Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12257 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità — aċċessibilità għall-applikanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità responsabbli biex tiċċertifika l-aċċessibilità minn dawk li applikaw biex joffru servizz fl-ICT, mhux lil kull applikant saritlu inspection? Tista' tgħid min kienu l-applikanti u meta għal kull każ saret l-inspection mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12277 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tal-Onkoloġija ġdid — spiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11460 u jgħid xi spiża saret matul l-aħħar 12-il xahar relatata mal-bini taċ-ċentru speċjalizzat tal-onkoloġija ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul l-aħħar 12-il xahar, l-ispiża relatata mal-bini taċ-ċentru speċjalizzat tal-onkoloġija kienet €65,914.70 (inkluż il-VAT).
Leg 11 PQ #12279 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — Anzjana li mietet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11829 u jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12280 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi ta' l-adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7981 u jgħid x'passi se jieħu l-Gvern wara d-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali riċentement dwar kif il-Liġi ta' l-Adozzjoni fil-preżent tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7770 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pazjenti bid-dementia rikoverati f'xi servizz tas-saħħa

Question

Peress li hemm 700 persuna bid-dementia biex jiġu rikoverati f'servizz tas-saħħa, jista' l-Ministru jgħid kif se jibdew jintagħżlu dawk li se jimlew l-110 post allokat għall-persuni b'din il-kundizzjoni? Jista' jara li jkun hemm kriterji pubbliċi ta' għażla biex ma jkunx hemm akkużi ta' persuni li jiġu preferuti għax ikollhom konnessjonijiet tajbin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fil-blokk il-ġdid fir-Residenza San Vincenz de Paule, se jkun hemm 48 sodda (24 għall-irġiel u 24 għan-nisa) allokati għal persuni li jsofru mid-dimenzja. Il-kriterji ta' l-għażla qed jiġu diskussi minn working group li ġie appuntat apposta biex jagħti suġġerimenti fuq dawn iż-żewġ swali għad-dimenzja.

Barranin li ingħataw permess jaħdmu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin jgħixu f'Malta u li ingħataw il-permess biex jaħdmu f'Malta bejn Jannar u Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li bejn Jannar u Awwissu 2009, 7,130 barrani ingħata l-permess biex jaħdem f'Malta.

Barranin li ngħatalhom il-permess jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid dawk il-barranin li ngħataw permess jaħdmu f'Malta bejn Jannar u Awwissu 2009, għal liema kategorija ta' xogħol ingħatalhom il-permess?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11278 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi single parent u tgħix f'post ma' wliedha bla dawl u strutturalment perikoluż, minkejja li għandha applikazzjoni għal post alternattiv lanqas qatt ma mar perit tal-Gvern għal spezzjoni? Jista' jgħid meta mistennija ssir din l-ispezzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-applikanta m’għandiex applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorità tad-Djar.
Leg 11 PQ #11392 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħal Għaxaq — post għal single parent

Question

Jista' l-Ministru jara li s-single parent, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha żewġt itfal u tgħix mal-familja tagħha f'post żgħir tiġi provduta post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #11393 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fgura — post alternativ għall-single parent

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-single parent, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li ġiet imkeċċija mid-dar t'ommha ftit ta' żmien ilu u spiċċat homeless l-awtorità ma provditilhiex post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar mijiex infurmata li l-applikanta in kwestjoni hija homeless. Fil-fatt l-applikazzjoni tagħha hija mill-indirizz tal-ġenituri tagħha. Għall-Awtorità tad-Djar din il-persuna hija sharing u mhux homeless.
Leg 11 PQ #11828 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa — ħin tat-tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħin suppost jibdew jaħdmu t-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li t-tobba fiċ-ċentri tas-saħħa jaħdmu b’sistema ta’ roster u għalhekk il-ħinijiet ivarjaw minn shift għall-ieħor. Ir-roster huma hekk:- Matul il-ġimgħa: Duty A: mit-8 a.m. sal-5 p.m. Duty B/e: mit-8 a.m. sas-1 p.m. u mill-5 p.m. sat-8 p.m. Duty C: mit-8 a.m. sas-1 p.m. u mit-8 p.m. sat-8 a.m. tal-ġurnata ta’ wara Off Duty Off Duty Sibtijiet u Ħdud: Fis-Sibtijiet u Ħdud ix- shift ta’ Duty A ikun mit-8 a.m. sat-8 p.m. filwaqt li Duty C jibda mit-8 p.m. sat-8 a.m. tal-għada.
Leg 11 PQ #11982 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li jirċievu benefiċċji kontributorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10846 u jgħid, xahar b’xahar minn Settembru 2007 sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kemm kien hemm persuni residenti f’Malta u Għawdex separatament li kienu qed jirċievu benefiċċji kontributorji bħala: · Pensjoni ta’ invalidità · Pensjoni ta’ l-irtirar · Benefiċċji short-term? Jista’ jagħti l-ispiża relattiva għal kull benefiċċju għal Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11985 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Akkomodazzjoni Soċjali — units residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew u kemm ġew allokati units residenzjali ġodda f’Għawdex u f’Malta separatament, għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2004 sal-lum ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni lokalità lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12000 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

evizjoni perjodika tal-pensjonijiet

Question

Billi fl-imgħoddi kien ikun hemm reviżjoni perjodika tal-pensjonijiet apparti minn aġġustamenti għall-għoli tal-ħajja, jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li sar dan u jekk hemmx xi ħsieb li jerġa' jsir?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Att dwar is-Sigurtà Socjali (Kap. 318), kull pensjoni tigi riveduta kull sena b’effett mill-ewwel Sibt ta’ Jannar.
Leg 11 PQ #12006 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rehabilitation Hospital

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dak li kien imsejjaħ bħala r-rehabilitation hospital li ilu jiġi mfassal saħanistra, mill-informazzjoni li għandi, sa mill-2001?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12007 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rehabilitation Hospital — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pjanta saret u kemm-il business plan sar fir-rigward tar-rehabilitation hospital ossia mis-sena 2001 'l hawn? Kemm kienu se jintnefqu flus kieku dan sar fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitllub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12008 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rehabilitation Hospital — ħlas lill-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-konsulenti li ġew minn barra fir-rigward tar-rehabilitation hospital li kien ippjanat li jsir f'St Vincent de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12009 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

New Rehabilitation Hospital — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu fi pjanti, business plans u konsulenzi matul din is-sena sabiex suppost Sptar Zammit Clapp jilqa' fi ħdanu n-New Rehabilitation Hospital? Jista' jikkonferma jekk dan il-progett ġiex shelved?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12035 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin reġistrati bħala nies li għandhom impieg, mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sat-30 ta' Settembru 2009, maqsuma jekk għandu full-time u part-time, Unjoni Ewropea u le, nisa u rġiel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12043 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11679 u jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuti sal-aħħar tas-sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.