Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet iffirmat memorandum of understanding għan-nom tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament ukoll, għandhiex ċittadinanza Maltija? Jekk fl-affermattiv, jista’ jikkonferma li sabiex hija ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija ħallset dak kollu dovut lill-Istat Malti sabiex akkwistat tali ċittadinanza u ma kien hemm ebda 'waiver' ta' tariffi, obbligazzjonijiet u ħlasijiet dovuti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari hija Ċittadin Malti kif ukoll li tħallsu d-drittijiet dovuti bħal kull applikazzjoni oħra.
Search and Rescue Area ta’ Malta – talbiet għal għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal għajnuna fis-Search and Rescue Area ta’ Malta mill-1 ta Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-perjodu msemmi kien hemm disgħa u sittin (69) notifika fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta. Dawn jinkludu każijiet ta' għawwiema, tfittxija għal persuni nieqsa, bastimenti inkluż tas-sajd, rapporti ta' flares, rapporti ta' immigrazzjoni irregolari u anke rapporti li rriżultaw foloz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' vjolenza domestika mill-1 ta Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmati illi mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Mejju 2023 il-Pulizija rċeviet seba’ mija u tmienja u disgħin (798) rapport ta' vjolenza domestika.
Persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija ta’ Malta akkużati bi traffikar tad-droga, mill-1 ta Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u l-31 ta’ Mejju 2023, il-Pulizija ressqet disgħa u għoxrin persuna l-Qorti, fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga.
Investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ frame-up
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inbdewx investigazzjonijiet mill-pulizija dwar jekk jeżistix każ ta’ frame-up tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux minn fejn oriġina dan il-pjan ta’ frame-up u min hemm warajh?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9774 dwar decibel meters għall-użu tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhomx apparat ieħor biex ikejlu l-istorbju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li dan ix-xogħol isir minn entitajiet oħrajn u mhux mill-Korp tal-Pulizija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8583, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta fit-tabella hawn taħt.
Sena
Żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess
2018
65
2019
81
2020
41
2021
49
2022
100
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enforcement Officers tal-LESA jiħdux taħriġ kontinwu? Jekk iva, fiex jikkonsisti, kemm idum dan it-taħriġ u jekk jingħatawx ċertifikat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija LESA addottat proċeduri sabiex issaħħaħ it-taħriġ tal-Uffiċjali tal-Komunita’. Kull uffiċjal li jiġi ingaġġat jibda proċess ta taħriġ tiegħu fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, fejn hemmhekk jgħaddi minn taħriġ rigoruż ta’ sebgħa ġimgħat, u li jinkludi diversi suġġetti varji.
Wara dan it-taħriġ, kull uffiċjali ikollu perjodu ta taħriġ fuq il-lant tax-xogħol, qabel jibda uffiċjalment l-irwol tiegħu.
Ma tmiem dan it-taħriġ, u matul il-karriera ta uffiċjal tal-komunita’, jiġi provdut diversi taħrig ieħor lid-diversi kategoriji skont il-każ u fuq suġġett varji, fosthom dwar liġijiet u aġġornamenti, etika, użu tal-informativa, kontroll ta’ nirien, kura primarja, protezzjoni tad-data, u proċeduri tal-Aġenzija. Taħriġ bħal dan jingħata kemm mill-akkademja tal-forzi dixxiplinati, kif ukoll minn entitajiet oħra.
Fl-istess waqt, kull uffiċjal jingħata l-opportunita’ u jiġi imħeġġeg jattendi ukoll diversi korsijiet offruta mill-Istitut tas-Servizz Pubbliku.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – karozzi leased/mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6221, tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, maqsumin nisa u rġiel, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Mejju 2023? Kemm minnhom kienu qed jiskontaw sentenza u kemm minnhom kienu qed jistennew proċess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Mejju 2023 kien hemm 572 raġel u 57 mara li minnhom kien hemm 261 b’arrest u 368 b’sentenza.
Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 — każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie kkonsidrat u trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 matul dawn l-aħħar ħames snin u x’kien l-eżitu tagħhom, possibbilment sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba qeda titpoġġa fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Year
Total cases
Restored Remission
Forfeited Remission
2019
199
58
92
2020
170
32
22
2021
179
25
11
2022
94
32
9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Ħal Għargħur mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm erba’ (4) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ Ħal Għargħur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa s-Swieqi mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm għoxrin (20) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ tas Swieqi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa San Ġwann mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sebgħa u għoxrin (27) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ San Gwann.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm bosta persuni li akkwistaw iċ- Ċittadinanza Maltija permezz ta’ reġistrazzjoni jew naturalizazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew akkużati mill-pulizija bir-reat ta' ħasil ta’ flus mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi peress illi il-prosekuzzjoni ta’ persuni li jiġu akkużati bir-reat ta' ħasil ta’ flus huwa l-mandat tal-Avukat Ġenerali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti irregolari li waslu Malta mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar u d-dsatax ta' Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 112 immigranti rregolari li waslu f'Malta. Minkejja ż-żmien qasir, l-awtoritajiet Maltin diġà rnexxielom jibgħatu lura lejn pajjiżhom 26 persuna minn dawn il-persuni wara li jew ma kwalifikawx għall-ażil jew għażlu r-ritorn volontarju, filwaqt li 35 persuna oħra huma fil-proċess li jkunu ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu taghhom. Infurmat ukoll li hemm numru ta' persuni li għadhom fil-proċess tal-ażil, filwaqt li oħrajn huma pendenti l-clearence mill-public health.