Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sena skolastika 2024 — 2025 – Assenteiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-rata ta’ assenteiżmu tas-sena skolastika 2024-2025? Jista’ jgħid ukoll: i. X’inhi r-rata ta’ assenteiżmu tas-sena skolastika 2024 – 2025, skont il-ġeneru?; ii. Kif inhi meta mqabbla mas-sentejn skolastiċi ta’ qabel (2022-2023 u 2023-2024)?; u iii. Kif inhi meta mqabbla mal-iskejjel tal-Knisja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ assenteiżmu tas-sena skolastika 2024-2025, skont il-ġeneru u mqabbla mas-sentejn skolastiċi ta’ qabel, 2022-2023 u 2023-2024, hija skont kif jidher hawn taħt: Sena Skolastika Ġeneru Assentei ż mu (%) 2022/23 Femminil 5.69% Maskil 5.46% 2023/24 Femminil 5.86% Maskil 5.70% 2024/25 Femminil 5.40% Maskil 5.10% Id-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar l-assenteizmu fi ħdan l-Iskejjel tal-Knisja.

Sena skolastika 2024 — 2025 – Skejjel primarji – Assenteiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tul is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tul is-sena skolastika 2024/2025 kienet ta’ 3.56%

Skejjel statali tal-primarja — Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-primarja fil-grad ta’ għalliema li laħqu l-età tal-irtirar f'xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u xorta baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka wkoll f’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel statali dawk primarji, medji u sekondarji, matul is-sena skolastika msemmija kien hawn 35 għalliem li laħqu l-età tal-irtirar u baqgħu fil-kariga tagħhom.

Skejjel statali tal-medja — Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fl-iskejjel statali tal-medja fil-grad ta’ għalliema li laħqu l-età tal-irtirar f'xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u xorta baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka wkoll f’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29948.

Skejjel statali tas-sekondarja — Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm edukaturi fl-iskejjel statali tas-sekondarja fil-grad ta’ għalliema li laħqu l-età tal-irtirar f'xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u xorta baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka wkoll f’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29948.

MCAST — Kors għal Health Carers (Livell 2)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28964 u jgħid kemm-il persuna applikat għall-kors ta’ Health Carers (Livell 2) fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 28964 diġà ġiet imwieġba.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23946, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28006.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt għal-laqgħa informali tal-EYCS fil-Polonja. Niġi mistieden ukoll f’diversi laqgħat f’fora tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Kunsill tal-Ewropa, madankollu l-attendenza tiegħi tiddependi minn xogħol Ministerjali.

Prinċipali ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx appuntati prinċipali ġodda mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid min huma u f’liema pożizzjoni ġew appuntati u liema kriterji ntużaw biex dawn il-persuni ġew magħżula?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet appuntata Head of College Network ġdida fil-Kulleġġ ta’ San Nikola. Il-kriterji li ntużaw sabiex ġiet magħżula ġew stabbiliti b’mod ċentrali u jaqgħu taħt il-linji gwida tas-SAAC.

Sena skolastika 2024-2025 — Assenteiżmu fi skejjel primarji - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li attendew skola primarja tal-istat matul is-sena skolastika li għaddiet, ingħataw ċitazzjoni minħabba assenteiżmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sena skolastika 2024-2025 — Assenteiżmu fi skejjel medji - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li attendew skola medja tal-istat matul is-sena skolastika li għaddiet, ingħataw ċitazzjoni minħabba assenteiżmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Sena skolastika 2024-2025 — Assenteiżmu fi skejjel sekondarji - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li attendew skola sekondarja tal-istat matul is-sena skolastika li għaddiet, ingħataw ċitazzjoni minħabba assenteiżmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

MFHEA — Onorarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-onorarja u kemm huma l-allowances taċ-Chairman, tas-Segretarja, u tal-Membri li qegħdin fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22674.

MFHEA — Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla - Fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm alloka fondi l-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) speċifikament għall-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li bosta mill-oqsma ikkunsidrati fl-Istrategija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla mħabbra mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) f’Lulju 2024, huma diġà koperti mill-istima finanzjarja tal-ispejjez għall-operat tal- Awtorità. Inoltre, nirreleva li oqsma oħra huma koperti b’numru ta’ proġetti kurrenti u oħrajn prospettivi li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.

MCAST — Kors għal Health Carers (Livell 2)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28963 u jgħid jekk infetaħx il-kors għal Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jinkiseb iċ-ċertifikat neċessarju, il-ħaddiema minn Skala 13 jitilgħu għal Skala 12?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 28963 diġà ġiet imwieġba.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29536 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25403, dwar xogħlijiet fil-Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar minn April 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.

San Pawl il-Baħar – Skejjel primarji

Question

Peress li jidher li l-iskejjel preżenti mhumiex biżżejjed għat-tfal li joqogħdu fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar (partikolarment fejn jikkonċerna l-iskola tal-Qawra), jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li tinbena skola primarja oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jew li ssir estensjoni tal-iskejjel eżistenti? Jekk dan mhux ippjanat, kif inhu mistenni li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel statali — Livell primarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell tal-primarja, li laħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika msemmija, mill-iskejjel statali primarji, medji u sekondarji, SLT wieħed baqgħet fil-kariga tagħha wara l-età tal-irtirar.

Skejjel statali — Livell medju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell medju, li laħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29829.