Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #32571 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università — stipendji tal-istudenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23357, stante li s-sena 2011 għaddiet, tista' l-Ministru tinformana x'reviżjoni tas-sistema għandu f'moħħu l-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijet bejn l-Universita’ u l-gvern dwar liema mudell hu l-aħjar għalina. Tweġiba għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant tkun tista’ tingħata meta jkunu ffinalizzati dawn id-diskussjonijiet.

tfal li telqu mill-iskola qabel l-età ta' 16

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li telqu l-iskola qabel l-età ta' 16-il sena, jiġifieri kmieni, sabiex imorru jaħdmu matul is-sena 2011? Tista' tgħid kemm kellhom żmien dawn iż-żgħażagħ meta għamlu dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32127 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

perusni li għandhom il-BA

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li għandhom BA f'xi lingwa u qed jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tgħid kemm hemm għal kull lingwa u kemm ilhom jirreġistraw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 11 PQ #32213 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti barranin fl-iskejjel Maltin u Għawdxin

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31813, tista’ l-Ministru tagħti l-istess informazzjoni dwar skejjel f’Malta, cioè tista’ tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Malta? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32441 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għaqdiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx għaqdiet sportivi li kienu mwiegħda kumpens sabiex jaghmlu dope tests u sal-lum għadhom jistennew dan il-kumpens finanzjarju? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid liema huma dawn l-għaqdiet? Kemm hu l-ammont dovut? Meta taħseb li dan ser jingħata lilhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm erbgħa għaqdiet li għadhom qed jistennew kumpens li kien mwiegħed lilhom fuq dope tests. Il-ħlas għadu ma sarx għax l-għaqdiet għadhom ma ppreżentawx l-irċevuti li jikkonfermaw li t-testijiet fil-fatt saru. L-għaqdiet huma l-Aquatic Sports Association, il-Malta Football Association il-Malta Rugby Football Union u l-Malta Triathlon Association. L-ammont dovut huwa ta’ 19,438 ewro. ll-pagamenti ikunu jistgħu isiru appena l-għaqdiet jippreżentaw l-irċevuti relattivi

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — flus f'konsulenzi

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31935 dwar ħlas lill-konsulenti, tista' l-Ministru tgħid f'kull każ x'kien ix-xogħol li għamlu l-konsulenti biex jitħallsu dawn il-flus u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti u studji li għamlu u x'riżultati tanġibbli nkisbu permezz ta' dawk ir-rapporti u studji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32552 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Dipartiment tas-Soċjoloġija — studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-ammont ta' studenti attwalment fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija fl-Università ta' Malta? Tista' tgħid kemm iggradwaw studenti mid-Dipartiment tas-Soċjoloġija f'kull sena fl-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 11 PQ #32559 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Suq tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandhiex pjanijiet/studji ta' kif mistenni jiżviluppa s-suq tax-xogħol f'Malta sas-sena 2020 u għaldaqstant x'miżuri se jkunu qed jittieħdu biex joħorġu aktar nies jaħdmu, filwaqt li ma tinħoloqx ebda skarsezza ta' ħaddiema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tuża diversi modi biex kontinwament issegwi l-andament tas-suq tax-xogħol f’Malta. Dan tagħmlu billi tiġbor informazzjoni mingħand minn iħaddem dwar in-nies li jimpjegaw u b’hekk tkun taf in-numru ta’ nies jaħdmu f’kull settur tal-ekonomija. Informazzjoni oħra li tuża l-ETC għal dan il-għan hija l-istatistika li joħroġ l-NSO mill-Labour Force Survey. Barra minn hekk, l-ETC tiġbor detalji ta’ positijiet battala mingħand min iħaddem u b’hekk tkun taf dwar il-ħtieġa ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Din l-informazzjoni l-ETC tużagħha biex tiggwida u tgħin lil min qiegħed ifittex ix-xogħol biex jimla dawn il-postijiiet battala. Il-mira tal-Gvern hi li sas-sena 2020, ir-rata ta’ mpjiegi f’Malta titla’ għal 62.9% għal dawk bejn l-20 u l-64 sena. Il-Gvern juża numru ta’ policies biex Malta tilħaq din iċ-ċifra. Il-miżuri li qed jieħdu d-diversi entitajiet governattivi huma mniżżla fil-Pjan Nazżjonali ta’ Riforma. B’żieda ma’ dawn il-Gvern iħabbar numru ta’ miżuri ġodda fid-diskorsi tal-baġit. L-ETC qiegħda tikkontribwixxi biex ikun hawn aktar ħaddiema fis-suq tax-xogħol billi tiggwida u tgħin lil min qiegħed ifittex ix-xogħol biex dan isib xogħol. Hija toffri ħafna korsijiet ta’ taħriġ f’oqsma differenti biex il-ħiliet ta’ dawk li qed jaħdmu jew qed ifittxu x-xogħol jitjiebu. Hija toffri skemi ta’ esperjenza ta’ xogħol jew xogħol fil-komunita’ biex tintegra lil dawk li qed ifittxu mpjieg, speċjalment dawk li għandhom xi żvantaġġ fis-suq tax-xogħol. Permezz tal-Employment Aid Programme, l-ETC tipprovdi wkoll sussidju fuq il-paga lil min iħaddem jekk dawn jimpjegaw persuni żvantaġġjati. U bis-saħħa tat-Training Aid Framework, l-ETC tgħin lil min iħaddem biex iħarreġ lill-ħaddiema tiegħu billi tissussidjalu parti mill-ispejjez tat-taħriġ. Bħalissa, l-ETC għaddejja b’kampanja ta’ pubbliċita’ biex tħajjar aktar nisa joħorġu jaħdmu billi tippromwovi tqassim aħjar tax-xogħol tad-dar bejn ir-raġel u l-mara, u billi tħajjar employers biex jadottaw prattiċi ta’ xogħol li jippermettu li persuni jlaħħqu kemm max-xogħol kif ukoll mal-ħajja.

Għawdex -Xagħra — klassi mingħajr għalliem

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W534 u għar-risposta relattiva, peress li dawn it-tfal se jingħataw għalliema li daqt se toħroġ bil-maternity leave u peress li dawn it-tfal għandu jkollhom għalliema fissa sal-aħħar tas-sena u mhux għalliema proviżorji li jinbidlu ta' spiss għaliex dan ikollu effett detrimentali fuq dawn it-tfal, tista' l-Ministru tara li tinstab soluzzjoni permanenti li twassal lil dawn i-tfal sal-aħħar tas-sena akkademika b'serħan il-moħħ u anke stabbilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tfal mhumiex se jkollhom l-għalliema li dalwaqt toħroġ bil-maternity leave; il-pjan hu li l-klassi jkollha l-għalliem li jibqa’ sal-aħħar tas-sena skolastika.
Leg 11 PQ #32565 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — studenti li ma ngħatawx iċ-ċertificat tal-ICT

Question

Tista' l-Ministru tispjega għaliex fil-gradwazzjoni li saret fis-7 ta' Frar li għadda l-istudenti Għawdxin kollha li segwew il-kors tal-ICT fi ħdan l-MCAST f'Għawdex ma ngħatawx iċ-ċertifikat/diploma lilhom dakinhar, imma kien se jintbagħat aktar tard? Għaliex ġara dan meta l-ġenituri kienu ġew mistienda għall-gradwazzjoni minn ħmistax qabel? Għaliex issa li kważi għadda xahar, iċ-ċertifikati/diploma għadhom ma ntbagħtux? Kif jista' jkun li ttieħed żball fl-ismijiet tal-istudenti kollha Għawdxin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ftit tal-ġimgħat ilu, l-MCAST tella’ għadd ta’ ċerimonji li fihom aktar minn 2,000 student irċevew ċertifikati wara li temmew b’suċċess korsijiet fil-livelli MQF 1 sa 4. Kif jiġri kull sena, l-istudenti li jkunu se jirċievu ċ-ċertifikati jiġu infurmati meta se ssir il-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tagħhom 15-il ġurnata qabel. Fost il-korsijiet li tagħhom ingħataw iċ-ċertifikati, hemm dawk akkreditati minn istituzzjonijiet internazzjonali, bħal pereżempju l-BTEC-Edexcel. F’dawn il-każi, l-MCAST jirċievi ċ-ċertifikati stampati lesti mingħand dawn l-istituzzjonijiet li jkunu eżaminaw lill-istudenti. Jiġri li meta l-MCAST jivverifika dawn iċ-ċertifikati wieħed wieħed, kultant jinstabu xi ftit li jkollhom xi nuqqasijiet, bħal pereżempju żbalji ortografiċi. F’dawn il-każi iżolati, iċ-ċertifikati jintbagħtu lura barra minn Malta biex jerġgħu jiġu stampati. Dawn mhux dejjem jaslu lura fil-ħin biex jiġu preżentati fiċ-ċerimonja. Madankollu, fiċ-ċerimonja, l-istudenti milquta xorta waħda jiġu mistiedna fuq il-palk biex jirċievu dak li jissejjaħ it-‘transcript’, dokument li wkoll jinħareġ mill-istituzzjonijiet internazzjonali konċernati, u li jinkludi informazzjoni dettaljata dwar is-suġġetti kollha li jkunu studjaw matul il-kors bir-riżultati li jkunu ġabu fihom. Fil-fatt, meta l-istudenti jkunu qed ifittxu impjieg, ħafna drabi se jsibu li min iħaddem jippreferi jara t-‘transcript’ għaliex dan jagħti stampa ferm aktar ċara tal-prestazzjoni tal-istudenti waqt il-kors li jkunu għamlu, waqt li ċertifikat jindika biss l-isem tal-kors u l-grad finali. Malli l-MCAST jirċievi lura ċ-ċertifikati korretti tal-istudenti involuti, dawn jingħataw lill-istudenti immedjatament. Fl-aħħarnett l-MCAST jiċħad li kienu biss studenti Għawdxin li ma ngħatawx iċ-ċertifikat u minflok ingħataw ‘transcript’.
Leg 11 PQ #32567 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex — MCAST - għalliema tal-ICT li telqu

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm telqu għalliema tal-ICT mill-MCAST t'Għawdex? Dawn l-għalliema li telqu ġew sostitwiti b'għalliema oħra? Għaliex qed ikun hemm dan it-turnover?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin, b’kollox irriżenjaw erba’ (4) għalliema tal-ICT mill-MCAST Għawdex. Tnejn (2) irriżenjaw matul is-sena akkademika 2007/2008. Il-vakanzi li rriżultaw b’dawn iż-żewġ riżenji ġew mimlija fil-bidu tas-snin 2008/2009 u 2009/2010 rispettivament. Iż-żewġ riżenji l-oħra ġraw matul l-2008/2009 u l-2010/2011 rispettivament. Dawn iż-żewġ għalliema qed jiġu sostitwiti b’ part-timers . Jidher li dan it- turnover qed ikun kagunat mill-fatt li l-pagi offruti mill-privat fis-settur tal-ICT huma ferm aħjar minn dawk tal-għalliema fl-MCAST.
Leg 11 PQ #32569 Sitting 454 2012-03-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex — MCAST - studenti li attendew xi kors

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm studenti qed jattendu xi wieħed mill-korsijiet tal-MCAST f'Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — nies li pparteċipaw fil-programmi u skemi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikanti u persuni li qed jipparteċipaw bħalissa għal kull programm u skema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u tagħti l-informazzjoni skont il-lokalità tal-applikant, kemm nisa u kemm irġiel u l-etajiet rispettivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li ngħataw learning support assistant

Question

Tista' l-Ministru tippubblika kemm kellhom żmien l-istudenti li ngħataw learning support assistant matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-maġġoranza tal-każi kienu ta’ tfal fil-Primarja, jiġifieri bejn it-tliet u għaxar snin.

informazzjoni dwar LSAs

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm learning support assistants jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ impjegati li jaħdmu bħala learning support assistants fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi f’Malta u Għawdex hu ta’ 1456.

informazzjoni dwar LSAs

Question

Tista' l-Minisrtru tgħid jekk il-learning support assistants kollha għandhomx l-istess taħriġ biex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Learning support assistants jaqaw taħt tliet kategoriji : 1. Supply Learning Support Assistant – 70 siegħa taħriġ + 140 siegħa practice placement 2. Learning Support Assistant I - 70 siegħa taħriġ + 140 siegħa practice placement + 140 siegħa taħriġ + 140 siegħa practice placement 3. Learning Support Assistant II – Diploma in Facilitating Education

żgħażagħ li fallew l-iskola għax kienu ma jifilħux

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li fallew l-iskola għaliex kienu ma jifilħux jew minħabba xi raġuni oħra u li kienu Form 4 u 5 matul is-sena 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li fallew sena skola

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li qatt ma marru l-iskola u allura fallew is-sena kollha matul is-sena 2011 fil-Forms 3, 4 u 5?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32123 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għaċ-children's allowance

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għaċ-children's allowance tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.