Legislature:
Category:
Reset
Active:

Care Orders — tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid attwalment kemm hemm tfal taħt care order? Kemm minnhom huma taħt il-kura ta' Foster Carers u kemm minnhom fi djar tat-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej; Tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ li qegħdin fi Placements Residenzjali 119 Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ li qegħdin fi Placement ma’ Foster Family/Foster Carer 131 Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ li qegħdin jgħixu mal-qraba tagħhom 42 Numru ta’ tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ 292 Tfal protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija AWAS Numru ta’ tfal (asylum seekers) protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija AWAS li qegħdin fi ġewwa Dar il-Liedna 37

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu diversi azzjonijiet u saru diversi xogħlijiet sabiex il-binjiet li joperaw minnhom, id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Dan jinkludi dipartimenti, entitajiet u kummissjoni li mxew għall-binjiet ġodda, li huma aċċessibli għall-persuni b’diżabilità. Saru xogħlijiet u ġie installat apparat sabiex titjieb l-aċċessibilità f’numru ta’ binjiet oħra. L-aħħar proġett kien il-ftuħ ta’ Ċentru Servizz Familja, li huwa wkoll aċċessibli skont l-istandards stabbiliti.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9314 u 9109 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru: a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tal-ewwel parti tal-mistoqsija, din għandha tkun riferuta lill-ministeru kkonċernat. Min-naħa l-oħra, kif diġà ingħad, il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi. Għaldaqstant il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa. Nerġa’ nfakkar illi fis-servizz pubbliku kollu, fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ’il fuq, waqt li fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara. Inżid illi dan il-Gvern ħadem u se jibqa’ jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Uffiċċju lill-persuna

Question

Peress li f’Novembru 2016, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru u fl-istess ħin ukoll, kienet ġiet espressa t-tama mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà u Anzjanità Attiva responsabbli ta' dak iż-żmien biex minn Jannar 2017 din il-persuna jkollha l-uffiċċju tagħha, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx, fil-fatt ingħata uffiċċju lil din il-persuna f'Jannar 2017 jew sussegwentement?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Xogħol ta' persuna

Question

Peress li f’Novembru 2016, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru, jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta din il-persuna f’dawn l-aħħar sentejn u erba’ xhur u jekk qattx ħareġ rapport ta’ ħidma dwar ix-xogħol li wettqet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Każijiet ta' Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018 kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika? Jista' jindika ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu vjolenza fuq: a. in-nisa; b. l-irġiel; c. it-tfal; u d. l-anzjani? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu ta' vjolenza fiżika u kemm minnhom ta' vjolenza psikoloġika? Liema kienet l-età ta' dawn il-vittmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.

Aġenzija Sapport – manwal ta’ proċeduri — klijenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport għandhiex manwal ta’ proċeduri li jiddefinixxi kif l-istaff tiegħu għandu jinteraġixxi mal-klijenti tagħhom? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-manwal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport għandha manwal ta’ proċeduri u numru ta’ policies għall-impjegati tagħha, li jiddefenixxi kif jinteraġġixxu mal-klijenti. Dawn il-manwali u policies, fil-preżent qed jiġu aġġornati u għalhekk mhux possibbli li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani taż-Żejtun — carers ma’ anzjani li jmorru sptar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jinsabx infurmat li fid-Djar tal-Anzjani taż-Żejtun, anzjani li jkollhom imorru l-isptar bħala emerġenza jew għal xi vista u m'għandhomx qraba, qed jintbagħtu waħedhom bla carer meta qabel il-prassi kienet li jekk ma jkollhomx qraba jintbagħat carer magħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-responsabilità sabiex anzjani residenti ġewwa d-djar tal-Gvern, jittieħdu għall-appuntamenti l-isptar hija primarjament tal-familjari. Madanakollu, fl-assenza tal-familjari, t-tmexxija tad-dar tal-anzjani, tara li tipprovdi l-assistenza ta’ carer. Rigward djar tal-anzjani taħt Public Private Partnership, l-assistenza lill-anzjan/a issir skont kif maqbul fil-kuntratt.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — website

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali - https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx - taħt it-titlu Commissioner for the Older Persons m’hemm l-ebda isem imniżżel, la tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u lanqas ta’ xi persuna oħra, u lanqas m'hemm indirizz elettroniku jew website bħalma hemm fil-każ tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – użu ta’ uffiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju mniżżel fil-website https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx li jidher bħala tal-Commissioner for the Older Persons, u li jġib l-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux fil-fatt qed jintuża mill-Kummissarju għall-Anzjani u jekk le, minn fil-fatt qiegħed jużah, jekk qiegħed jintuża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – tisjir mill-klijenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li qed jinvolvu l-klijenti tagħhom fis-sessjonijiet tat-tisjir? Kemm hemm klijenti li qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – polza ta’ assigurazzjoni komprensiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum kif ukoll id-Djar Residenzjali mmexxija mill-Aġenżija Sapport għandhomx polza ta’ assigurazzjoni komprensiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilità u r-Residenzi għal persuni b’diżabilità, huma kollha koperti minn polza ta’ assikurazzjoni komprensiva.

Persuni b’diżabilità – każijiet ta’ abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità rċevew l-Aġenzija Sapport, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità f’dawn l-aħħar tliet snin? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej; Aġenzija/Awtorità/Kummissjoni Każijiet ta' abbuż Tip ta' abbuż 2016-2019 (sal-lum) Aġenzija Sapport 94 fiżiku, sesswali, finanzjarju u emozzjonali Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali 1 fiżiku u psikoloġiku Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità 57 Edukazzjoni: servizz, bullying . Xogħol: bullying , rifjut ta' għoti ta' telework . finanzjarju u emozzjonali

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8737 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, peress illi l-informazzjoni mitluba trid ħafna ħela ta’ riżorsi biex tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9293 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 9458.

Arbitru tas-Sigurtà Soċjali – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2018? Jista’ jinforma wkoll kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fl-aħħar tas-sena 2018 kien hemm, 739 każ ta’ appell pendenti, quddiem l-Arbitru. B’kollox matul is-sena 2018 ġew deċiżi, 373 każ ta’ appell.

Skema ta’ installar ta’ lifts

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar l-iSkema ta’ Installar ta’ Lifts? Kemm ġew installati lifts mill-Gvern f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar toffri skema ta’ Installazzjoni ta’ Lifts fi Blokok, illi huma proprjetà tal-Gvern. Id-dettalji kollha dwar din l-iskema, jinsabu fuq is-sit uffiċjali tal-Awtorita` tad-Djar. Fl-2016 u l-2017 l-Awtorità tad-Djar installat 22 lift, filwaqt illi sa tmiem is-sena 2018, kien għaddej ix-xogħol fuq 12-il lift ieħor.

Familji li ġew żgumbrati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9245 fejn ingħata tagħrif li xi familji setgħu ġew żgumbrati minn garaxxijiet li kienu nqalbu f’residenti, jista’ l-Ministru jgħid x’kordinament seħħ mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) mal-Awtorità tad-Djar? X’sar minnhom dawn il-familji li ġew żgumbrati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar, bħal f’kull każ ieħor, tagħti l-attenzjoni meħtieġa lill-applikazzjonijiet ta’ familji li jkunu ġew żgumbrati. Għalhekk, jekk dawn l-individwi japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali jew għall-iskemi tal-Awtorità se jkunu qiegħdin jingħataw l-attenzjoni neċessarja.