Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tirċievi karta li suppost diġà rċeviet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ma għandu l-ebda applikazzjoni jew talba oħra pendenti mill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjnani u l-Kura fil-Komunità — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Minsteru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qatt ma uża is-servizz tal-avukat jew kumpanija li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il dar għall-anzjani hemm f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-lokalità? Jista’ jgħid kull dar kemm takkomoda anzjani? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2011 fuq kull dar għat-tmexxija tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il faċilità ta’ rijabilitazzjoni għall-anzjani hemm f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-lokalità? Jista’ jgħid kull faċilità kemm takkomoda anzjani? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2011 fuq kull faċilità għat-tmexxija tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa hemm faċilita’ waħda ta’ rijabilitazzjoni f’Malta. Din il-faċilita’ hija l-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech li tinsab il-Pieta’. Joffri servizzi ta’ rijabilitazzjoni fuq bażi inpatient, outpatient kif ukoll servizz ta’ Day Hospital għall-anzjani. Dan l-isptar jinkludi ukoll ‘Orthotic and Prosthetic Unit’ (OPU).
L-Isptar Karin Grech jakkomoda 240 pazjent.
L-ispiża fl-2011 tal-Isptar Karin Grech kienet ta’ € 12.9 miljuni. L-ispiza fl-2011 tal-Orthotic and Prosthetic Unit kienet ta’ € 500,000.
faċilitajiet għal servizzi ta’ respite għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il faċilità għal servizzi ta’ respite għall-anzjani hemm f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-lokalità? Jista’ jgħid kull faċilità kemm takkomoda anzjani? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2011 fuq kull faċilità għat-tmexxija tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ġewwa San Vinċenz de Paule hemm disa’ (9) sodod li jservu sabiex jingħata s-servizz ta’ respite għall-persuni anzjani.
Ir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule takkomoda elf, mijja u tmienja u tletin (1138) persuna. Is-sodod
respite
imsemmija hawn fuq qiegħedin f’dawn is-swali:
Sala Ruzar Briffa 2 = 7
respite
beds
Sala Ġwanni Pawlu 1 = 1
respite
bed
Sala Ġwanni Pawlu 2 = 1
respite
bed
.
L-ispiza għas-sena 2011 kienet ta’ tlett mijja u sitta u tmenin elf lu disa’ mitt Ewro (Euro 386,900) (li tinkludi l-pagi u l-ikel).
Rigward faċilitajiet ta’
respite
ġewwa Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Peress li issa se jerġa' jintuża l-helipad tal-Isptar San Luqa u peress li żżarma l-apparat tas-safety u ukoll id-dawra tal-helipad sar car park għall-Malta Enterprise, jista' jgħid eżattament x'se jiġri? Fejn se jiġi rilokat il-car park?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa ingħatat spjega x’ser jiġri fit-tweġibiet tiegħi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 33205 u numru 33648. Nerġa nfakkar li mhux ser jiġi rilokat il-parkeġġ tal-Malta Enterprise. Ser jiġu affetwati madwar seba’parkeġġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex kontradittorja li entità jew persuna akkużata b'kontravenzjoni tkunx qed tirrinunzja għad-dritt ta' appell ġaladarba tħallas il-multa lill-Ocupational Health and Safety Authority skont l-Avviż Legali 36/2012, meta dan id-dritt t'appell ngħata b'Avviż Legali 27/2000?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ordnijiet maħruġa skont l-Att XXVII tal-2000, u intimazzjoni maħruġa mill-Awtorita’ għall-ħlas ta’ penali huma żewġ affarijiet separati u distinti minn xulxin.
Fil-każ ta’ Ordni, min jirċievi l-Ordni għandu kull dritt u fakulta’ li jappella kontra tali Ordni, u dan skont kif provdut fl-Att. Il-ħruġ ta’ intimazzjoni mill-Awtorita’ wara li persuna tkun kisret il-provvedimenti kontemplati fl-Avviż Legali 36/2012, bl-ebda mod ma tista titqies bħala Ordni.
Dan minkejja li persuna intimata b'multa amministrattiva tingħata kull opportunita’ li tikkontesta l-kontravenzzjoni/jiet addebita lilha quddiem il-Qrati ta’ Malta jew Għawdex skont il-ġurisdizzjoni, u fejn l-Awtorita’ tressaq ix-xhieda u l-evidenza; tingħata wkoll il-fakulta’ li jixhed / jixdu l-imputati u jitressqu kull prova fid-difiża tagħhom. B'hekk il-Qorti qabel ma tgħaddi għall-ġudizzju teżercita l-proċedura hekk kif kontemplata fir-regoli ta’ smiegħ xieraq qabel ma tingħata s-sentenza. L-imputati għandhom ukoll id-dritt ghall-appell u dan sa kemm il-kawża tiġi 'res judicata'.
Għaldaqstant bl-implimentazzjoni tas-sistema hekk kif kontemplata fl-Avviz Legali 36/2012 id-drittijiet fundamentali u kostituzzjonali għal smiegħ xieraq huma salvagwardati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-prassi għall-ġbir tal-multi tal-Occupational Health and Safety Authority skont l-Avviż Legal 36/2012 u jekk thossx li t-tali prassi hix konformi mar-regoli tas-saħħa u sigurtà tal-istess awtorità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-prassi mplimentata mill-Awtorita’ tas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) dwar ġbir ta' multi hija skont il-provvediment tal-Att 27/2000 kif imsaħħa permezz tal-Avviż Legali 36/2012.
Permezz ta’ din is-sistema, l-OHSA mplimentat sistema alternattiva ta’ proċeduri ġudizzjarji. Dan mela l-vojt li kien ilu jinħass għal bosta snin, tant li numru kbir ta’ avukati esprimew il-ħtieġa u nsistew quddiem il-Qrati kemm f' Malta kif ukoll f'Ghawdex, tant li l-istess Qrati ħeġġew lill-Awtorita’ biex timplimenta tali sistema. Saħansitra, insostenn ta' dan, l-Awtorita’ iffaċċat diversi kawzi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali għan-nuqqas ta’ introduzzjoni ta’ din is-sistema.
Permezz ta’ din is-sistema, jekk il-persuna hekk intimata taqbel mal-multa, llum għandha l-fakulta’ li tħallas tali multa, mingħajr ma jinbdew ebda proċeduri kriminali.
Zammit Clapp Hospital — kuntratt iffirmat ma' CareMalta
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-kuntratt li ġie ffirmnat ma' CareMalta biex tmexxi r-residenza għall-anzjani fil-bini ta' Zammit Clapp Hospital? Jista' jgħid jekk:
a) il-kuntratt li ġie ffirmat ma' din il-kumpanija hux jirrifletti t-
terms of reference
u l-kundizzjonijiet kollha li kien hemm fis-sejħa għat-
tender
; u
b) ir-residenza hiex okkupata skont kif ġie mitlub fit-terms of reference jiġifieri jekk hemmx l-istaff kollu in place u kkwalifikat skont is-sejħa għat-tender? Jista' jgħid kemm hija l-performance guarantee mal-iffirmar tal-kuntratt? Jista' jgħid jekk id-Dipartiment għall-Anzjani hux sodisfatt bil-mod kif ir-residenza għall-anzjani fil-bini ta' Zammit Clapp Hospital qed ikun imexxi u kif qiegħed inkun konformi mat-terms of reference oriġinali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntratt ta’ Zammit Clapp ġie ffirmat ma’ terzi persuni. Sabiex jiġu żvelati d-dettalji, hemm bżonn il-permess tal-kumpanija nvoluta u din ma tatx permess biex tqiegħed kopja tat-tali kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nikkonferma li l-kuntratt li ġie ffirmat jirrifletti t-
terms of reference
u l-kundizzjonijiet kollha li kien hemm fis-sejħa għat-
tender
.
Is-sulari 1, 2 u 3 tar-residenza huma kollha okkupati u hemm l-istaff kollu
in place
u kkwalifikat skont is-sejħa għat-
tender
. Il-
performance guarantee
tammonta għal €571,117.00.
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qed jagħmel moniteraġġ tat-tmexxija ta’ din ir-residenza biex jassigura li jiġu mħarsa l-obbligi tal-Kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal ambulanzi proprjetà tal-gvern li huma operational? Kemm ambulanzi ġew scrapped matul dawn l-aħħar 4 snin? Kemm spiċċaw drivers u impjegati oħra mill-garage, sena b'sena matul dawn l-aħħar 4 snin? Ġew replaced? Jekk iva, b'kemm-il persuna u f'liema kariga? Kemm kera u/jew qed jikri ambulanzi u vetturi oħra mill-privat, sena b'sena matul dawn l-aħħar 4 snin? Kemm ambulanzi separatament u kemm vetturi u x'tip ta' vetturi separatament? Jista' jgħid jekk hux jinkrew bid-driver jew il-vettura biss? Kemm swew u qed jiswew dawn il-kirjiet sena b'sena matul dawn l-aħħar 4 snin? Kemm kienu jiswew l-ambulanzi li kienu proprjetà tal-gvern meta kienu operational?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Dipartiment tas-Saħħa — uffiċjali f'taħditiet fuq il-media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa, sabiex uffiċjali tiegħu jidhru f'taħditiet fuq il-media? Fuq liema programmi u stazzjonijiet qed jidhru jew jinstemgħu dawn l-uffiċjali? Min huma dawn l-uffiċjali u mil-liema taqsimiet fid-dipartiment ġejjin? Kemm qed jingħataw fondi għal kull programm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa ma jagħmel ebda ħlas biex uffiċjali tiegħu jidhru f’taħdidiet fuq il-media.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu diżabilità u ilu bosta snin jistenna biex jidħol f'waħda mid-djar tal-anzjani tal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien applika l-ewwel darba fit-23 ta’ Novembru 2004 u l-Bord kien talab sabiex isir rapport mediku. Fl-11 t’Ottubru 2005 id-Dipartiment irċieva r-rapport mediku mingħand il-Konsulent Mediku. Fis-16 ta’ Frar 2006 il-każ ġie rivedut mil-Bord u ġie rifjutat fuq bażi li din il-persuna għada tista’ tgħix fil-komunita’ u tagħmel użu mis-servizzi tal-komunita’.
Fis-17 ta’ Mejju 2006 l-anzjan applika mill-ġdid. Saru diversi tentattivi mis-
social workers
tad-dipartiment biex jikkunttajaw lill-klijent. Dawn irriżultaw fin-negattiv għal diversi xhur. Ir-rapport soċjali sar fl-4 ta’ Settembru 2007. Din l-applikazzjoni reġgħat ġiet irrifjutata mill-Bord tal-Ammissjonijiet fid-29 ta’ Novembru 2007. Fis-26 ta’ Diċembru 2007 l-anzjan reġa’ applika u l-applikazzjoni reġgħat ġiet irrifjutata mill-Bord fl-24 ta’ Jannar 2008. Dawn iż-żewġ applikazzjonijiet ġew rrifjutati fuq l-istess bażi jiġifieri li din il-persuna għada tista’ tgħix fil-komunita’ u tagħmel użu mis-servizzi tal-komunita’.
Fl-14 ta’ Lulju 2009 il-klijent applika mill-ġdid u fl-1 ta’ Settembru 2009 l-applikazzjoni ġiet approvata bħala ‘High Priority’ għad-dħul fid-Dar tal-Anzjani tal-Floriana. Liema applikazzjoni tpoġġiet fil-lista ta’ stennija għad-dħul fid-dar imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2009 - 2010, 2010 - 2011 u 2011 - 2012 kemm kien in-numru ta' persuni li mietu bil-marda tal-kanċer, kif kienu maqsuma skont il-lokalità u x'kienu t-tipi differenti ta' kanċer?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament li għandha bżonn mediċina li tuża ta' kuljum iżda dejjem qed tkun out of stock u minflok qed tingħata xi ħaġa oħra simili li ma taqbilx magħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjent ikkonċernat mhux irreġistrat mal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Hemm 7 tipi differenti ta’ Betadine. 6 huma
in stock
filwaqt li l-Betadine 10%
alcoholic solution
huwa mistenni li jkun
in stock
fl-aħħar ta’ April 2012.
Peress li l-pilloli Phenindione tal-50mg m'għadhomx jiġu Malta u allura m'għadhomx jiġu fornuti mill-POYC, u peress li issa t-tobba qed jippreskrivu alternattiv li huwa Xarelto-Rivaroxaban 20mg u kaxxa ta' 28 tablet tiswa €96.85 u dawn mhux disponbbli mill-POYC, peress li din hija spiża enormi għal kull min għandu bżonn dawn il-pilloli, jista' l-Ministru jara kif se tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-‘Directorate for Pharmaceutical Affairs’ approva doża ġdida ta’ 10 mg tal-mediċina ‘phenindione’ sabiex tissostitwixxi ‘l-phenindione 50mg’ li kien hemm problemi biex jinxtraw.
Il-pilloli ‘rivaroxaban’ tad-doża 10mg biss jinstabu fil-Formularju tal-Gvern u skont il-protokoll tal-Gvern huma riservati sa massimu ta’ erbatax-il ġurnata għall-prevenzjoni ta’ tromboemboliżmu venuż (VTE) f’pazjenti li jkun sarilhom intervent kirurġiku għas-sostituzzjoni ta’ ġenb jew ta’ rkoppa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk etikament huwiex korrett li xi ħadd jitpoġġa fuq waiting list għal intervent jew operazzjoni u wara li konsulent partikolari jordnalu ċertu trattament, wara snin sħaħ ta' stennija jċemplulu biex jistaqsuh jekk għadux interessat li jagħmel dak l-intervent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Kif kelli l-okkażżjoni li ngħid drabi oħra, anke fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 32694, illum ġewwa l-Isptar Mater Dei qiegħda titħaddem sistema ċentralizzata ta’ listi ta’ stennija. Din is-sistema kompjuteriżżata tissejjaħ Central Patient Waiting List Management System u qiegħda titħaddem f’numru ta’ dipartimenti fosthom id-dipartiment tal-ortopedija; id-dipartiment tal-oftalmoloġija; u d-dipartiment tal-kardjoloġija. Infakkar li din is-sistema diġa wasslet għall-immanniġjar aħjar tal-listi ta’ stennija.
Kif ukoll kelli l-okkażżjoni li ngħid drabi oħra, sa ftit żmien ilu il-listi ta’ stennija kienu jinżammu mill-konsulenti rispettivi. Ghalhekk ma kienx hemm lista ċentralizzata. Sabiex ikun aċċertat li l-listi ta’ stennija jkunu jirriflettu s-sitwazzjoni attwali sar eżerċizzju sabiex dawn il-listi jiġu ċċekjati persuna persuna sabiex jitneħħew ismijiet doppji ta’ pazjenti, ismijiet ta’ dawk il-persuni li mietu, ta’ dawk li saritilhom l-operazzjoni, jew ta’ tawk li ma riedux jagħmlu l-operazzjoni għal-raġunijiet differenti. Nerġa ntenni li l-Onor. Interpellant żgur li jifhem u japprezza li huwa essenzjali li l-listi ta’ stennija dejjem ikunu jirriflettu n-numru eżatt ta’ pazjenti li verament ikunu qegħdin jistennew sabiex issirilhom operazzjoni jew intervent ieħor. Dan ix-xogħol ta’ verifika u ppjanar sar, u qed ikompli jsir fl-interess tal-pazjenti kollha.
Persuni fuq il-Waiting Lists — Dewmien għall-intervent
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilhom jistennew fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom xi intervent jew operazzjoni dawk li ċemplulhom u qalulhom li m'għandhomx interessant li jagħmlu l-intervent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija tiegħu ma tistax tingħata għaliex il-proċess ta’ verifika sar matul medda ta xhur u ġew ikkuntatjati eluf ta’ pazjenti jiġifieri kull pazjent li kien jinsab fuq il-lista ta’ stennija ta’ l-Ortopedija, l-Oftalmoloġija u l-Kardjoloġija.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjoni u l-Kura fil-Komunità — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm żewġ konsulenti fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, wieħed fil-qasam tat-training and retraining tal-istaff fi skala 4, u l-iehor fil-monitoring of Primary Health Care Services li qieghed fil-massimu ta’ skala 5.
Fl-isptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech hemm żewġ konsulenti li huma ingaġġati fuq
contract for service
. Wiehed fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali b’25 Ewro fis-siegħa, u l-iehor fil-qasam tas-servizzi farmaċewtiċi b’25 Ewro fis-siegħa.
Jista' l-Minsitru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-injection li ilha għal ħafna żmien tistenna biex teħodha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-każ tal-pazjent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie nvestigat fejn, minn naħa tal-‘Medicines Entitlement Unit’, ma nstabet l-ebda applikazzjoni għall-kartuna s-safra jew xi permess għall-mediċina partikolari.
Wara li ġie kkuntattjat, il-pazjent spjega li l-problema tiegħu hi li jbati mill-kundizzjoni ta’ ‘
slip disk
’ u meta ġie invistat mill- Konsulent Kirurgu tiegħu dan spjegalu li jkollu bżonn trattament partikolari mill-isptar Mater Dei u li ser jiktbu għal dan it-trattament.
Il-pazjent ġie nfurmat li tqiegħed fuq il-lista ta’ stennija għall-intervent u għandu appuntament mal-kirurgu f’Mejju 2012.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32118, jista' l-Minsitru jara l-każ tal-anzjan kkonċernat li qed jistenna biex issirlu l-operazzjoni tal-ftuq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Customer Care Division tkellem mal-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant u talbuħ biex jibgħat r-riferta għal appuntament tiegħu ġewwa d-dipartiment ta’ l-outpatients tal-Isptar Mater Dei.
Il-pazjent infurmana li fit-tlieta u għoxrin ta’ Marzu, huwa ġie inviżtat mill-Konsulent tal-Kirurġija ġewwa d-dipartiment tal-kirurġija ta’ l-
outpatients
fejn dan taħ parir u spjegalu li l-problema tal-ftuq hija waħda sekondarja u li mhux urġenti filwaqt li l-problema fit-
thyroid
għandha tieħu preċedenza għax hi aktar ta’ riskju.
Il-Kirurgu spjegalu ukoll li għalissa ma jistgħux isirulu interventi kirurġiċi għaliex l-anzjan kkonċernat għadu kemm ġie operat minħabba problemi kardijaċi.