Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Fgura tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fil-Fgura għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 126 Donazzjonijiet - 249 Kotba mislufa - 12,957

Raħal il-Ġdid – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Raħal Ġdid tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Raħal Ġdid għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 203 Donazzjonijiet - 297 Kotba mislufa - 41,692

Santa Luċija – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Santa Luċija tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Santa Luċija għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 222 Donazzjonijiet - 653 Kotba mislufa - 16,125

Birgu – kotba mixtrija u mogħtija lil-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Birgu tul is-sena 2018? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fil-Birgu għas-sena 2018 hu kif se nsemmi: Xiri ta' kotba ġodda - 64 Donazzjonijiet - 113 Kotba mislufa - 2,481

Kors tal-Mediċina fl-Università – kriterji ta’ eleġibbiltà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji ta’ eleġibbiltà sabiex studenti jirreġistraw u jidħlu għall-Kors tal-Mediċina fl-università li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istituzzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma teżistix fir-reġistru tal-NCFHE. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-istituzzjoni li l-informazzjoni dwarha qed tingħatalu separatament u b’mod kunfidenzjali, dawn għandhom akkreditat Baċellerat fil-Mediċina (Livell 6 fuq l-MQF) kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9224. Il-kriterji ta’ eleġibbiltà jinkludu livell tal-edukazzjoni f’Livell 4 fuq l-MQF, ekwivalenti għall-MATSEC, test onlajn li jeżamina l-kapaċitajiet tal-istudenti li jlestu l-kors, u intervista. Dawn it-tip ta’ kriterji japplikaw għall-maġġoranza ta’ programmi f’Livell 6.

Università – Kors tal-Mediċina – standards u kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li l-Kors tal-Mediċina offrut mill-Università li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwa tabilħaqq kors li jilħaq l-istandards u l-kriterji imposti mil-liġi Maltija u Ewropea għad-dħul fil-kors u għall-eleġibbiltà għall-professjoni u warrant ta’ tabib kif ukoll għar-rikonoxximent ta’ tali kwalifiki f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istituzzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma teżistix fir-reġistru tal-NCFHE. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-istituzzjoni li l-informazzjoni dwarha qed tingħatalu separatament u b’mod kunfidenzjali, il-Baċellerat f’Livell 6 fuq l-MQF mhuwiex eleġibbli għal warrant skont id-Direttiva 2005/36/EC li tipprovdi linji gwida fuq ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali. Bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta’ Istituzzjoni ta’ Edukazzjoni Ogħla, din l-istituzzjoni hija obbligata tinforma lil kull student prospettiv li dan il-kors ma jwassalx għal warrant la f’Malta u lanqas fl-Ewropa.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — miri tal-Horizon 2020

Question

Il-miri tal-Horizon 2020 huma li: a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa; b) tal-inqas 50% tal-persuni f’ advisory groups ikunu nisa; u c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru. Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9279.
Leg 13 PQ #9339 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Strateġija nazzjonali għall-isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titnieda l-istrateġija nazzjonali għall-isport filwaqt li jispjega l-proċedura kif ser tkun qed titfassal?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni għall-istrateġija nazzjonali għall-isport u l-attività fiżika għall-għaxar snin li ġejjin twaqqfet fil-bidu ta' Novembru li għadda. Mill-ewwel beda xogħol mal-Kumitat Olimpiku Malti li huma parti integrali minn din l-istrateġija, kif ukoll bdiet diskussjoni interna fuq d-dokument 'politika nazzjonali għall-isport' li ħareġ għall-konsultazzjoni f'Diċembru 2016 u li qed iservi bħala bażi għat-tfassil tal-istrateġija l-ġdida. Minn Diċembru bdew isiru laqgħat regolari ma' entitajiet differenti relatati mas-suġġett li qed jingħataw l-opportunità jagħmlu l-proposti tagħhom. Bħalissa wkoll għaddej studju fuq l-attività fiżika f'Malta, studju mal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet reġistrati ma’ SportMalta, kif ukoll Economic Impact Assessment għall-isport għas-sena 2018. Il-kummissjoni qed tiltaqa' regolari fejn beda t-tfassil tal-ewwel draft tal-istrateġija li ser tkun qed titnieda f'Ġunju li ġej.
Leg 13 PQ #9367 Sitting 205 2019-03-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Servizz ta’ Psikologu — użu minn studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizz ta’ psikologu f’dawn l-aħħar tliet snin u jekk hemmx xi lista ta’ stennija? Kif jistgħu l-ġenituri jagħmlu użu minn dan is-servizz għall-benefiċċju ta’ uliedhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2016, 2017 u 2018 il-Psikologi fi ħdan l-iSchool Psychological Service raw 3,105 każijiet. Il-Lista ta’ Stennija f’Mejju tal-2016 kienet ta’ 1,382 filwaqt li fi tmiem is-sena 2018 kienet ta’ 390. Is-servizz hu fuq bażi ta’ Open Referral system u għaldaqstant il-ġenituri jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz dirett billi jimlew ir-Referral Form huma jew jitolbu assistenza mill-iskejjel. Din l-istatistika hija tal-iSchool Psychological Service fi ħdan l-NSSS (National School Support Services) li hi responsabbli mill-iskejjel statali.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mistoqsija bħal din, fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' ħmistax-il sena, tinħtieġ ħafna xogħol u riżorsi umani sabiex tinġabar. Għalhekk, nitlob l-Onor. Interpellant li jekk għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar reklamar partikolari, nitolbu jindika fejn meħtieġ.
Leg 13 PQ #8996 Sitting 204 2019-03-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex – Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Iskola Primarja ġdida tar-Rabat Għawdex, li issa ilha mwiegħda iktar min ħames snin, tilqa' fiha l-ewwel studenti? Jista' jgħid jekk ħarġux il-permessi meħtieġa min-naħa tal-P.A? Jista' jgħid jekk it-tenders ħarġux u ġewx awarded? Jista' jgħid kemm se tkun tista' tilqa' studenti din l-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-timeframes tal-proġett ta' bini ta' skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, se jkunu determinati kif jinħarġu l-permessi mill-Awtorità għall-Ippjanar. It-tenders għadhom qegħdin jinħadmu. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-iskola se tkun tista’ tilqa’ 500 student.

Studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8869, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ tfal b’diżabilità intellettwali, fiżika u/jew mentali? Jista’ jgħid f’liema skejjel qegħdin jattendu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università — liċenzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta applikat u ngħatat il-liċenzja biex topera bħala università? Jista’ jgħid ukoll meta bdiet l-operat tagħha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont ir-reġistru tal-NCFHE, l-istituzzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma teżistix. L-unika istituzzjoni fir-reġistru tal-NCFHE li l-Onor. interpellant jista’ jkun qed jirreferi għaliha hija dik li l-informazzjoni dwarha qed tingħata lill-Onor. Interpellant separatament u b’mod kunfidenzjali. Imma din l-istituzzjoni qatt ma kellha liċenzja ta’ Università. Din hija Istituzzjoni ta’ Edukazzjoni Ogħla u bdiet l-operat tagħha f’Ġunju tal-2018.
Leg 13 PQ #9143 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Foundation for Educational Services — Childcare Centres privatizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li s-seba' ChildCare Centres immexxija mill-Foundation For Educational Services se jiġu pprivatizzati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għandha diġà ċentri amministrati mill-privat, bil-kuntratt tagħhom jiġi fi tmiem it-terminu tagħhom. Dan il-mudell kien introdott fl-2008. Il-Fondazzjoni ser tkun qed iżżomm dan il-mudell u tinkludi wkoll ċentri ġodda li għadhom ma nfetħux u dak tal-Gżira. Fil-każ tal-Gżira l-impjegati ser jibqgħu impjegati mal-FES.
Leg 13 PQ #9144 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola ta' Marsascala — għamara - tenders

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-għamara li tpoġġiet fl-iskola l-ġdida ta’ Marsascala hi fil-fatt dik li ħarġet t-tender għaliha u li għaldaqstant hija skont l-ispecifications mitlub fit-tender document?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li, kif dejjem isir u skont il-proċedura normali, l-aċċertamenti meħtieġa fuq din il-materja ser ikunu qed isiru.
Leg 13 PQ #9145 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

National Sports School — track u pool

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux it-track u l-pool għan-National Sports School imħabbra fil-miżuri tal-baġit tal-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-MEDE wettaq ħidma interna għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri. Il-ħidma inkwistjoni saret ma’ numru ta’ partijiet interessati, fosthom esperti tal-isport u esperti tekniċi. B’segwitu ta’ dan, qed jiġi abbozzat dokument li jissottolinja l-possibiltajiet u l-bżonnijiet varji kemm tal-istudenti, kif ukoll tal-pubbliku ġenerali fl-użu ta’ dawn il-faċilitajiet.
Leg 13 PQ #9146 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ħad-Dingli — Skola ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li jerġgħu jinbnew issa aktar kmamar fl-iskola l-ġdida ta’ Ħad-Dingli li nfetħet biss tliet snin ilu? X’kien il-pjan li jinbnew issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini ta' klassijiet ġodda fis-Senior School f'Ħad-Dingli qiegħed isir biex ikunu jistgħu jiżdiedu l-laboratorji u l-workshops għal suġġetti vokazzjonali.
Leg 13 PQ #9147 Sitting 203 2019-02-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ħad-Dingli — skola ġdida - faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida ta’ Ħad-Dingli għada mingħajr faċilitajiet sportivi? Ħadd ma għamel studji u pjanijiet preliminari dwar jekk dawn setgħux isiru fl-inħawi proposti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Senior School f'Ħad-Dingli għandha faċilitajiet sportivi, kif filfatt jixhed ir-ritratt li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma' din it-tweġiba. Jista' jkun li l-Onor. interpellant qed jagħmel referenza għall-applikazzjoni li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għamlet mal-Awtorità għall-Ippjanar sabiex ikun żviluppat kumpless sportiv biswit l-istess skola. Dan il-kumpless ikun qed itejjeb il-faċilitajiet sportivi eżistenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8841, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #9137 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għalliema stmati li se jirtiraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studju/kalkolu ta’ kemm huwa stmat li se jirtiraw għalliema bl-età fil-ħames snin li ġejjin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Strateġija u Sapport, l-għadd ta’ persuni preżentement fil-grad ta’ għalliem li fil-ħames snin li ġejjin jilħqu l-età li jistgħu jirtiraw huwa ta’ 122. In-numru ta’ kemm għalliema effettivament se jirtiraw fil-ħames snin li ġejjin jista' jvarja għal diversi raġunijiet fosthom għalliema li jieħdu promozzjoni, irtirar kmieni għal raġunijiet mediċi u oħrajn. Barra minn hekk, persuna tista’ tibqa’ fl-impjieg sa l-età ta’ 65 sena jew tagħżel li tirtira qabel jekk ikollha l-ammont rikjest ta’ bolol imħallsa.