Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar it-tqegħid ta’ CCTV cameras fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (l-inħawi kollha li jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali) wara li l-Ministru ħabbar dan l-investiment meta kien qed iniedi l-programm ta’ cameras f’San Ġiljan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar se jsir fil-ġimgħat li ġejjin, u qed isegwi l-inizjattiva simili li diġà bdiet f’San Ġiljan.
Korp tal-Pulizija – Trasferimenti ta’ armi pproċessati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il trasferiment ta’ arma ġie pproċessat mill-Korp tal-Pulizija bejn Novembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm uffiċjali pproċessaw dawn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ trasferiment ta’ armi tan-nar li ġew pproċessati mill-Korp tal-Pulizija bejn Novembru 2024 sat-3 ta’ Ġunju 2025 f’Malta u Għawdex kien ta’ 3080.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bidla għal sistema ċentralizzata hix qed tħalli impatt, bħal pereżempju fuq it-traffiku, fil-madwar tal-Uffiċċju Ċentrali fil-Floriana? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx impact assessment li jinkludi riperkussjonijiet ambjentali peress li issa ċ-ċittadin ma jistax jirrikorri fl-għassa tal-lokalità tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tibdil fil-proċess sar biex il-pubbliku jinqeda aħjar. Dan minħabba li primarjament il-ħin tal-proċess kien ser jitnaqqas drastikament, bir-riżorsi u proċeduri li kienu diġà allokati, u dan kuntrarju għal proċess li kien hemm qabel, fejn talba ta’ trasferiment kienet tieħu diversi jiem, ġimgħat u anke xhur f’xi każi, meta issa l-proċess isir istantanjament.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-snin 2023 u 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-audited accounts tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-snin 2023 u 2024 bħalissa qed jiġu pproċessati. Infurmat li L-accounts għall-2023 mistennija jiġu ppubblikati aktar tard dan ix-xahar, filwaqt li dawk għas sena 2024 huma antiċipati li jitlestew aktar tard din is-sena.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ċittadinanzi li ngħataw taħt l-iskema 'Ċittadinanza b’Investiment' ġew revokati, sena b’sena, u jipprovdi l-ammonti maqsuma skont is-sena li fiha ttieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija b’investiment, ġew ipprivati miċ-ċittadinanza Maltija total ta’ 15-il persuna. Dawn il-persuni kienu akkwistaw iċ-ċittadinanza taħt id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi, mhux biss permezz ta’ investiment.
Infurmat li preżentament hemm proċess għaddej skont il-liġi ta' 4 persuni.
Infurmat illi 6 persuni pprivati miċ-ċittadinanza Maltija kienu akkwistawha b’investiment, filwaqt li l-4 persuni msemmija li preżentament hemm proċess għaddej skont il-liġi kienu wkoll akkwistaw iċ-ċittadinanza b’investiment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li taw is-sehem tagħhom b’mod dirett jew indirett lill-Ukrajna minn mindu bdiet l-invażjoni tar-Russja fi Frar tal-2022?
Parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna jkollha spazju ddedikat għaliha għall-parkeġġ tad-diżabilità u li fit-tabella tal-parkeġġ imsemmi jkun hemm in-numru tal-pjanċa tal-vettura tagħha, ikunx hemm bżonn li l-blue badge tkun fuq id-dashboard waqt li l-karozza tkun ipparkjata? Jekk iva, ġaladarba n-numru tal-vettura jkun jaqbel man-numru indikat fuq it-tabella tal-parkeġġ, x'inhu l-iskop li jkun hemm ukoll il-blue badge fuq id-dashboard? Jista’ jgħid ukoll minn liema artiklu tal-liġi joħroġ dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti ġew riċevuti mill-helpline?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni disponibbli min-naħa tal-Korp tal-Pulizija hi dwar kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika. Bejn Jannar u l-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 800 rapport ta’ vjolenza domestika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet bejn ċittadini Maltin u barranin fl-2024, kemm dawk bir-Reġistru kif ukoll dawk iċċelebrati b’rit reliġjuż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ż-żwiġijiet li ġew reġistrati u li seħħew fis-sena 2024 f’Malta u Għawdex, kienu ta’ 391 żwieġ bejn ċittadini Maltin u barranin, kemm dawk bir-rit ċivili kif ukoll dawk iċċelebrati b’rit reliġjuż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata waslet fuq in-numru tal-emerġenza 112 minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka dawn it-telefonati jekk kinux relatati mal-Pulizija, mal-Protezzjoni Ċivili jew mal-ambulanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni hi kif qed tidher fit-tabella hawn taħt bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Mejju 2025. Irrid ngħid ukoll li mill-informazzjoni li ngħatatli jirriżulta li f’dan il-perjodu kien hemm 68,663 telefonata li saru fuq il-112 u li ma kellhom qatt isiru fuq dan in-numru. Nappella lill-pubbliku biex juża dan in-numru b’responsabbiltà għax telefonata tista’ saħansitra tfisser ħajja.
Numru tal-emerġenza – 112 – Telefonati minn Jannar u Mejju 2025
Xahar
Total ta’ telefonati fuq 112
Telefonati mgħoddija lid- Dipartiment tal-Emerġenza (Ambulanzi)
Telefonati mgħoddija lil Protezzjoni Ċivili
Telefonati mgħoddija lil Pulizija,
Telefonati mgħoddija lil Armata
Jannar
30,545
6,182
668
495
7
Frar
25,887
5,095
559
495
6
Marzu
30,381
5,982
734
666
5
April
29,360
5,756
673
602
11
Mejju
32,238
6,072
923
628
10
Totali
148,411
29,087
3,557
2,886
39
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ romance scams bejn is-sena 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn saru minn vittmi anzjani?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġiba parlamentari 28927, fejn ninsab infurmat li Romance Scams huma parti minn dik l-informazzjoni.
Nieħu l-okkażjoni biex filwaqt li ngħid kemm huwa kruċjali li nibqgħu noħolqu kuxjenza dwar ir-riskji li jeżistu online, u nappoġġja diversi kampanji ta’ tagħrif u reklamar li jsiru minn żmien għal żmien, nappella wkoll liż-żgħażagħ tagħna u persuni li għandhom għarfien tajjeb tat-teknoloġija biex jitkellmu ma’ qraba tagħhom ikbar minnhom, partikolarment anzjani, biex permezz ta’ dan l-għarfien huma wkoll jiftħu l-għajnejn dwar ċerti riskji li jeżistu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ on line fraud bejn is-sena 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn saru minn vittmi anzjani?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija, data dwar online fraud hija disponibbli mis-sena 2022. In-numru ta’ każi ta’ online fraud għal kull sena f’dan il-perjodu kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Għall-fini ta’ statistika, is-sistema tiġbor ir-rapporti kollha f’daqqa.
Sena
2022
2023
2024
2025
sa 31/05
Total ta’ każi ta’ online fraud irrapurtati
1088
2517
1552
707
Faċilità fil-Marsa — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28599, jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kemm priġunieri tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta’ tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kien biss dan il-Gvern li parti mill-proċess ta’ riabilitazzjoni ġenwina, u differenti ħafna minn kif kien jaġixxi ta’ qablu, għamilha possibbli li priġunieri li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ikunu jistgħu jibdew jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin ma' wliedhom f'binja apposta fil-Marsa, 'il bogħod mill-ħitan tal-istess faċilità taħt il-ħarsien ta' professjonisti soċjali. Din il-binja hija waħda adattata biex tilqa' tfal f'ambjent ferm aktar rilassat iżda fejn xorta waħda huwa assigurat l-aqwa u l-ogħla livell ta' sigurtà. Din l-inizjattiva kienet possibbli grazzi għall-ħidma tal-Ministeru u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl. Intgħażel propja post lill-hinn mill-faċilità korretta għaliex wieħed jifhem li l-esperjenza ta' ħabs mhux il-post ideali għat-tfal. Ninsab infurmat li huma diversi dawk li qed jagħmlu użu minn din il-faċilità u ta’ kull xahar qed isiru numru ta’ laqgħat bejn residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u wliedhom, li huma differenti minn żjara normali fil-faċilità. Ninsab infurmat li mill-2023 sa Mejju 2025, kienu 100 persuna fil-ħabs li għamlu użu minnha, bit-total ta’ tfal taħt l-14-il sena li kellhom dawn iż-żjarat kien ta’ 177. Dan hekk fis-sena 2023 kienu 42 persuna fil-ħabs li għamlu użu minnha, bit-total ta’ tfal taħt l-14-il sena li kellhom dawn iż-żjarat kien ta’ 73, fis-sena 2024 kienu 39 persuna fil-ħabs li għamlu użu minnha, bit-total ta’ tfal taħt l-14-il sena li kellhom dawn iż-żjarat kien ta’ 74 u minn Jannar sa Mejju 2025, kienu 19-il persuna fil-ħabs li għamlu użu minnha, bit-total ta’ tfal taħt l-14-il sena li kellhom dawn iż-żjarat kien ta’ 30. Ninsab infurmat ukoll li dan ma jfissirx li setgħu jinqatgħu għal kollox iż-żjarat fil-Faċilità, anke jekk kontinwament isir tentattiv biex dan il-post jsir l-iktar użu possibbli minnu. L-amministrazzjoni tal-faċilità korrettiva ta’ kordin qed tkompli taħdem u tagħmel ir-riformi biex tilqa’ għall-ħtiġijiet ta’ dawn il-familji, partikolarment tfal, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Għal dan il-għan bħalissa għaddejjin bi pjanijiet biex flimkien mad-diversi investimenti li saru u qed isiru, iż-żona tal-viżitaturi titranġa u titjieb bil-għan li tkun toffri post iktar akkoljenti u xieraq għal kulħadd.
Faċilità fil-Marsa — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28600, jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kemm priġunieri tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta’ tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2024?
Faċilità fil-Marsa — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28601, jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kemm priġunieri tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta’ tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2025?
Korp tal-Pulizija – Proċess ta’ trasferiment ta’ armi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn saret bidla biex il-proċess ta’ trasferiment ta’ armi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li kien isir ġewwa l-uffiċini tad-distrett, issa qed isir f’post ċentrali mill-Uffiċċju tal-Armi fil-Furjana?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-bidla li saret sabiex il-proċess ta’ trasferiment ta’ armi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija isir ċentralizzat u proċessat mill-Uffiċċju tal-Armi fil-Furjana, kien sabiex tinżamm uniformità fl-istess proċess, biex b’hekk iż-żmien ta’ trasferiment jitnaqqas konsiderevolment, għal benefiċċju ta’ minn ikun ser jakkwista l-arma u dawk li jkunu ser jittrasferixxu l-istess arma fuq ħaddieħor u fejn qabel iċ-ċentralizzazzjoni kien jieħu diversi ġranet, ġimgħat u f’xi każi anke xhur biex proċess jitlesta, issa jitlesta istantanjament.
Korp tal-Pulizija – Trasferimenti ta’ armi pproċessati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il trasferiment ta’ arma ġie pproċessat mill-Korp tal-Pulizija bejn Novembru 2022 sa Novembru 2023, u bejn Novembru 2023 sa Novembru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ trasferimenti ta’ armi tan-nar li ġew pproċessati mill-Korp tal-Pulizija bejn Novembru 2022 sa Novembru 2023, f'Malta u Għawdex huwa 5073 u bejn Novembru 2023 sa Novembru 2024 f'Malta u Għawdex huwa 5134.
Persuni bla stat — Statelessness determination procedure
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern biex iwaqqaf il-proċedura (statelessness determination procedure) fejn jiġu identifikati u rreġistrati persuni bla stat (stateless)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diskussjonijiet ta’ konsultazzjoni, inkluż mal-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR), sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-identifikazzjoni ta’ persuni mingħajr stat (statelessness determination mechanism).
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-programmi ta’ finanzi tal-Unjoni Ewropea li ġew allokati lill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) mill-2013 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena?