il-ħwienet u x’inhuma r-regolamenti tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi bir-riforma tal-Kannabis tas-sena 2021, l-ARUC kienet inkarigata li tirregola biss assoċjazzjonijiet li joperaw fuq livell ta' mingħajr profitt (not for profit). Għalhekk, dawn il-ħwienet kummerċjali, stante li joperaw fuq livell ta' profitt, ma kienux regolati mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.
Madanakollu, l-Gvern ippropona emendi legali li diġa ġew diskussi u approvati fil-Parlament b'mod unanimu, fejn fost oħrajn l-ARUC ser jkollha l-poteri wkoll li, flimkien ma' entitajiet oħrajn, tirregola wkoll aspetti li jikkonċernaw l-operati ta' dawn il-ħwienet kummerċjali u dan propju sabiex l-għanijiet u l-iskopijiet tar-riforma tal-kannabis verament jintlaħqu u ma jiġi ttollerat l-ebda abbuż.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22405, jista’ l-Prim Ministru jagħti break-down finanzjarju dettaljat ta’ kif intefqet is-somma allokata għall-kampanji ta’ edukazzjoni u għarfien mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul l-2023 u l-2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fl-2023, in-nefqa kienet ta ‘€343,854.74 u fl- 2024 in-nefqa kienet ta’ € 404,833,49.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn assoċjazzjonijiet li jikkultivaw il-kannabis irreġistrati mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 26 assoċjazzjoni reġistrati mal-ARUC, li minnhom 19 ingħataw liċenzja operattiva sabiex ikunu jistgħu jikkultivaw il-kannabis.
Is-seba' assoċjazzjonijiet l-oħra għadhom fi stadju ta' liċenzja fil-prinċipju u għalhekk qed iħejju l-operat tagħhom qabel ma jingħataw liċenzja operattiva.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għandha impjegati l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) u x’inhi d-designation (job description) ta’ kull impjegat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm sitt persuni impjegati ma din l-Awtorità msemmija. Sadanitant bħalissa għaddej il-proċess ta’ ingaġġ għall-aktar inspectors u manager (corporate).
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24379 u 24765 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li minn Ġunju 2022 sal-ġurnata tal-lum b’kollox inxtraw erbgħa u għoxrin (24) karozza mid-dekasteru tal-Prim Ministru li jinkludu s-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, s-Segretarjat Parlamanetari għar-Riforma u l-Ugwaljanza, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Tmienja minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-Uffiċċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta' dan il-manwal tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi sar skont il-Proċedura tal-Public Procurment Regulations.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27941 dwar benefiċjarji mill-fond għall-kawżi ġusti, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għas-sena 2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawżi Soċjali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul din is-sena.
Restawr ta’ knejjes u kappelli — Fond għall-Kawżi Ġusti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27942 dwar restawr ta' knejjes u kappelli mill-fond għall-kawżi ġusti, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għas-sena 2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawżi Soċjali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul din is-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.