Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-hip replacement? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għall-hip replacement sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 127. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21906, jista’ issa d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tibda tiffunzjona l-iskema tal-ħlas tal-GPs meta jinvistaw pazjenti fil-komunità u kemm sejrin jitħallsu għal dan is-servizz il-ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema msemmija minnu diġa qegħda fis-seħħ. Ninfurmah ukoll illi fiż-żmien li ġej se tkompli skema oħra fejn it-tobba tal-familja jkunu jistgħu jkomplu jsegwu pazjenti wara 5 snin li kellhom il-kanċer tas-sider.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li dawn iż-żewġ anzjani li d-dettajli dwarhom qed jingħataw separatament jingħataw appuntament għall-podiatrist f’Raħal Ġdid billi l-appuntament li kellhom kien għal 25 ta' Ottubru 2021 u dakinnhar filgħodu stess ċemplulhom fis-6.45am biex jgħidulhom li tħassar u ġie postponed għal Diċembru? Billi l-aħħar appuntament li kellhom kien f’Ġunju li għadda u fid-dawl li l-anzjan hu dijabetiku, jista’ jara li ġentilment l-appuntament isir fl-iqsar żmien possibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jiġi segwit.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-mediċina Avonex Interferon ma baqgħetx fil-format ta' pen injector? Meta se terġa' tiġi introdotta l-pen injector? Il-Ministru huwa konxju li n-nuqqas tal-pen injector qed itellef pazjenti mill-indipendenza tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Interferon beta – 1a solution tista’ tiġi amminstrata forma ta’ pre-filled syringe jew pre-filled pen jew cartridge li huma kollha self-injectable biex il-pazjenti jkunu jistgħu jinjettaw lilhom infushom huma stess.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tar-roll out sena b’sena tal-Constant Glucose Monitors għall-pazjenti ta’ ’l fuq minn 16-il sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament l-Constant Glucose Monitors qed jagħmlu użu minnhom dawk li għandhom d-Dijabete’ tat-tip 1 u li l-eta’ tagħhom hija ta’ 16 il-sena jew inqas. Fl-2022 dawn jibdew jingħataw lil dawk ta’ bejn is-17 il-sena u l-21 sena u li jsofru mid-dijabete’ tat-tip 1. Il-pjan hu illi fis-sena ta’ wara tiġi estiża għall-pazjenti kollha ta’ kull eta’ bid-dijabete tat-tip 1.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-master plan (PA07491/16) għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2021/2022 hu ppjanat li jiġi approvat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern u Steward Health Care huma f’taħdidiet sabiex dak li huwa mistenni minn Steward skont il-konċessjoni tal-isptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa jiġi onorat minnhom għall-aħjar benefiċċju tal-pazjenti Maltin u Għawdxin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika s-safra li kelli sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Data minn
Data sa
Destinazzjoni
Kariga tal-Persuni li akkumpanjawni
Raġuni ez: Isem il-konferneza etc…
Spejjeż
ta' vjaġġar
Kemm mill-ispejje
ż
tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropeja
14 ta' Ġunju 2021
16 ta' Ġunju 2021
Il-Lussemburgu
Uffiċjal Kap Eżekuttiv/ Kap tas-Segretarjat, Direttur.
Parteċipazzjoni fil-Kunsill EPSCO (Saħħa).
€4,756.80
€2,361.00
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza minħabba vjolenza domestika mis-sena 2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Dipartimenti tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u l-isptar Ġenerali t’Għawdex ġew irreġistrati 74 każ ta’ vjolenza domestika fl-2019 u 62 każ fl-2020.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm il-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll d-dipartimenti u l-entitajijet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma għamlu l-ebda negozju u lanqas ma qed jinnegozjaw dwar kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-politika tal-gvern vis-a-vis ‘morbid obesity’? X’servizzi joffri Mater Dei f’dan il-qasam? Għandu ħsieb li dan is-servizz jespandi? Kemm hemm persuni involuti biex joffru dan is-servizz f’Mater Dei? Hemm xi persuni fil-preżent li qed jitħarrġu f’dan il-qasam? Jekk iva kemm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li Morbid Obesity tirriżulta f’ħafna komplikazzjonijiet medikali bħal zokkor, pressjoni, mard tal qalb, artrite’, kanċer fost affarijiet oħra, għalhekk il-kura ta’ dawn il-pazjenti jinvolvi u tingħata minn tim multidixxiplinaru. Sabiex tingħata l-għajnuna meħtieġa qed jiġu offruti servizzi tas-saħħa mill-klinika tal endokrinoloġija, sapport ta’ dietician, sapport psikoloġiku kif ukoll kirurġija fejn isiru operazzjonijiet bħal Sleeve Gastrectomy u Gastric Bypass.
Dan is-servizz jinvolvi hafna elementi u jieħu proċess twil biex ir-riżultati ikunu sodisfaċenti. Bħalissa qed isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex jingħata aktar taħriġ u esperjenza, minn ċentru specjalizzat minn barra minn Malta.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-mediċini Rivaralto u Throxine jibdew jingħataw b'xejn lill-pazjenti li lilhom jiġu preskritti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċini Rivaroxaban (Rivaralto) u Throxine diġa jingħataw b'xejn lill-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet partikolari skont il- protokolli tas-servizz tas-saħħa. Hemm il-ħsieb li l-użu tal-mediċina Rivaroxaban jiġi estiż għal aktar kundizzjonijiet fix-xhur li ġejjin.
Cruiseliners – Staff mid-Dipartiment tas-Saħħa biex jiċċekkja ċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tat-turisti
Question
Peress li rċivejt xi ilmenti minn sidien ta’ ħwienet speċjalment fil-Belt u anke xufiera tat-taxi minħabba li passiġġieri li jidħlu fuq cruise liners mhux qed jitħallew jinżlu l-art biex jixtru, jieklu jew imorru b’taxi f’xi destinazzjoni u billi lil dawn is-sidien qed jgħidulhom li t-turisti fuq il-cruise liners mhux qed jitħallew jinżlu l-art minħabba li d-Dipartiment tas-Saħħa m’għandux biżżejjed staff biex jiċċekkja ċ-ċertifikati tal-vaċċin kontra l-Covid-19 (SARS-CoV-2) biex dawn it-turisti jkunu jistgħu jinżlu l-art, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jikkonferma jekk dan hux il-każ? Jekk iva hemm il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata ħalli b’hekk ma jkompliex jintilef kummerċ f’settur li jiddependi fuq it-turisti b’mod partikolari dawk l-eluf li jiġu bi cruise liners?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (SARS-CoV-2) jeżistu protokolli maqbula mall-partijiet involuti dwar tali materja. Preżentament l-industrija qed taħdem b’sistema ta’ bubbles fejn il-passiġġieri jinżlu l-art u jittieħdu dawra ma’ Malta mingħajr ma jkun hemm waqfien f’postijiet. Turisti, residenti jew baħrin li jkunu se jieqfu Malta issirilhom il-verifikazzjoni neċessarja taċ-ċertifikat tat-tilqim u l-passenger locator form qabel dawn iħallu l-port.
Għaldaqstant din mhiex kwistjoni ta’ riżorsi umani imma tal-protokolli eżistenti.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn id-Djar Residenzjali:
a. Residenza San Ġużepp; u
b. St. Thomas Community Living?
X’rakkomandazzjonijiet saru f’kull waħda minn dawn id-Djar u meta saru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Pazjenti b’morbid obesity – stennija għal kura kirurġika
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li pazjenti b' "morbid obesity" li jiġu riferuti Mater Dei, qegħdin jistennew snin twal biex jingħataw kura kirurġika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru kien hemm 105 persuni b’morbid obesity jistennew biex isirilhom intervent.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-lista ta' stennija għal kura kirurġika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal-operazzjoni fl-iSpeċjalità tal-Kirurġija Ġenerali, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 2210.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm individwi resqu ‘l quddiem biex jagħmlu assessment inizjali għand il-Gender Wellbeing Clinic (Imtarfa)? Jista’ n-numri jingħataw sena b'sena minn meta bdiet topera din il-klinika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li ġew irreferuti sena b’sena għal Gender Wellbeing Clinic biex jagħmlu assessment inizjali bejn Novembru tal-2018 minn meta nfetħet il-klinika sa Settembru ta’ din is-sena huma:
Sena
Numru ta’ persuni
2018 (Minn Novembru 2018)
26
2019
100
2020
64
2021
68
Total
258
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid matul is-snin kemm kien hemm referuti rigward:
a) Assistenza psikoloġika;
b) Assistenza rigward bżonnijiet fil-familji (family support);
c) Hormone prescription u follow ups;
d) Terapija tal-vuċi;
e) Għajnuna psikjatrika;
f) Gynaecological support;
g) Interventi kirurġiki; u
h) Prevention of gametes (skont l-età u l-ġeneru)?
X'inhuma t-timeframes li jintużaw fil-proċess ta' "realignment"? Kemm kien hemm nies li waqfu sena b'sena, l-età u l-ġeneru? Kemm kien hemm min staqsa biex ireġġa’ lura l-intervent, sena b'sena, l-età u l-ġeneru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill ftuħ tas-servizz tal-Gender Wellbeing Clinic, iġifieri minn Novembru 2018 kien hemm dawn ir-referti għal dawn is-servizzi speċifiċi:
Referti :
Numru ta’ persuni:
Assistenza psikoloġika
68
Assistenza rigwardbżonnijiet fil-familji
(family support);
36
Hormone prescription
u
follow ups
;
114
Terapija tal-vuċi
58
Għajnuna psikjatrika
126
Gynaecological support
18
Interventi kirurġiki
7
Preservation of gametes
43
M’hemmx timeframes fissi li jintużaw waqt il-proċess ta’ gender affirming treatment. Kull klijent huwa meqjus b’mod individwali b’care plan imfassal mit-tim multidixxiplinarju bl-għan li intejbu il-benesseri fiżiku u psikoloġiku tal-individwu.
Mill-bidu tal-klinika kien hemm total ta’ 26 persuna li kienu discharged minn dan is-servizz għal raġunijiet varji, b’10 persuni li riedu jwaqqfu il-proċess ta’ transizzjoni tal-ġeneru.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-kura addizzjonali li l-Gvern qed jippjana għall-pazjenti f'Għawdex skont kif iddikjara f'konferenza tal-aħbarijiet fit-12 ta' Ottubru 2021 bħala ġustifikazzjoni għall-ħlas addizjonali ta' € 20m li ser tingħata lill-konċessjonarju tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex matul l-2022 ? Jista' l-Ministru jgħid għala dan l-investiment qed isir mill-gvern u m'hux mill-konċessjonarju u jekk din l-għotja li ser tingħata lill-konċessjonarju sabiex jingħataw dawn is-servizzi addizjonali ġietx approvata mill-Istate Aid Monitoring Board?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlasijiet lil Steward Healthcare huma skont il-konċessjoni eżistenti. Parti minn din iż-żieda tirrigwarda kumpens lil Stewardminħabba żiedet fl-ispejjeż relatati mas-servizz tas-saħħa. Dan il-kumpens, skont il-ftehim ma Steward, huwa bbażat fuq iż-żieda fl-istimi ta’ spejjeż skont kemm togħla in-nefqa tal-Gvern fis-servizz tas-saħħa. Hemm żiediet oħra li huma kumpens lil Steward minħabba spejjeż ta’ impjegati li Steward daħħal biex jiġi mtejjeb is-servizz. Hemm ukoll stima għal spejjeż ta’xi mediċini li tkun nefqet Steward.
Dawn iż-żidiet huma kollha kontemplati fil-kuntratti li l-Gvern għandu ma
Steward
.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara għalfejn il-mediċina Enalapril li tintuża kuljum minn tfal b’ċerta kundizzjoni tal-qalb u hija essenzjali li tkun in stock, ilha xhur out of stock?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina msemmija minnu, mill-2020 sal lum qatt ma kienet out of stock.