Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — Inizjattivi għall-kontroll tal-ħamiem
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ħax inizjattivi partikolari biex jiġi kkontrollat il-ħamiem li qed jikkawża bosta ħsarat fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn l-inizjattivi, meta ttieħdu u jekk għadhomx jitħaddmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ħa sehem fi proġett sabiex jiġi kkontrollat il-ħamiem fil-lokalitajiet bejn Ġunju 2021 u Awwissu 2023 li iżda sfortunatament ma kienx ħalla r-riżultati mixtieqa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Gudja u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li hemm disa’ spazji miftuħa fil-lokalità. Informat li l-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni waħda (Ġnien John Mary Calleja) ma’ Project Green u qed jistenna l-eżitu ta’ din l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li hemm erbatax-il spazju miftuħ fil-lokalità u hemm il-pjan li jsiru (ġnien/bandli) fi Ġnien il-Mistrieħ u Misraħ San Nikola. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ma ssottomettiex applikazzjonijiet ma’ Project Green fil-parametri ta’ dak li ġejt mistoqsi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li hemm disa’ spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazzez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ma ssottomettiex applikazzjonijiet ma’ Project Green iżda għaddejjin diskussjonijiet ma' entitajiet oħra għal iktar spazji pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi nhar il-15 ta' Mejju 2024 fil-kawża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li permezz tagħha nstab li dan l-istess individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament wettaq diskriminazzjoni politika fil-konfront tal-persuna li d-dettalji dwarha ukoll qegħdin jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Nagħmel referenza għall-Interpellanza tal-Onor. Membru. Infurmat illi l-ebda impjegat fil-Ministeru tal-Kultura ma kien mixli b’diskriminazzjoni politika li ġiet imwettqa fil-vesti tiegħu waqt li l-istess kien impjegat fl-istess Ministeru tal-Kultura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħ’Attard u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħal Balzan u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Birgu u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20304, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istess persuna li issa għandha l-kariga ta’ chairman ta’ Spazju Kreattiv li ngħata wkoll it-tmexxija eżekuttiva tal-istess entità, għandux żewġ pagi differenti jew pakketti finanzjarji separati?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif diga' ġie spjegat is-Sur Rupert Cefai, li serva b'suċċess fil-kariga ta' Chairperson ta' Spazju Kreattiv, assuma wkoll il-kariga tat-tmexxija Eżekuttiva ta' Spazju Kreattiv biex issa huwa c-Chairperson Eżekuttiv tal-istess entità u għalhekk jaqdi ż-żewġ rwoli.
Mhijiex l-ewwel darba li persuna taqdi ż-żewġ rwoli f'entitajiet pubbliċi.
Huwa qed jitħallas l-istess salarju li kien jieħu l-predeċessur tiegħu li kellu t-tmexxija eżekuttiva ta' l-entita' u kif ukoll l-onorarja ta' Chairperson.
L-Onorarja ta' Chairperson kienet u baqgħet ta' €12,420 per annum.
Infrastructure Malta – ħlas għal bollards fi Triq il-Kbira fil-Mosta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18973 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm kienet l-ispiża li ħallset Infrastructure Malta għall-bollards tal-irħam li tqiegħdu fil-Mosta f’partijiet differenti ta’ Triq il-Kbira?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li l-ispiża li tħallset għal tlett hardstone bollards li tqiegħdu f’partijiet differenti ta’ Triq il-Kbira kienet ta’ €2,481.96 (VAT eskluża).
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Press conferences
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm saru press conferences mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess li nħareġ għall-avveniment li sar fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, imtella’ mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-permess maħruġ mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Fgura u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li hemm ħames spazji miftuħa fil-lokalità. Wara li sottometta applikazzjonijiet għall-Community Greening ma’ Project Green il-Kunsill Lokali għaddej b’diskussjonijiet biex jiġu mtejba spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-ewwel kunċert li ġie organizzat (il-kunċert ta’ Ed Sheeran) wara li saret il-concert area f’Ta’ Qali, sar f’żona oħra ta’ Ta’ Qali u mhux f’dan is-sit?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tax-Xewkija, Għawdex, se jnaddaf u jagħmel manutenzjoni fil-ġibjun li hemm fi Triq il-Kbira, fix-Xewkija u dan wara li għamel embellishment tal-wiċċ ta' dan il-ġibjun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li dan ix-xogħol ta’ tindif u manutenzjoni fejn meħtieġ ser isir matul ix-xhur tas-sajf.
Ħ’Attard — Triq ir-Ruzell/Triq il-Mosta - Fdalijiet storiċi
Question
Fid-dawl tal-fdalijiet li nstabu fi Triq ir-Ruzell/Triq il-Mosta, Ħ’Attard - PA 01361 24 DNO 523 24, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-features li nstabu s'issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-sit imsemmi hu suġġett għal PA 1361/24, fejn waqt il-proċessar ta’ din l-applikazzjoni, Informat li s-Sovrintendenza talbet li ssir evalwazzjoni arkeoloġika. Din l-evalwazzjoni hija koperta b’DN 523/24. Informat ukoll li fis-sit hemm reservoir, kif ukoll xelter – li dan tal-aħħar kien diġà magħruf li jinstab fis-sit, kif filatt ġie kkomunikat fir-risposta tas-Sovrintendenza waqt l-ipproċessar ta’ PA 1361/24.
Informat li s-Sovrintendenza tikkonferma li preżentement qed titneħħa il-ħamrija (bħala parti mill-evalwazzjoni arkeoloġika – li qed tiġi sorveljata minn rappre¿entanti tas-Sovrintendenza), u wara li dan il-proċess jitlesta, se tkun qed tintalab id-dokumentazzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20175 u jgħid fuq liema kriterji jew b’liema mod intgħażel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk inħarġitx notifika għal din il-kariga u jekk sarx proċess ta’ due diligence? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju ta’ din il-persuna bħala CEO u jekk hux se jkollu pakkett finanzjarju inkluż benefiċċji oħrajn u jaqsam il-figuri/ċifri separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna kkonċenerata, li kienet diġà tokkupa pożizzjoni ta’ Direttur f’entità oħra tal-Gvern, inħatret Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel abbażi tal-esperjenza vasta u l-kapaċitajiet tagħha li ntwerew b’mod eċċellenti fil-perjodu li fih kienet diġà tokkupa l-kariga ta’ Aġent Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel.
Il-Pakkett Finanzjarju bħala Kap Eżekuttiv li jkopri perjodu ta’ 3 snin u jibda mis-17 ta' Ġunju 2024 hu l-istess bħal dak tal-Kap Ezekuttiv preċedenti bid-differenza li l-Kap Eżekuttiv il-ġdid se jaqla’ €4,700 Gross per annum inqas milli kien jaqla’ l-Kap Eżekuttiv preċedenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20103 u jgħid fuq liema kriterji jew b’liema mod iċ-Chairman ta’ Spazju Kreattiv ingħata wkoll il-kariga ta’ Executive Chairperson tal-istess entità? Jista’ jgħid jekk ħarġitx notifika għal din il-kariga u jekk sarx proċess ta’ due diligence? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju taċ-Chairman u jekk issa hux se jkollu salarju ieħor jew inkella pakkett finanzjarju separat għall-kariga l-ġdida u jipprovdi l-figuri relattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairperson ta’ Spazju Kreattiv ngħata wkoll il-kariga tat-tmexxija eżekuttiva tal-istess entità abbażi tal-esperjenza vasta u l-kapaċitajiet tiegħu f’dan il-qasam li weriehom b’mod ampju matul is-snin li ilu jservi bħala Chairperson ta’ Spazju Kreattiv.
Il-pakkett finanzjarju għal pożizzjoni ta’ Chairman li jkopri l-perjodu mit-13 ta' Ġunju 2022 sat-12 ta Ġunju 2025 huwa identitiku għal dak li kellu.
Il-pakkett finanzjarju referibbli għat-tmexxija eżekuttiva tal-entità, li jkopri perjodu ta’ tliet snin u jibda mis-17 ta' Ġunju 2024, hu identiku għal dak li kellu l-persuna li kellha t-tmexxija eżekuttiva tal-entità.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-proġett biex jinbena l-Arkivju Nazzjonali l-ġdid għadu ma sarx? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-pjanijiet dwar dan il-proġett u jekk għadx hemm il-ħsieb li jsir fuq l-istess art li kienet ingħatat għal hekk jew hemmx il-pjan li tingħata art oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li d-deċiżjoni marbuta mas-sit ta’ Ta’ Qali kienet ittieħdet lura f’Novembru 2021, liema deċiżjoni kienet ittieħdet fuq konsiderazzjonijiet ambjentali u operazzjonali tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Dan ma jneħħi xejn mill-bżonn li jinbena Arkivju Nazzjonali ġdid. Il-Gvern bħalissa qed jevalwa diversi siti li potenzjalment jistgħu jkun idoneji , kull wieħed bl-opportunitajiet u l-isfidi uniċi tiegħu.
L-għan huwa li jiġi identifikat sit li mhux biss jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għall-akkomodazzjoni wirt u d-dokumentazzjoni, imprezzabbli ta’ pajjiżna, iżda wkoll li jitejjeb l-aċċess tal-pubbliku u jixpruna l-interess lejn dan il-proġett u x-xogħol tal-Arkivju Nazzjonali. Id-diskussjonijiet interni jinsabu għaddejjin b’ritmu tajjeb.
Huwa kruċjali li nersqu lejn dan b’impenn li jittieħdu deċiżjonijiet li jservu għall-ġenerazzjonijiet futuri b’mod effettiv.