spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi ta' trobbija ta' annimali eżotiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi ta' trobbija ta' annimali eżotiċi matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartiment konċernat fi ħdan dan il-MInisteru ma jirregistrax irziezet ta’ animali eżotiċi. Ngħarrfu wkoll li ma hemm l-ebda informazjoni li jeżistu irziezet ta’ annimali ezotici.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandu xi pjan biex flimkien ma' Transport Malta jiġu msewwija d-diversi skallijiet li hawn madwar il-kosta Maltija? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk uffiċjali tal-Ministeru ddentifikawx u rrappurtawx każijiet ta' skallijiet li għandhom bżonn tiswija? Liema kienu dawn l-iskallijiet li kienu hekk rrappurtati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li min spezzjonijiet magħmula minn uffiċjali ta’ dan il-Ministeru wara rapporti mill-pubbliku rigward l-iskallijiet li għandhom bżonn xogħol ta’ manutenzjoni, dawn il-ħsarat ġew ikkunsidrati fit-tfassil tal-programm tax-xogħlijiet u jitwettaq skont il-prijorità..
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' prodotti agrikoli ġew esportati matul l-2011 u kemm prodotti agrikoli ġew importati matul dan l-istess perjodu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni fuq prodotti agrikoli lijkunu mpurtati f’Malta u esportati minn Malta tista’ tinkiseb mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Minstru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30819 u jgħid kif jispjega l-fatt li l-contaminate rate tal-WasteServ huwa ferm ogħla minn ta' faċilitajiet oħrajn privati li ħafna drabi jirriżultaw bħala aktar cost effective għall-klijenti tagħhom kif ukoll li għandhom prattiċi ta' waste segregation aktar effettivi wkoll? X’inhi l-contamination rate medja tal-WasteServ bħalissa peress li huwa mifhum li f’facilitajiet privati qajla tiżboq l-10%? Jekk dan huwa minnu dan ma jfissirx li l-ekwivalenti ta' din ir-rata għolja qed jispiċċa bħala refuse derived fuel li aktar tard jintbagħat lil-landfills mill-WasteServ innifisha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali biex tkun magħluqa l-Magħtab u biex jinbena l-proġett kollu tal-Magħtab? Jikkonferma jekk il-proġett tal-Magħtab huwiex lest jew inkella jonqsux spiża oħra? Jekk iva, kemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30427.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30662 u jgħid kemm saru proġetti kbar ta' tisbiħ ta' ġonna u bini mill-ġdid ta' ġonna mis-sena 2000 sal-lum u fejn saru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġ document bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument Water Catchment Management Plan? Jista' jgħid x'inhu l-pjan ta' implimentazzjoni t'azzjoni ta' dan il-pjan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi CD b’kopja tad-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra
Wied il-Għajn — kumpens lir-residenti talli joqogħdu qrib l-impjant tar-riċiklaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Wied il-Għajn li jgħixu qrib l-impjant tar-riċiklaġġ se jibdew igawdu minn roħs/ażżerament fil-kont tad-dawl tagħhom kif imwiegħed minnu u mill-Prim Ministru, in vista tal-possibbilità ta' forniment ta' dawl mis-sistema ta' Waste to Energy li suppost jipprovdi l-impjant ta' riċiklaġġ? Kemm se jkun ir-roħs u kemm djar se jgawdu? Liema huma d-djar li se jgawdu? Meta se tidħol fis-seħħ din il-wegħda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif ħabbarna fix-xhur li għaddew, il-Gvern diġa qal li r-residenti li joqgħdu qrib l-impjant ta’ Sant’ Antnin se jgawdu minn roħs fil-kontijiet tal-elettriku. Aktar dettalji jingħataw fi żmien qasir.
B'referenza għall-bini ta' family park f'Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jghid:
a) kemm tlesta minn dan il-proġett;
b) x'jonqos biex jintemm il-bini tal-proġett kollu u meta hu mistenni li jiġi inawgurat il-family park;
c) Kemm intnefqu flus s'issa u fiex; u
d) x'inhi l-istruttura fiżika li tixbaħ lill-pont li nbniet biswit l-impjant tar-riċiklaġġ, x'inhi l-funzjoni tagħha u kemm swiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-iskop għas-sejħa għall-offerta li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern għal "Feasibility study and a cost benefit analysis for the New Fishmarket at Albert Town, Marsa" meta dan il-proġett diġà hu approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke nħarġet is-sejħa għall-kostruzzjoni tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’ Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala fis-swar li qegħdin jiġu restawrati bħal dawk tal-Belt, il-cables u l-brackets tal-Enemalta li huma mwaħħlin magħhom mhumiex jinqalgħu? Japprezza l-Ministru li dawn il-brackets jistgħu jikkawżaw ħsara strutturali fil-ġebel tas-swar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’ Seduta oħra.
Laqgħa ta' Directorate General for Maritime Affairs and Fisheries — kwota għall-qbid tal-pixxispad
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min kienu l-persuni li attendew għal-laqgħa organizzata minn Directorate General for Martime Affairs and Fisheries Mare fi Brussel fil-25 ta' Ottubru 2011, bi preparazzjoni għal-laqgħa annwali tal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT) dwar il-pixxispad? Kemm min dawn il-persuni kienu min-naħa tas-settur tas-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom? Kemm kienu dawk min-naħa tal-Ministeru/Dipartiment tas-Sajd? Jista' jgħid jekk f'din il-laqgħa ntlaħaqx xi ftehim dwar l-introduzzjoni ta' kwota għall-qbid tal-pixxispad? Dan it-tali ftehim se jħalli effetti negattivi fuq is-sajjieda li jistadu għall-pixxispad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward il-laqgħat imsemmija saru żewġ laqgħat separati; waħda għar-rappreżentanti Governattivi li saret nhar l-24 ta’ Ottubru, u laqgħa informattiva li saret għar-rappreżentanti tas-settur. Għall-ewwel laqgħa, Malta kienet rappreżentata mill-Attachè fl-Ammbaxxata ta’ Malta u Uffiċjal mid-Dipartiment tas-Sajd. Il-Gvern m’għandux informazzjoni dwar ir-rappreżentanza maltija għall-laqgħa li saret għas-settur.
Peress li inizjalment ma kienx intlaħaq qbil, fl-laqgħa sussegwenti b’vot maġġoritarju ntlaħaq kompromess fil-working group fejn il-Kummissjoni aċċettat li twaqqa’ l-proposta għall-introduzzjoni ta’ kwota ta’ qbid filwaqt li jiżdied it-tielet xahar bħala staġun magħluq. Malta insistiet kontra d-dħul tat-tielet xahar jekk ma jkunx hemm marbut magħha kumpens xieraq għas-sajjieda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom spejjeż minn jarma fil-farmers market?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li biex bidwi jkun jista’ jarma fil-Farmers’ Market, wieħed irid iħallas €70 bħala reġistrazzjoni ma’ dan il-Ministeru li titħallas kull sena. Kull min jarma jrid jimxi mar-regolamenti li ġew stabbiliti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum tal-ilma prodott u kkonsmat f’Malta u f’Għawdex rispettivament mis-sena 2000 sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Malta u Għawdex separatament mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dan il-konsum kif kien imqassam fuq l-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ u dak domestiku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm widien f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm widien li għandhom ilqugħ għall-ilma fihom? Jista’ jgħid kemm hu l-volum tal-ilma li kapaċi jilqa’ u jaħżen kull wied li għandu l-ilqugħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex.
pjan biex titkabbar il-kapaċità ta’ ħażna tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi studji jew hemmx xi pjan biex titkabbar il-kapaċità ta’ ħażna tal-ilma fil-widien f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3967, 4209, 17163 u 23316, infakkru li dan huwa proġett li għadu għaddej u li kif indikat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3967, f’konsultazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar qed jkunu investigati pjanijiet f’dan ir-rigward.
Dwar dak li jikkonċerna Għawdex, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30858.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' ħsarat ġew rapportati mill-bdiewa wara l-aħħar maltempata? Minn fejn saru dawn ir-rapporti skont il-lokalità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t tipi ta' ħsarat li ġew rapportati kienu: telf u garr ta’ ħamrija mill-għelieqi, ħsara u telf tal prodott li kien qed jitkabbar (kemm dak li kienu għadhom kif ġew miżrugħa kif ukoll dak li kien kiber sew), xi ħsarat fuq strutturi agrikoli bħal ma huma ġibjuni, u ħsarat fuq il-ħitan tas-sejjieħ, specjalment dawk li kienu ta' lqugħ.
L-aktar inħawi li ġew milqugħa kienu l-inħawi li fin naħa tal-majjistral u tramuntana ta’ Malta li jinkludu l-Baħrija (limiti tar-Rabat), Ħad Dingli, u l-Mellieha. .