Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta’ serq irrappurtati lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrappurtati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ serq irrappurtati lill-Pulizija f’Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ tlett elef, ħames mija u sitta u għoxrin (3,526) każ

Rapporti ta’ stupru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ stupru mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċevew il-Pulizija dwar stupru, bejn l-ewwel ta’ Jannar u t-tletin ta’ Settembru 2020, kien ta’ għaxar (10) każi.

Birkirkara, Iklin, Lija u Balzan – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq ġewwa Birkirkara, Iklin, Lija u Balzan mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta' Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ serq li ġew irraportati fil-lokalitajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant fil-perjodu tal-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta' Settembru 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Balzan Birkirkara Iklin Lija Ammont 18 133 14 4

Każijiet ta’ hold ups rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ hold ups rrappurtati mill-1 ta’ Jannar 2020 sat 30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija dwar każi ta’ hold ups bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u t-tletin ta’ Settembru 2020, kien jammonta għal tnejn u tletin (32) każ.

Rapporti ta’ ħruq ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ ħruq ta' karozzi mill-1 ta' Jannar 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija dwar ħruq ta' karozzi, bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u t-tletin ta’ Settembru 2020, kien jammonta għal sittin (60) każ.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi hemm dawn il-karigi li huma okkupati b’impjegati minn barra s-settur pubbliku. Minister’s Private Secretariat Position Complement Head of Secretariat 1 Communications Secretary 1 Head of Customer Care 1 Secretariat Officer 2 Secretariat Pool 1 Assistant Secretariat 1 Personal Driver/Security Officer 1 Parliamentary Secretary’s Private Secretariat Position Complement Customer Care Office 1 Personal Driver/Security Officer 2

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16466 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Forzi Armati ta’ Malta assistiet b’assi minn fuq il-baħar fl-għawma annwali organizzata minn Marigold Foundation bejn l-2015 u l-2019, u pprovdiet spazju għall-ballu li sar f’Ottubru tas-snin 2017 u 2018. Fl-2017, l-MRVA tat id-donazzjoni ta’ €5,000 lill-Marigold Foundation u Identity Malta kkontribwiet €2,000 għall-kampanja Pink October tas-sena l-oħra. Dawn il-fondi huma indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, u mhux għall-fondazzjoni nnifisha.

Skrutinju tal-inkjesta ta’ mwiet fil-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid tlestiex l-iskrutinju tal-inkjesta ta’ mwiet fil-ħabs li kien wiegħed li ser jagħmel fil-11 ta’ Settembru 2020? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid lil dan il-Parlament x’irriżulta minn dan l-iskrutinju?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Gwardjani tal-Ħabs – ordnijiet stretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm gwardjani tal-ħabs li għandhom ordnijiet stretti fil-konfront tagħhom, li ma għandhomx iservu f'xogħolhom fil- Ħabs Ċivili ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Uffiċjal Korrettiv mitlub jagħti s-servizz tiegħu lejn L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi dejjem skont l-esiġenzi tas-servizz.

COVID-19 – gwardjani tal-ħabs pożittivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm gwardjani tal-ħabs li rriżultaw pożittiv għal COVID-19 minn meta faqqgħet il-pandemija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi jirriżulta li kien hemm 11-il Uffiċjal Korrettiv pożittiv sa issa. Sakemm qed tintbagħat din it-tweġiba, m’hemm ħadd li jinsab pożittiv.

Ħabs – ċelel ta’ aktar minn priġunier wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel fil-ħabs li preżentement għandhom fihom aktar minn priġunier wieħed?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement bħalissa fil-ħabs hemm 185 ċella li ghandhom fihom iktar minn priġunier wieħed.

Kmamar tal-nar – inċidenti

Question

Peress li jidher li l-emendi fl-Ordinanza dwar l-Esplożivi li saru dan l-aħħar u l-policy dwar il-Kmamar tan-Nar tal-PA naqqsu r-rata ta’ inċidenti, jista’ l-Ministru jagħti rendikont, sena b’sena, ta’ kemm inċidenti seħħew fil-kmamar tan-nar u kemm mietu f’dawn l-aħħar 20 sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti li seħħew fi kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex sena b’sena, bejn is-sena 2000 u Settembru 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Inċidenti fi’ kmamar tan- nar Sena Numru ta’ inċidenti Numru ta' mwiet Numru ta’ feruti 2000 5 2 1 2001 2 0 0 2002 7 1 4 2003 3 1 1 2004 1 0 0 2005 6 6 4 2006 3 0 1 2007 3 8 1 2008 1 0 0 2009 3 1 3 2010 5 10 5 2011 2 0 3 2012 3 5 1 2013 1 0 2 2014 1 0 0 2015 0 0 0 2016 2 0 2 2017 1 0 1 2018 2 1 6 2019 0 0 0 2020 (sa Settembru) 2 0 1 Total 53 35 36

Immigranti Irregolari — ażil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn immigranti rregolari jgħixu f'Malta mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' l-Ministu jgħid kemm minnhom ġew irrifjutati l-ażil? Kemm minnhom ġew ripatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-PQ 11388 u PQ 11380 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Kmamar tan-nar f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kmamar tan-nar f’Malta? Kemm minnhom huma privati? Jista’ jgħid kemm hawn kmamar tan-nar f’Għawdex? Kemm minnhom huma privati? Jista’ jgħid kemm hemm persuni b’liċenzja A,B,C,u D?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Total ta’ kmamar tan-nar f’Malta Kmamar tan-nar privati f’Malta Total ta’ kmamar tan-nar Għawdex Kmamar tan-nar privati f’Għawdex Persuni b’liċenzja ‘A’ Persuni b’liċenzja ‘B’ Persuni b’liċenzja ‘C’ Persuni b’liċenzja ‘D’ 33 5 3 3 214 1079 20 166

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni, hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar il-Forzi Armati ta’ Malta qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll.