Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li b'nuqqas ta' ftehim bejnha u d-dipartiment, spiċċat biex qatgħulha r-relief?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
benefiċċju għal nies li għandhom 'il fuq minn 81 sena
Question
B'referenza għal dak li ġie mħabbar fil-Budget li kull koppja li għandha 81 sena tieħu €300, jista' l-Ministru jgħid, meta koppja fejn ir-raġel tidħolu il-penzjoni l-bank, il-benefiċju tal-mara jidħol ukoll il-bank jew tirċeivi ċekk?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-Dipartiment li fejn kellu informazzjoni tal-kont tal-bank fejn il-mara tixtieq li jidħlu l-pagamenti tagħha l-ħlas sar fil-kont tal-bank. Fejn id-Dipartiment ma kellux informazzjoni tal-kont tal-bank, il-pagament ħareġ permezz ta’ ċekk.
Fil-fatt dawk in-nisa’ miżżewġin li bbenefikaw għal din l-għotja u li qatt ma kienu jirċievu benefiċċju soċjali u għalhekk ma kien jeżisti l-ebda informazzjoni tal-kont tal-bank, f’dan il-każ dan il-pagament ħareġ permezz ta’ ċekk.
Birżebbuġa — uffiċċju fejn jirreġistraw persuni mingħajr impjieg
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jiġi organizzat uffiċċju ġewwa Birżebuġa fejn dawk mingħajr impjieg ikunu jistgħu jirreġistraw fost affarijiet oħra stante li r-residenti ta' Birżebbuġa jirreġistraw ż-Żejtun u stante l-popolazzjoni kbira ta' dawn iż-żewġ villaġġi, titnaqqas il-problema tal-queues?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f'dan il-każ lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-prattika ħażina li nfirxet f'numru mhux żgħir ta' awli - u jrid jingħad mhux dejjem tort tal-ġudikanti (bħal per eżempju meta l-prosekutur ma jasalx fil-ħin jew meta ma jkunx hemm deputat) - fejn is-seduta prattikament qatt ma tibda fid-9:00am imma fid-9:30am u ġieli anke fl-10:00am tiġi ttakiljata urġentement u mhux kollox jibqa għaddej qisu mhu qed jiġri xejn meta din il-prassi ħażina qed toħloq pressjonijiet kbar, inġustizzji u tensjonijiet żejda? Jemmen li b'taħditiet u rieda tajba l-fatturi li qed jikkawsaw tali dewmien ikunu jistgħu jiġu ttakiljati?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghal dak li jirrigwarda d-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali kif ukoll id-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Civili qatt ma kien hemm okkazjoni li s-seduta ma bdietx fil-hin peress li ma kienx hemm Deputat Registratur. L-amministrazzjoni dejjem taghmel hilitha kollu sabiex l-Awli jkollhom il-haddiema necessarji biex ikunu jistghu jiffunzjonaw kif imiss.
Kwantu jirrigwarda lill-gudikanti, difficli taghti risposta li tkopri s-sitwazzjonijiet kollha li jinqalghu minn jum ghal jum u minn Awla ghall-ohra fin-nuqqas ta’ aktar dettalji. Gieli jinqalghu cirkostanzi inaspettati, u dawn jistghu ikunu varji, li ma jaghmluhiex possibbli li s-seduta tibda fil-hin. B’danakollu jien naqbel mieghek li bi ftit aktar sforz u rieda tajba ir-ritardar fil-bidu ta’ seduti jista jigi ridott. In kwantu l-gudikanti stess jistghu inaqqsu dan id-dewmien jien ser niehu hsieb ngib ghall-attenzjoni tal-Prim Imhallef dak li semmejt int ghal kull azzjoni li jista’ jidhirlu xierqa.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti;
- il-Qorti ta’ Malta; nil
- il-Qorti t’Ghawdex; nil
- Kummissarju ghat-tfal; nil
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’; nil
- Kummissjoni ghal Vjolenza domestika; nil
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; nil
- Dipartiment ghar-relazzjonijiet Industrijali; nil
- Politika Socjali; nil
- Awtorita’ Nazzjonali ghall-Impjieg; nil
- Awtorita’ tad-Djar; nil
- Fondazzjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali; nil
- Dipartiment ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali; nil
- Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji; nil
- Ufficju tal-AG; nil
- MEUSAC; nil
- MCESD; €236
Jista' l-Ministru jgħid x'kien fl-2011 in-numru totali ta' telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 imqassma skont il-problema ppreżentat u kemm minn dan it-total kien in-numru ta' każijiet riferiti lill-Appoġġ u lil servizzi oħra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011, is-Supportline 179 kellhom total ta’ 17,354 telefonata. Minn dawn it-telefonati, 11,761 kienu telefonati genwini li jinqasmu fill-kategoriji msemmija hawn taht. B’kollox, 1,126 każ ġew riferuti lill-Appoġġ u lil servizzi oħra.
Aids / HIV
6
Alcohol
143
Anxiety
223
Behavioural Problems
284
Bereavement
37
Bullying
62
Child Abuse - Emotional
82
Child Abuse - Internet
9
Child Abuse - Neglect
182
Child Abuse - Physical
117
Child Abuse - Sexual
28
Depression
754
Disability Related Issues
26
Domestic Abuse - Emotional
180
Domestic Abuse - Neglect
25
Domestic Abuse - Physical
346
Domestic Abuse - Sexual
15
Drugs
187
Elderly
156
Financial
44
Fostering
55
Gambling
22
Gay Related Issues
8
Homeless
175
Housing Related Issues
20
Information - Internet
42
Information - Services
1230
Legal Issues
81
Listening
2066
Loneliness
780
Marital/Partners
525
Medical / Terminal Illnesses
40
Mental Health
806
Others
1784
Parent-Child
534
Persons in Seperation Process
116
Pregnancy Related Issues
16
Rape
5
Refugees
34
Relationship Problems & Family Problems
281
Residential Homes
5
School Related Issues
26
Sexuality Related Issues
15
Single Parents
19
Single Persons
2
Suicide
27
Unemployment
10
Usury
8
Volunteer Called
123
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat għall-għajnuna tal-mard? X'inhu d-dħul massimu li wieħed jista' ikollu biex jibbenefika?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna tkun intitolata għall-Għajnuna tal-Mard jekk tikkwalifika minn test tal-Kapital u test tal-Mezzi u trid tikkwalifika ukoll minn eżami mediku.
Il-Kapital ma jridx jeċċedi €14,000 f’każ ta’ persuna waħedha u €23,300 f’każ ta’ persuna miżżewwġa.
Id-Dħul fil-ġimgħa (inkluż minn pensjoni/pensjonijiet) irid ikun ta’ anqas min €134.91 għal persuna waħedha u ta’ €161.33 fil-ġimgħa għal persuna miżżewġa.
Meta wieħed ikun issodisfa t-testijiet tal-kapital u tal-mezzi jkun irid jidher quddiem bord mediku sabiex jiġi kkonfermat mit-tobba tal-bord li il-pazjent ikun qed isofri minn marda li taqa’ taħt Taqsima 1, tal-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318).
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm bidla biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separataemnt, tibda tirċievi pensjoni minflok għajnuna soċjali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-parti tal-bejt ta' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ma ġietx midjura, tiġi midjura sabiex il-bejt ikun komplut?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi x-xogħlijiet fuq dik il-parti tal-bejt ma jistgħux isiru ghalissa minħabba li wieħed mill-inkwilini qiegħed jokkupa illegalment l-istess bejt u qiegħed jostakola lill-Awtorità milli tagħmel dawk l-interventi li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jieħu l-pensjoni kif suppost għax hu qed iħoss li hija baxxa ħafna u qed ikun diskriminat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar injorat din l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar it-30 t’April, 2010. Hija ġenitur wieħed ta’ tifel ta’ sitt snin. L-applikanta toqgħod mal-genituri, oħtha, ħuwa u binha ġo post tal-Gvern bi tlett ikmamar tas-sodda. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u l-ammont t-totali għas-sena 2011 kien jammonta għall-€5770.35. Il-lokalitajiet preferuti tagħha huma Żabbar, Sta. Luċija, Xgħajra u Fgura u għandha 98 punt.
Peress li l-postijiet vakanti huma limitati nħeġġeġ lill-applikanta tikri mill-privat u tingħata sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hekk li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata post tal-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, sabiex jagħti l-informazzjoni tal-individwu b'mod korrett għax qed jirriżulta li hemm informazzjoni li mhux korretta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis tar-rata ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali (bolla) mħallsa mill-bdiewa u raħħala reġistrati full-time hijiex se terġa' titnaqqas matul is-sena 2012? Kemm tnaqqset matul is-sena 2011 u jekk hijiex fil-ħsieb li titnaqqas matul xi perjodu ieħor?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li r-rata ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali imħallsa minn bdiewa u raħħala self-employed full-time se terġa' titnaqqas għas-sena 2012. Fis-sena 2011 tnaqset bi 3%.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar biddletx jew għandhiex xi ħsieb tibdel il-policy tagħha biex tibda tagħti l-opportunità lill-inkwilini tal-fondi tal-gvern biex jekk ikunu jridu, jistgħu japplikaw biex jixtri r-residenzi tagħhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti, li l-Awtorità tad-Djar tixtieq tgħarraf li aktar tard din is-sena se toħroġ skema ta’ bejgħ ta’ positijiet li huma bil-kiri għand l-inkwilin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31854, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi kkuntatjat il-ġuvni kkonċernat peress li s'issa ħadd għadu ma kellmu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata permezz ta’ ittra li ntbagħtet fid-9 ta’ Frar 2012. Kopja ta’ din l-ittra se terġa' tintbagħat lill-persuna konċernata illum 15 ta’ Marzu 2012. Din l-ittra kienet tikkonċerna talba li saret f’mistoqsija parlamentari 31854.
Peress li s-sena 2010 kienet is-sena ddedikata għall-faqar mill-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu allokati fondi lil Malta? Kif intefqu? X'kien l-ammont allokat lil NGOs?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta parlamentari 30815. L-Għaqdiet Volontarji ma ġew allokati ebda fondi diretti però setgħu japplikaw taħt kull sejħa li nħarġet mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali b’konnessjoni ma’ din is-Sena Ewropea 2010.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-invidividwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li huwa invalidat minħabba attak qawwi nervuż, ma nħarġitlux l-invalidity pension?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu giet infurmata bil-miktub b'ittra datata 21 ta' Frar 2012 dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid u jispjega ċar għaliex l-individwu mhux qed jieħu l-pensjoni mistħoqqa lilu meta huwa għandu l-età ta' 62 sena u jgħid għaliex u fuq liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata giet infurmata b'ittra dwar il-każ tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31562, jista' l-Ministru jgħid kif jista' jkun li single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tgħix f'post ma' sitt persuni oħra f'tliet kmamar tas-sodda, l-Awtorità tad-Djar lanqas qatt ma pprovditilha post alternattiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 31562 peress li l-pożizzjoni għadha l-istess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data fl-aħħar ħames snin u f'kemm minn dawn l-ilmenti l-kummissarju sab ksur u x'kien l-eżitu? Jista' jgħid fil-konfront ta' min saru dawn l-ilmenti?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninsab infurmat li bejn l-2007 u l-2011, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, irċieva total ta’ 275 ilment.
Meta l-Kummissarju jidentifika nuqqassijiet, fid-deċiżjoni tiegħu, jwissi lill-kontrollur tas-
data
sabiex jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex ma terġax issir xi vjolazzjoni simili. F’każ illi l-kontrollur ma jesegwixxix l-istruzzjonijiet mogħtija lilu jew inkella jerġa’ jikkommetti ksur simili, l-Kummissarju għandu s-setgħa legali li jimponi miżuri ulterjuri, li jiddependu mill-gravita` tal-każ.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.