Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Maltin li emigraw biex jaħdmu barra minn Malta? Ta’ liema età?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika iktar il-mistoqsija tiegħu.
L-NSO tista' tipprovdi n-numru ta’ emigranti Maltin skont l-età u s-sess, iżda ma jkollhiex informazzjoni dwar ir-raġuni għal xiex ikunu telqu mill-pajjiż.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom iltaqa' l-kumitat intern tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) magħruf bħala Cental Monitoring Committee matul l-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom iltaqa' l-kumitat intern tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) magħruf bħala Cental Monitoring Committee matul l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom iltaqa' l-kumitat intern tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) magħruf bħala Cental Monitoring Committee matul l-2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ta multi l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2021 u kemm ġabar minn dawn il-multi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2021 l-FIAU tat 176 multa u f’din is-sena l-FIAU ġabret €1,184,317. Dan l-ammont jinkludi multa imposta fl-2018 li inġabret fl-2021.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa ta' interess għal Direttur tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2022? Jista’ jgħid ukoll meta ħarġet din is-sejħa,kemm applikaw u min kien fuq il-bord tal-għażla?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta' Direttur tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) hija okkupata mid-direttur li ġie maħtur fi Frar tas-sena 2017.
Fl-2022 ma ħarġet l-ebda sejħa ta' interess għal Direttur tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u għalhekk ħadd ma seta' japplika u l-ebda bord tal-għażla ma ġie appuntat.
FIAU – Nefqa fuq public relations, reklamar u marketing
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fuq public relations, reklamar u marketing matul l-2019, l-2020, l-2021 u l-2022 maqsuma sena b’sena, inkluż dati speċifiċi, l-ammonti u s-suppliers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFSA – nefqa fuq public relations, reklamar u marketing
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fuq public relations, reklamar u marketing matul l-2019, l-2020, l-2021 u l-2022 maqsuma sena b’sena, inkluż dati speċifiċi, l-ammonti u s-suppliers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi elettriċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kemm tħabbar li ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%. Bħalissa fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu hemm żewġ karozzi tal-elettriku leased.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4639 u 4832 u jgħid għalfejn l-Eks Kap E¿ekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għadu qed jitħallas eluf fix-xahar? Jista’ jippubblika l-kuntratt li kellu l-Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), ġie ingaġġat bħala konsulent għall-istess Awtorità għall-perjodu bejn Settembru 2022 sa Marzu 2023, kif diġà jidher fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3248.
Is-Sur Gavin ġie ingaġġat biex jipprovdi konsulenza dwar il-funzjonijiet statutorji tal-imsemmija Awtorità, għal handover, u għall-konklużjoni ta’ diversi inizjattivi, inkluż pariri strateġiċi marbuta mal-istrateġija ta’ Malta għas-servizzi finanzjarji, numru ta' inizjattivi dwar liċenzjar jew awtorizzazzjonijiet, u diversi pariri dwar rekwiżiti superviżorji. Il-kuntratt tiegħu jiġi tterminat
ipso jure
fil-31 ta’ Marzu 2023.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati li qed jirrapreżentaw lill-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) f'kawżi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti tal-Appell, kif intagħżlu, kemm tħallsu sa issa u meta tħallsu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-avukati li qed jirrappreżentaw lill-Korp għall-Analizi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) f'kawzi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti tal-Appell huma Refalo Advocates u Mamo TCV Advocates.
Dawn irrappreżentaw l-FIAU fil-perjodu 2018 s’issa, u f’dan il perjodu tħallsu total ta' €357,120.77. Dan l-ammont jinkludi spejjeż għas-servizzi professjonali tagħhom, spejjeż tal-Qorti, u spejjeż tal-prokuraturi legali.
Fir-rigward għal kif intgħażlu, l-avukati ġew appuntati skont ir-regolament 7(1) ta’ SL601.03.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati li qed jirrapreżentaw lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) f'kawżi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti tal-Appell, kif intagħżlu, kemm tħallsu sa issa u meta tħallsu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-avukati u d-ditti t’avukati li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), f'kawżi kostituzzjonali u f’kawżi quddiem il-Qorti tal-Appell, huma l-Av. Kris Borg, GVZH Advocates u Refalo Advocates.
Dawn ġew magħżula skont il-liġijiet u l-proċeduri interni applikabbli, u abbażi tal-kompetenza tagħhom fl-oqsma relevanti. L-ammont totali mħallas lilhom ilkoll s’issa għas-servizzi tagħhom provduti fir-rigward tal-imsemmija kawżi huwa €11,563.22, liema ammont ġie mħallas lilhom bejn l-2019 u l-2022, hekk kif juri s-sommarju li jidher hawn taħt:
Ditta tal-Avukati/Sena
2019
2020
2021
2022
Total
Dr Kris Borg
490
568
643
617
2,316
GVZH Advocates
-
-
4,302
2,456
6,758
Refalo Advocates
-
-
-
2,489
2,489
490
568
4,945
5,561
11,563
Jista' l-Ministru jgħid kemm tat multi l-FIAU fl-2020 u kemm ġabret minn dawn il-multi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 l-FIAU tat 170 multa u f’din is-sena l-FIAU ġabret €2,103,277. Dan l-ammont jinkludi multi imposti fl-2016 u l-2018 u li nġabru fl-2020.
Jista' l-Ministru jelenka lista li turi kemm ġew importat perkolat tal-putassa għal użu fil-piroteknika, meta, mil-liema pajjiż u taħt liema HS Code mill-1 ta' Settembru 2021 sal-31 ta' Ottubru 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat, ġiet irrappurtata importazzjoni waħda ta’ perkolat tal-putassa (CAS RN231-912-9).
Din kienet tikkonsisti f’27 pallet bit-tariffa dagonali 2829901000, importata miċ-Ċina. Dawn ġew irrilaxxati mid-Dwana wara li ġiet issottomessa d-dikjarazzjoni fis-sistema tal-importazzjoni nhar it-8 ta’ Ġunju 2022.
Importazzjoni ta' perkolat tal-putassa għal użu fil-piroteknika
Question
Jista l-Ministru jipprezenta kopja tac-certifikazzjoni tal-kwalità u/jew is-safety data sheets li ġew ippreżentati fl-importazzjoni ta' perkolat tal-putassa għal użu fil-piroteknika, mill-1 ta' Settembru 2021 sal-31 ta' Ottubru 2022, u/jew verifika u/jew konferma li dawn ġew ippreżentati f'kull instanza ta' importazzjoni tal-imsemmija materjali fil-perjodu msemmi? Jista' l-Ministru, għal kull instanza ta' importazzjoni tal-imsemmija materjali fil-perjodu imsemmi, jindika kif ġew ivverifikati s-Safety Data Sheets?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhix fil-kompetenza tad-Dwana li tivverifika s-safety data sheets.
Din it-tip ta’ merkanzija tinħtieġ liċenzja maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ; liema liċenzja ġiet ippreżentata lid-Dwana waqt spezzjoni fiżika tal-imsemmija konsenja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4642 u jgħid jekk hemmx persuni, u jekk iva kemm hemm, li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ kumpanija liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), u li għaddejjin minn proċeduri kriminali kontrihom fil-qorti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li l-MFSA, fil-kors tas-supervizzjoni ta’ kumpaniji li1iċenzjati minnha, saret taf bl-esistenza ta’ ċerta proċeduri kriminali li jinvolvu persuni li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ tali kumpaniji, għall-finijiet ta’ korettezza ma jistax jingħata numru hekk kif qed jiġi mitlub għaliex informazzjoni li tirrigwarda tali proċeduri mhijiex uffiċjalment magħrufa għall-pubbliku, inkluża l-MFSA.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grant Review Board, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Isem
Kariga
Id-data tal-ewwel appuntament
Is-Sur Raymond Muscat
Chairperson
27 ta’ April 2020
Is-Sur Joseph M Saliba
Membru
27 ta’ April 2020
Is-Sur Charles Cilia
Membru
27 ta’ April 2020
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4638 u jgħid jekk ħarġitx vacancy għall-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), wara li tħabbar li l-Eks Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament, m’għadux jokkupa l-kariga?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-vacancy għar-rwol ta' CEO għadu ma nħariġx. Wieħed jista’ jżur il-Websajt tal-MFSA biex ikun jaf il-job vacancies li qed toffri l-Awtorità.