Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa issa, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Rapporti ta' Fastidju Sesswali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19409 u jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-perijodu indikat minnhu, ma ġie rraportat l-ebda fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fid-Dipartimenti u l-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi jew fil-Ministeru nnifsu.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17953 u 20129 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15746, 18010 u 22133 u jgħid kemm hemm pensjonanti li ma jirċevux il-pensjoni sħiħa minħabba li kellhom nuqqas ta’ ħlas ta' kontribuzzjonijiet soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Severe Schizophrenia — pensjoni tad-diżabilità severa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22029, f'każ li persuna tiġi mgħarrfa li ma tikkwalifikax għall-assistenza għad-diżabilità severa, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna tkunx mgħarrfa dwar x'inhi r-raġuni għala ma tikkwalifikax għal tali assistenza? Jista' jgħid jekk din il-persuna tkunx tista' tappella tali deċiżjoni? Jista' jgħid jekk din il-persuna tkunx eliġibbli għall-assistenza tad-diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-bord interprofessjonali jiddeċiedi jekk il-persuna tikkwalifikax wara li jsir l-assessjar tal-persuna permezz tal-ICF. Mill-persentaġġ tal-istess ICF questionnaire, il-persuna tiġi mgħarrfa jekk tikkwalifikax għall-Assistenza għal Diżabilità Severa jew Assitenza għal Diżabilità jew jekk għandhiex tinħareġ ċaħda. Mill-emendi fil-provożjonijiet tal-Artikolu 106 (g) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) li daħlu permezz tal-miżuri tal-Budget 2024, f’każ ta’ ċaħda l-persuna jkollha d-dritt li tappella.
Anzjani li jbatu bid-diabete/thyroid/pressjoni — Għajnuna jew allowance supplimentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi forma ta' għajnuna jew allowance supplimentari għal dawk l-anzjani jew li jbatu bid-diabete, jew bit-thyroid, jew bil-pressjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk teżistix xi forma ta' għajnuna simili u jekk hijiex means-tested u x'inhuma l-kriterji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Artikolu 20 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jipprovdi l-kriterji ta’ eliġibilita’ tal-Għajnuna għal Mard. L-istess Artikolu jirreferi għal Taqsima I tal-iskeda Ħamsa tal-istess Att fejn hemm elenkati l-kundizzjonijiet ta’ kwalifika.
Tajjeb jingħad illi, għal din l-Għajnuna, il-mezzi kollha fil-ġimgħa tal-membri tal-familja kollha kalkulat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II tat-Tieni Skeda li tinsab mal-istess Att, ma jkunx iżjed mir-rata tal-iskala għal dik il-familja kif stabbilit bis-Seba’ Skeda. L-istess Att jipprovdi wkoll ħlas tal-Għajnuna Supplimentari skont il-proviżjonijiet tal-Artikolu 73. Tajjeb jingħad illi l-Budget għas-sena 2025 kompla wessa’ t-thresholds ta’ kwalifika u kif ukoll illi r-rati tal-din l-għajnuna komplew jiżdiedu, sew għal persuni singoli kif ukoll għall-koppji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt;
4 ta’ Lulju Euopean Social Charter li nżammet f'Vilnius, Lithuania.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20300 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-mistoqsijiet parlamentari 20497 u 20782 u jgħid kemm kien hemm nies klassifikati homeless, skont id-definizzjoni tal-FEANTSA (European Federation of National Organisations Working with the Homeless), fis-sena 2022 u fis-sena 2023 rispettivament u jipprovdi din id-data skont l-età, il-ġeneru, l-istatus u n-nazzjonalità ta' kull persuna?
Jista' jipprovdi wkoll din id-data skont it-tip ta' "shelters" u ċjoè:
i. Roofless/emergency;
ii. Homeless (inkluż shelters għan-nisa);
iii. Nies li huma f'istituzzjonijiet (tas-saħħa, penali, eċċ.);
iv. Postijiet irregolari (unconventional dwellings);
v. Nies li jgħixu temporanjament mal-familja u/jew mal-ħbieb?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija miġbura fir-rapport annwali ta’ l-FSWS ‘persuni homeless'.
Fir-rapport annwali tagħha, bl-istatistika miġbura dwar persuni homeless, l-FSWS tibda billi tikkjarifika dwar liema kategoriji ta’ nies qed tiġbor dan it-tagħrif u d-definizzjonijiet li qed jintużaw. Ir-Rapport jgħid hekk:
“The FSWS Homeless Service collects information regarding service users across all FSWS services who reported one of the following forms of homelessness:
· Rooflessness (people living rough - in the streets, abandoned buildings etc);
· Houselessness (people in accommodation for the homeless, in accommodation for migrants, people due to be released from institutions and people receiving long-term support due to homelessness);
· Couch surfing: (people living temporarily with friends, sharing accommodation with others which is not secure); and
· At risk of homelessness/Inadequate housing (people living in insecure tenancies, under threat of eviction or violence, living in unfit housing, non-conventional dwellings or in situations of extreme overcrowding.”
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dawn id-definizzjonijiet huma dawk użati mill-FEANTSA, li tfisser European Federation of National Organisations Working with the Homeless.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21905 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u jgħid kemm hawn persuni f’Malta li m’għandhomx saqaf fuq rashom (homeless)?
Jista' l-Ministru jgħid x'assistenza ser ikunu qegħdin igawdu minnha dawk li minkejja li ma jkollhomx diżabbiltà msemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, għandhom diżabilitajiet moħbija u problemi serji ta’ funzjonalità bħal kundizzjonijiet tal-Fibromyalgia, l-ME u Awtiżmu? Jista’ jgħid ukoll għal kemm jammonta dan il-benefiċċju u jekk kull min jinstab li għandu waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, jistax jibbenefika minn dan il-benefiċċju, inkluż dawk li ma jaħdmux?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ miżura tal-Budget għas-sena 2024, ġie emendat l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), prinċiparjament l-Artikolu 106 (g) li permezz tiegħu ġie kompost bord interprofessjonali sabiex jevalwa l-applikazzjonijiet għall-Assistenza għal Diżabilità u l-Assitenza għal Diżabilità Severa.
Il-bord interprofessjonali jevalwa tali applikazzjonijiet bbażata fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF). L-ammont ta’ beenfiċċju tal-Assitenza għal Diżabilita għas-sena 2024 huwa ta’ Euro 99.13 fil-ġimgħa u l-ammont imħallas f’Assistenza għal Diżabilità Severa għas-sena 2024 huwa ta’ Euro 124.66 fil-ġimgħa. Fir-rigward tal-mistoqsija jekk dan il-benefiċċju jitħallasx lil dawk li ma jaħdmux, tajjeb wieħed jinnota illi l-intitolament ġie estiż anke għal dawk li jaħdmu, b’effett mis-sena 2015.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21139, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal- In-Work Benefit f’Ħal Tarxien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Benefiċċju tal-Inwork (Jannar- Settembru 2024)
Mistoqsija
Lokalità
Benefiċċjarji
Nefqa
PQ 22071
TARXIEN
577
€258,419.13
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21141, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit f’Santa Luċija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Benefiċċju tal-Inwork (Jannar- Settembru 2024)
Mistoqsija
Lokalità
Benefiċċjarji
Nefqa
PQ 22073
SANTA LUCIJA
107
€58,089.65
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21143, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit fil-Gudja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Benefiċċju tal-Inwork (Jannar- Settembru 2024)
Mistoqsija
Lokalità
Benefiċċjarji
Nefqa
PQ 22074
GUDJA
147
€62,724.84
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 22359
Pensjoni — Reviżjonijiet biex jissolvew anomaliji dwar dawk li twieldu qabel l-1962
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal reviżjonijiet xi jsiru biex jissolvew anomaliji fil-pensjoni taż-żewġ terzi fir-rigward ta’ pensjonanti li twieldu qabel l-1962 sabiex dawn jieħdu ż-żidiet u l-arretrati dovuti lilhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-eżerċizzju riesaq lejn tmiemu u jkun konkluż fil- ġimgħat li ġejjin.
Severe Schizophrenia — Pensjoni tad-diżabilità severa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li jbatu mill-kundizzjoni ta’ Severe Schizophrenia humiex eleġibbli li japplikaw għall-pensjoni tad-diżabilità severa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) jipprovdi permezz ta’ Artikoli differeni l-intitolament għal diversi assitenzi / benefiċċji f’każ illi l-bord mediku, maħtur taħt l-istess Att jagħti l-kunsens tiegħu. Fost dawn il-benefiċċji hemm il-Pensjoni tal-Invalidità, l-Assitenza Medika mhux Kontributorja u l-Għajnuna Medika bla Ħlas. Permezz ta’ miżura fil-Budget tas-sena 2024, u permezz ta’ emendi fl-Artikolu 106 tal-istess Att, persuna b’tali kundizzjoni tista’ taplika għall-Assistenza għal Diżabilità Severa u jkun il-bord inter-professjonali li jiddeċiedi permezztat-tħaddim tal-ICF questionnaire.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21135, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit fil-Fgura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Benefiċċju tal-Inwork (Jannar- Settembru 2024)
Mistoqsija
Lokalità
Benefiċċjarji
Nefqa
PQ 22068
FGURA
870
€386,806.17
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21136, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit f’Raħal Ġdid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Benefiċċju tal-Inwork (Jannar - Settembru 2024)
Mistoqsija
Lokalità
Benefiċċjarji
Nefqa
PQ 22069
RAĦAL ĠDID
464
€196,281.76