Birkirkara, Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan – rapporti ta’ każijiet ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta’ serq ġewwa Birkirkara, Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan fix-xahar ta’ Jannar 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta' Jannar 2018, l-ammont ta' serq li ġie rrapurtat ġewwa Birkirkara, l-Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
Ħal Balzan
Birkirkara
L-Iklin
Ħal Lija
3
24
5
xejn
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żwiemel fis-sezzjoni tal-Kavallerija bħalissa u l-età ta’ kull wieħed minn dawn iż-żwiemel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent fis-Sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija bħalissa hemm tlettax (13)-il żiemel. L-età tagħhom hija kif jidher hawn taħt:
3 – 20 sena
4 – 19-il sena
4 – 16-il sena
1 – 14-il sena
1 – 13-il sena
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 121 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid, mill-promozzjonijiet kollha li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-2017, kemm ġew ordnati li jitħallsu kumpens ta’ arretrati ta’ pagi/danni eċċ. f’kull waħda minn dawn il-promozzjonijiet li ngħataw (speċjalment dawk backdated), u jista’ jagħti wkoll id-dati ta’ meta dawn il-promozzjonijiet u l-kumpens ordnat ġew mogħtija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta dwar l-ammont tal-kumpens imsemmi ngħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1600. Il-promozzjonijiet regolari kif ukoll dawk b’konnessjoni mal-Kummissjoini dwar l-Inġustizzji sad-data tal-mistoqsija 730, ġew mogħtija u ngħata l-kumpens relatat fid-dati kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korp tal-Pulizija – membri ta’ eta bejn is-26 u l-44 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età bejn is-26 u l-44 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm elf, mitejn u tlieta u sittin (1,263) membru li għandhom l-età tagħhom bejn is-26 sena u l-44 sena. Minn dawn hemm sitt (6) Kuntistabbli ta' Riserva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew salvati refuġjati mill-Baħar Mediterran mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2017, il-Forzi Armati ta’ Malta salvat 689 immigrant irregolari fil-Mediterran taħt l-Operazzjoni Triton tal-Frontex u assistenza lill-Maritime Rescue Co-ordination Centre ta’ Ruma. Minn dawn, 23 ġew żbarkati f'Malta minħabba emerġenzi mediċi.
Għawdex –Pulizija każijiet ta’ bejgħ ta’ alkoħol lill-persuni taħt l-età
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet f'Għawdex fejn il-Pulizija ħadet passi għaliex inbiegħ jew ingħata alkoħol lill-persuni taħt l-età, mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum, sena, b'sena,?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mis-sena 2015 sal-lum, ma kien hemm ebda każ fejn il-Pulizija f'Għawdex ħadet passi għaliex inbiegħ jew ingħata alkoħol lill-persuni taħt l-età.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes matul is-sena 2017? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet kienu dawn il-knejjes u x’kienu l-oġġetti li ġew misruqa, il-valur tal-istess oġġetti u l-valur tal-flus li ġew misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is- sena 2017, il-pulizija irreġistrat tnax (12)-il każ ta’ serq minn knejjes jew kappelli. Il-lista t'hawn taħt tinkludi nformazzjoni dwar il-lokalita’ fejn sar ir-reat, deskrizzjoni tal-oġġetti misruqa, il-valur skont u meta kien provdut, kif ukoll referenza għat żewġ każi li ġew solvuti u każ ieħor fejn l-oġġetti misruqa ġew ritornati taħt is-sigriet tal-qrar:
LOKALITÀ
OĠĠETTI MISRUQA U L- VALUR
VALLETTA
MADWAR 100 EWRO MINN KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET
VALLETTA
MADWAR 20 EWRO MINN KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET
BIRKIRKARA
MADWAR 400 EWRO MIS- SAGRISTIJA
GHAJNSIELEM - GHAWDEX
OĠĠETTI RELIĠJUŻI - KALĊI B' VALUR TA' 1,500 EWRO U U OSTENSORJU TAR-RELIKWA 50 EWRO
Ir-refurtiva giet ritornata lura taht is-sigriet tal-qrar
.
HAMRUN
STANDS TAL- ĦADID GĦALL- ARRANĠAMENTI TAL- FJURI B' VALUR MHUX INDIKAT.
BORMLA
ĠOJJELLI U OĠĠETTI RELIĠJUŻI BĦAL PISSIDI, ĊIBORJU & KALĊIJIET B' VALUR TA' MADWAR 15,000EWRO
Il-kaz kien solvut u fis-7 ta' Settembru, 2017, tressqu zewg persuni l-Qorti. Il-kaz ghadu sub judice
ŻEJTUN
13,976 EWRO F' ĠOJJELLI
Il-kaz kien solvut u fit-18 ta' Jannar 2018
,
tressqet persuna l-Qorti. Il-kaz ghadu sub judice
SIGGIEWI
MEJDA TAL PLASTIK U TVALJA TAL- BIZZILLA B' VALUR MHUX INDIKAT
PAOLA
MADWAR 500 EWRO MINN KAXXI TAD- DONAZZJONIJIET
HAMRUN
2 FLOODLIGHTS B' VALUR TA' 180 EWRO U KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET LI TISWA 150 EWRO B' MADWAR 20 EWRO FI FLUS ĠO FIHA
ZEJTUN
ĠOJJELLI B' VALUR TA' 500 EWRO U AMMONT TA' FLUS MHUX MAGHRUF MINN KAXXI TA' DONAZZLONIJIET
PIETA'
200 EWRO MIL-KAXXA TAD-DONAZZJONI
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – panelli fotovoltajiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemmx panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija fl-istess kumpless? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu nstallati l-panelli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017, il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikkunsidrat li tinstalla panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija fl-istess kumpless. Għaldaqstant bdiet ħidma biex naraw jekk hemmx xi skema fi ħdan l-unjoni ewropea jew lokali biex il-faċilità tingħata xi forma ta’ sussidju. Dan s’issa rriżulta fin-negattiv u minħabba restrizzjonijiet tal-fondi allokati ġie deċiż li din l-inizjattiva tiġi riveduta aktar ’il quddiem. Ta’ min isemmi li bħalissa fil-Faċilità hemm bosta proġetti kapitali li jridu jsiru u għaldaqstant il-fondi allokati qed jintużaw għal dawn il-proġetti urġenti.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm klieb fil-Canine Section tal-Korp tal-Pulizija, x’razza huma u l-età ta’ kull kelb?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tlieta u tletin (33) kelb fil-Canine Section tal-Korp tal-Pulizija, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Dettalji dwar ir-razza ta' kull kelb u l-età tiegħu jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Razza
Belgian Sheppard
19
German Sheppard
7
Labrador
3
Rottweiler
1
Springer spaniel
1
Irish Setter
1
Dutch Sheppard
1
Total
33
Korp tal-Pulizija – membri ta’ età bejn il-55 u 59 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ bejn il-55 u d-59 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm mija u wieħed u tletin (131) membru, fosthom ħamsin (50) kuntistabbli ta’ riserva, li għandhom età ta' bejn il-55 u d-59 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom l-età bejn il-45 u l-54 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm tliet mija u ħmistax (315)-il membru, fosthom sebgħin (70) kuntistabbli ta’ riserva, li għandhom età bejn il-45 u l-54 sena.
Korp tal-Pulizija – membri li għandhom ‘il fuq minn 60 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom iktar minn 60 sena u għal kull wieħed jgħid fejn huwa stazzjonat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm tnejn u disgħin (92) membru, li minnhom tnejn u sittin (62) huma riservisti, li għandhom iktar minn 60 sena'.