Legislature:
Category:
Reset
Active:

VAT — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati mal-VAT matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar, u lokalità b’lokalità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni volontarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24264 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jgħid kif ser tkun qed taħdem eżattament il-pensjoni volontarja mħabbra fil-baġit? Jista’ jgħid ukoll jekk il-flus li jinġabru hux ser jintefgħu f’fond apposta u jiġu investiti jew jekk hux ser jintużaw mill-Gvern għal spejjeż rikorrenti? Jekk hu l-każ tal-aħħar, il-Gvern kif ser jassigura li s-sistema ser tkun sostenibbli?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi d-dettalji ta’ din l-inizjattiva ser jitħabbru fil-mument opportun.

Żgħażagħ li telqu mill-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu żgħażagħ minn pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: SENAŻGĦAŻAGĦ LI TELQU MINN MALTAŻGĦAŻAGĦ LI ĠEW MALTA 20192,30510,905 20203,7915,199 20213,3866,581 20223,95814,447 20236,71617,645 L-iktar statistika riċenti ppubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar in-numru ta’ żgħażagħ li telqu minn u ġew pajjiżna hija għas-sena 2023. It-tabella tinkludi persuni li kienu ilhom jgħixu Malta minn tal-inqas sena kif ukoll tinkludi persuni li għandhom il-ħsieb li jgħixu Malta minn tal-inqas sena u għalhekk jiġu meqjusa bħala residenti ta’ Malta. Għaldaqstant, dawn iċ-ċifri jinkludu kemm persuni ta’ nazzjonalità Maltija kif ukoll dik barranija. Id-definizzjoni ta’ żagħżugħ skont il-Kummissjoni Ewropea tirreferi għal persuni ta’ bejn il-ħmistax u d-disgħa u għoxrin sena. Huwa importanti li kwalunkwe interpretazzjoni ta’ din id-data issir bl-għarfien li din id-data hija ibbażata fuq stimi maħdumin fuq reġistri u sorsi alternattivi b’ margin of error li jvarja skont il-kwalità tas-sorsi użati.

Ministeru għall-Finanzi – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex tingħata l-informazzjoni mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit.

Dħul mill-Income Tax

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi analiżi dettaljata tad-dħul mit-taxxa (income tax) miġbura matul l-aħħar ħames snin, maqsum kif ġej: i. l-ammont totali miġbur kull sena; ii. tqassim ta’ dan l-ammont totali miġbur kull sena, maqsum biex juri t-total li kien relatat mal-arretrati tat-taxxa u t-total li kien relatat mal-ħlasijiet tat-taxxa kurrenti; u iii. fejn it-taxxa miġbura kienet relatata ma’ arretrati ta’ taxxa, jindika għal liema sena ta’ stima l-ġbir partikolari ta’ arretrati ta’ taxxa msemmija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dħul mill-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi analiżi dettaljata tad-dħul mill-VAT miġbura matul l-aħħar ħames snin, maqsum kif ġej: i. l-ammont totali miġbur kull sena; ii. tqassim ta’ dan l-ammont totali miġbur kull sena, maqsum biex juri t-total li kien relatat mal-arretrati tal-VAT u t-total li kien relatat mal-ħlasijiet tal-VAT kurrenti; u iii. fejn il-VAT miġbura kienet relatata ma’ arretrati tal-VAT, jindika għal liema sena l-ġbir partikolari ta’ arretrati tal-VAT imsemmija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każ ta’ individwu — Pakkett ta’ remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett ta’ remunerazzjoni attwali li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, wara li ssospenda temporanjament lilu nnifsu mid-dmirijiet tiegħu biex jiddefendi lilu nnifsu fil-Qorti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-remunerazzjoni attwali tal-individwu kkonċernat mill-1 ta’ Awissu 2024 sal-lum, hija ekwivalenti għal nofs il-pakkett finanzjarju stabbilit fil-ħatra tiegħu ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali fl-1 ta’ Jannar 2021, aġġustat bil-kumpens tal-għoli tal-ħajja (COLA) li jiġi mħabbar mill-gvern kull sena fil-Budget.

Ministeru għall-Finanzi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24407 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

FIAU — Penalitajiet amministrattivi - Ħlasijiet volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) aċċettat li jsiru ħlasijiet volontarji ta’ penalitajiet amministrattivi minflok tipproċedi ulterjorment, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm kien il-ħlas tal-penali u x’kienet in-natura ta’ nuqqas ta’ konformità li għaliha tħallset il-penali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korp hu mogħni bil-poter li jimponi l-multi amministrattivi hekk kif provdut permezz ta’ Regolament 21 tar-Regolamenti kontra Money Laundering u Finanzjar ta’ Terroriżmu. Għaldaqstant, il-ħlas ta’ tali multi għandu jitqies bħala wieħed dovut lill-Korp. B’hekk, il-ħruġ ta’ multa amministrattiva jikkostitwixxi obbligu legali u dirett fuq il-persuna suġġetta sabiex tħallas l-istess multa. Dan l-obbligu jiġi sospiż jekk il-persuna suġġetta jagħżel li jintavola appell ai termini tal-Artikolu 13A tal-Att kontra l-Money Laundering sakemm jiġi determinat l-istess appell.

Resolution Committee — Ħatra tal-membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli skont il-Kap. 330 għall-ħatra tal-membri tar-Resolution Committee u dan peress li skont l-artikolu 7B tal-Kap. 330 jirriżulta li l-ħatra ssir mir-Resolution Authority li allura hu l-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) waqt li fl-istess liġi, l-Ewwel Skeda paragrafu 2(2) jipprovdi li l-istess membri jiġu maħtura wieħed mill-Bank Ċentrali, wieħed mill-MFSA u ieħor mill-Ministeru responsabbli għall-Finanzi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bank Ċentrali ta’ Malta, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta u l-Ministeru responsabbli għall-Finanzi rispettivament jiddeżinjaw persuna sabiex taġixxi bħala membru tal-Kumitat ta' Riżoluzzjoni, u dan skont il-paragrafu 2(2) tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, mentri l-ħatra tal-Kumitat innifsu, inkluż il-ħatra ta' dawn il-persuni li jagħmlu tali Kumitat, ssir mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fil-kapaċità tiegħu bħala l-Awtorità ta’ Riżoluzzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 7B tal-imsemmi Att.

Kap. 330 — Kumitat ta’ Riżoluzzjoni - Membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27159, jista’ l-Ministru jgħid: i. Kemm ilu mhux kompost il-Kumitat tar-Riżoluzzjoni a tenur tal-Kap. 330? ii. Fin-nuqqas tal-kompożizzjoni ta’ dan il-Kumitat, liema organu jew persuna qed taqdi l-funzjonijiet ta’ dan il-Kumitat, l-aktar fir-rigward tat-teħid ta’ penalitajiet amministrattivi u l-funzjonijiet l-oħra kif dedotti fir-raba’ artikolu tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 330 ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni a tenur tal-Kap. 330 ilu mhux kompost mis-7 ta’ Awwissu 2024. Kemm ilu mhux kompost il-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni ma kienx hemm deċiżjonijiet x'jittieħdu fir-rigward ta’ penalitajiet amministrattivi u ma kienx hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet abbażi ta’ paragrafu 4 tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 330. Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fil-kapaċità tiegħu bħala l-Awtorità ta’ Riżoluzzjoni huwa l-istess Bord li skont l-artikolu 7B tal-Kap. 330 jistabilixxi lill-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni u li jeddelegalu l-poteri kollha tiegħu. Għaldaqstant, sakemm il-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni ikun għadu mhux kompost, l-imsemmi Bord għandu l-poter li jieħu kwalunkwe deċiżjoni fl-ambitu ta’ riżoluzzjoni.

Stabbilimenti turistiċi — Miżura ta’ ħlas ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl ta’ rqad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi miġbura kull sena, sa minn meta ddaħħlet il-miżura ta’ ħlas ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl ta’ rqad fi stabbilimenti turistiċi? Jista’ jgħid ukoll minn liema lokalitajiet inġabru dawn il-fondi, u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u lokalità b’lokalità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex għas-snin 2016-2021 tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 670. Rigward is-sena 2022 nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 7059. Rigward is-snin 2023 u 2024 nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 25807. Rigward il-lokalitajiet minn fejn inġabru dawn il-fondi, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 27440.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24481.

Trabi — Twelid

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25455, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-trabi li twieldu bejn l-2019 u l-2023 huma wlied ta’ residenti Maltin u kemm minnhom huma ta’ residenti barranin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari 15223 u 22132.