Bajja ta’ Fra Ben – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Artijiet ilha mill-2018 biex tesegwixxi sentenza ta’ żgumbrament kontra l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk ordnax jew talabx passi dixxiplinari, u kontra min, dwar dan in-nuqqas da parti tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Bajja tal-Għadira – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Bajja tal-Golden Sands – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Golden Sands? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għas-sit ta’ Żona Speċjali ta' Konservazzjoni fl-inħawi ta' Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħid:
(i) jekk hemmx xi azzjonijiet ta' infurzar fis-seħħ bħalissa;
(ii) il-karti ta' infurzar li twaħħlu mill-Awtorità tal-Artijiet fuq il-post, b'numru ta' referenza E26/2002/I/9 fit-22 ta' Marzu 2021, aktar tard b'numru ta' referenza E26/2002/I/10, u iktar tard din is-sena L331/66 fil-15 ta' Ġunju 2022, għal liem ksur kienu qed jirreferu, u x'azzjoni ttieħdet jew se tittieħed sussegwentement?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, l-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità tal-Artijiet ispezzjonaw is-sit inkwistjoni u nnutaw illi infetaħ bieb li jagħti aċċess għal proprjetà tal-Gvern, u dan b’mod illegali. L-uffiċjali għadhom qegħdin jinvestigaw il-każ sabiex jidentifikaw lil min wettaq din l-illegalità. Aktar azzjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu ġaladarba jiġu konklużi dawn l-investigazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sit indikat fis-site plan (ritratt anness) huwiex mgħoddi mill-Awtorità tal-Artijiet lil terzi u jekk iva, b'liema proċedura ġie mgħoddi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit indikat huwa mikri.
Jista’ l-Ministru jindika min ġie kkonsultat qabel il-ħruġ tal-Avviżi Legali 161 u 163 tal-2022 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħinijiet tal-Ftuħ tan-Negozji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Fl-aħħar snin il-Gvern imbarka fuq numru kbir ta’ proġetti li taw ħajja ġdida lill-Belt Valletta. Proġetti li ngħataw relevanza ikbar bl-investiment li sar ukoll mis-settur privat. Grazzi għall-inizjattivi li ttieħdu, il-Belt esperjenzat żvilupp sostenibbli, it-tisbiħ u rinovar taż-żoni residenzjali u bini dilapitat kien irrestawrat u beda jintuża għal raġunijiet diversi. Bħala parti minn dan il-proċessi l-Gvern kontiwament jirċievi ideat, suġġerimenti u lmenti.
Li hu żgur li, kontra l-impressjoni li kien hemm min ipprova jagħti, il-Gvern m’għandu ebda ħsieb li l-Belt tinbidel f’Paceville ieħor. Minflok, l-Avviż Legali jirrifletti r-realtajiet tal-kapitali u għalhekk jgħid li għandha tindaqq mużika moderata f’numru ta’ toroq biss. Hu proprju għalhekk ukoll li l-avviż legali jitkellem fuq mużika moderata biss fil-ħin tal-estensjoni.
Awtorità tal-Artijiet – Skema għal xiri ta’ proprjetà għal min għandu residenza b’titolu ta’ qbiela
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun estiża ma’ Malta kollha l-iskema li ħarġet biex min għandu residenza b’titolu ta’ qbiela jkun jista’ jixtri l-proprjetà mingħand l-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-skema inkwistjoni tapplika diġà għat-territorju kollu tal-gżejjer Maltin fil jiem li ġejjien ser jitħabbru rati ta ħlas sabiex ikun jistagħu jiġu pproċessati l-ewwel applikazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapporti li operaturi privati ħadu kontroll ta’ area ta’ parkeġġ viċin Ta’ Qali Crafts Village li qabel kienet pubblika humiex veritieri? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-qbil bejn il-Gvern u dawn l-operaturi privati? Jekk m’hemmx kuntratt, jista’ jgħid x'passi ħa jew se jieħu l-Gvern biex dawn l-affarijiet ma jsirux?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li lura fl-2019 wara sejħa pubblika , ingħata encroachment ta’ art biex jintuża għall-parkeġġ, b’numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jsir tindif tal-post li li l-operatur jista’ jopera bejn is-18.00 u s-06.00.
Il-peremss ġie mġedded minħabba li waqt il-pandemija ma sarux avvenimenti tal-massa, fuq parti iżgħar ta’ art u l-kuntratt għal żmien iqsar.
Wara li dehru rapporti fuq il-media, dwar abbużi fil-ħin li kien qed jaħdem fih l-operatur, l-INDIS ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf il-kuntratt ta’ encroachment fis-27 ta’ Mejju 2022.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24716 li saret fil-11 ta’ Frar li għadda matul it-13 il-Leġiżlatura u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24101 u 23534 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xejn iktar xi nżid mat-tweġiba tal-mistoqsija 23250.
Peress li diversi impjegati tal-Air Malta jinsabu mħassba serjament dwar il-futur tagħhom fi żmien diffiċli ħafna, speċjalment meta l-għoli tal-ħajja qed jiżdied kif intqal mill-Ministru stess, u peress li l-iskadenza tagħhom biex jiġu trasferiti hija t-12 ta' Awwissu 2022, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex din il-bidla titlesta b'suċċess?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-Gvern għandu impenn li jittrasferixxi l-impjegati tal-Air Malta f’korpi governattivi oħra, jista’ l-Ministru jispjega għaliex l-istess Gvern mhux qed jikkunsidra li jassisti lis-settur privat li qed jixxennaq għar-riżorsi umani u jsib skema li permezz tagħha kulħadd jirbaħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Port Ħieles – proġett tax-shore to ship – finanzjament
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-istima għall-proġett tax-shore-to-ship fil-Port Ħieles, liema proġett ser jiġi ffinanzjat mis-Sinking Fund li għandha l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles u Fondi Ewropej taħt l-iskema Just Transition Fund?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istima għall-proġett tal-Onshore Power Supply hi stmata għal madwar Eur14m.
Jista’ l-Ministru jispjega kif ħajt li possibbilment inbena b’mod illegali b’estensjoni ma’ barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, jibqa’ ma jitneħħiex u għaldaqstant ikompli jimblokka lir-residenti tal-madwar milli anke jagħmlu użu tal-garaxx tagħhom minħabba li allura m’għandhomx l-aċċess dovut, u għaldaqstant qed jinkisrilhom dritt fundamentali li jgawdu l-proprjetà tagħhom fil-paċi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ CEOs li huma impjegati mill-Gvern, is-salarju u benefiċċji allokati għal kull CEO rispettiv.