Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – MITU Ward

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-sala MITU se tiċċaqlaq mill-Isptar Mater Dei? X'inhu l-pjan għal dan iċ-ċaqliq u kif ser ikunu affettwati l-kondizzjonijiet ta’ xogħol tal-istaff, inkluż tal-infermiera u tal-istaff klerikali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li din is-sala se tiċċaqlaq mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Sir Anthony Mamo biex tkun tista’ tilqa b’mod aħjar mad-domanda għas-servizzi li jingħataw fiha peress li d-domanda żdiedet. Il-kundizzjoni tax-xogħol tal-istaff mhux ser jiġi impattat.

Sptar Mater Dei, ċentri tas-saħħa u bereġ — infermiera

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier huwa ingaġġat f'kull sala fl-Isptar Mater Dei (sala b'sala), ċentri tas-saħħa u bereġ, u jindika f'liema skali jaħdmu u jekk humiex ingaġġati fuq bażi full-time jew part-time?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kliniċi għal dentisti tal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm kliniċi għal dentisti tal-Gvern? Kemm hemm dentisti u x’inhu n-numru ta’ dentisti li suppost ikun hemm f’dawn il-kliniċi tal-Gvern? Kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija għal servizzi ta’ dentist u kemm minnhom huma minuri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

CommCare – servizz ta’ nurse

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema ħinijiet jingħata s-servizz ta’ nurse tal-CommCare (HealthMark)? Jista’ jgħid ukoll jekk mediċina preskritta minn konsulent biex tingħata wara s-6.00 p.m. ikunux jistgħu jagħtuha fil-ħin rakkomandat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

Sptar Mater Dei – Diabetic Foot Ward – pazjenti li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Ward fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Ward fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella hawn taħt mehmuża. 2023 admissions Jan 59 Feb 51 Mar 52

Sptar Mater Dei – Paediatric Diabetes/Endocrine – pazjenti li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Paediatric Diabetes/Endocrine fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Paediatric Diabetes/Endocrine fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt. 2023 Numru ta' attendenza OP MDH* Jan 139 Feb 127 Mar 142

Sptar Mater Dei – Tissue Viability Clinic – pazjenti li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tat-Tissue Viability Clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tat-Tissue Viability Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt. 2023 Attendances JAN 463 FEB 415 MAR 494

Sptar Mater Dei – Diabetic Pregnancy Clinic – pazjenti li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Pregnancy Clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Pregnancy Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt. 2023 Attendances JAN 45 FEB 24 MAR 23

Sptar Mater Dei – Diabetic Clinic – pazjenti li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt. 2023 Numru ta' attendenza OP MDH* Jan 985 Feb 748 Mar 826

Sptar Mater Dei – Diabetic Clinic (Juvenile) – pazjenti li użaw is-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Jannar 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic (Juvenile) fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt. 2023 Numru ta' attendenza OP MDH* Jan 21 Feb 9 Mar 13

Sptar Mater Dei – sodod fil-kuriduri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sodda hemm fil-kuriduri fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk dawn inxtrawx jew inkella nkrewx, u kemm kien il-prezz rispettiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li għal perjodi temporanji l-isptar jagħmel użu minn spillover wards biex jagħti kura lil kull min ikollu bżonnha, ma hemm ebda sodda okkupata fil-kuriduri ta’ Mater Dei.

Sptar Mater Dei – mobile toilets

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il mobile toilet hemm fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk dawn inxtrawx jew inkella nkrewx, u kemm kien il-prezz rispettiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5850.

Sptar Mater Dei – CT Scan Outpatients – lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux se jkun hemm pazjenti 'outpatients' li se jintbagħtu fuq lista ta’ stennija għal CT Scan minħabba installazjoni ta' CT Scanner ġdid fl-Emerġenza? Jista’ jgħid jekk minħabba nuqqas ta' radjografi hux se titwaqqaf CT scanner fid-Dipartiment tal-Medical Imaging? Jista’ jgħid x'passi se jittieħdu biex il-lista ta' stennija għal CT Scan Outpatients ma titwalx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CT scanner li għadha kemm ġiet installata fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei hija CT scanner addizzjonali li se tħaffef il-proċess ta’ dijanjosi ta’ dawk il-pazjenti li jkunu daħlu l-isptar b’emerġenza. Dan hu eżempju ieħor ta’ kif id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jinvesti f’ servizz ta’ Saħħa dejjem aħjar.

Kumpaniji — impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm ħaddiema impjegati direttament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bejn l-2015 u l-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-head count ta’ impjegati tal-kumpanija msemmijja minnu kien ta’ 260.

Steward Healthcare Ltd. – Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm impjegati rriżenjaw minn mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru m'għandux din l-informazzjoni.

Ħaddiema assorbiti mill-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ħaddiema mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġew assorbiti mill-Gvern qabel ma ġie annullat il-kuntratt mill-Qorti tal-Ġustizzja Maltija? Jista', jekk jogħġbu, jippreżenta lista tal-gradi u l-professjonijiet kollha li fihom dawn il-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 41 ħaddiem ġew assorbiti mill-Gvern qabel ma ġie annullat il-kuntratt. Il-professjonijiet tagħhom huma Social workers, Phlebotomists, Allied Assistants, Allied Health Professionals, Social Support worker u Pharmacy Technicians.

Ħlas mill-Gvern lill-Impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kien il-head count ta' impjegati tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li l-Gvern kien qed iħallas sena b'sena bejn l-2015 u l-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 7714.

Ħlas mill-Gvern lill-impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien qed jitħallas mill-Gvern għall-impjegati tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal kull sena bejn l-2015 u l-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħallas lil Steward miżata ta’ konċessjoni u Steward min-naħa tagħhom ħallsu lill-impjegati tagħhom.

Scabies — trattament

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7553, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal kemm-il ġurnata ma kienx available t-trattament tal-iscabies tul dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-trattament tal-Iscabies kien nieqes għal għaxart ijiem. Issa qiegħed in stock.

Scabies — Każijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7554, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-64 każ ta' scabies irrapportati fl-2023 kienu trattati b'mediċini min-naħa tal-Gvern u kemm sar contact tracing u kemm ġew trattati persuni bħala kuntatt?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s'issa l-każijiet sintomatiċi identifikati kollha ngħataw trattament. 51 ġew fornuti bil-kura tal-iscabies mill-Gvern u dawk li kien fadal sa meta ġew ikkunttattjati kienu diġà xtraw it-trattament tagħhom.