Billi ilu jiġi mwiegħed li ser issir sejħa għal precinct officers biex jikkordinaw xogħol ta' maintenance fl-iskejjel, tista' l-Ministru tagħti data ta' meta ser joħorġu dawn is-sejħiet biex jimtlew dawn il-postijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sejħa għall-applikazzjoni għal College Precinct Officer ħarġet. Qed jiġu evalwati l-applikazzjonijiet u l-intervisti ser isiru fix-xahar ta’ Lulju.
Tista' l-Ministru tgħid minn fejn ġie r-roof membrane li ġie mwassal fl-iskola primarja tas-Siġġiewi nhar l-ewwel tas-sena 2009 biex jissewwa x-xogħol ħażin li kien sar mill-kuntrattur fuq is-soqfa tal-istess skola? Min awtorizza dan ix-xogħool ta' tiswija? Billi nhar l-ewwel tas-sena hija festa pubblika, min awtorizza l-overtime tal-individwu li wassal ir-roof membrane billi dan huwa impjegat tal-Gvern? Liema entità ser tagħmel tajjeb għal dan l-overtime- Direttorati tal-Edukazzjoni jew l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ewwel parti tal-Mistoqsija diġa’ ġiet imwieġba f’Mistoqsija Parlamentari numru 5431.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija ma jirriżultax li kien hemm xi individwu li tqabbad mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada sabiex jidħol
overtime
fil-perjodu msemmi, sabiex jagħmel xi xogħol konness mal-
membrane
tal-iskola imsemmija.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ikalkulat kemm ħarġu żgħażagħ illitterati mill-iskola, fis-sena skolastika li spiċċat Mejju-Ġunju 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning mhux f’pożizzjoni li jikkalkula n-numru ta’żgħażagħ illitterati li ħarġu mill-iskejjel.
Skond l-aħħar ċensiment tal-2005 persuna literata hija persuna li taf tikteb u taqra sentenza sempliċi fuq il-ħajja tagħha ta’ kuljum.
L-istudenti li joħorġu mill-iskejjel sekondarji jieħdu magħhom ċertifikat li juri kif marru fl-eżamijiet li jagħmlu fl-aħħar tas-sena. Fil-preżent id-Direttorat tal-
Quality and
Standards in Education
qiegħed jaħdem biex kull tifel u tifla li jispiċċaw mill-iskola obbligatorja jkollhom ċertifikat li juri kif marru mhux biss fuq livell akkademiku iżda wkoll jippreżenta l-ħiliet, il-kapaċitajiet u dawk l-aspetti li jkunu żviluppaw waqt li jkunu jattendu l-iskejjel tagħna. Dan ikun jista’ jservi ta’ passaport għal aktar studju jew biex jidħlu fil-kamp tax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid x'ser u x'qed isir sabiex tonqos il-problema gravi ta' tfal li joħorġu mill-iskola ta' 16-il sena mingħajr ħiliet bażiċi ta' qari u ħiliet oħrajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal li jaslu fis-sekondarja u għandhom diffikultajiet serji fil-qari u fil-kitba qegħdin jingħataw taħriġ li jiffoka aktar fuq il-bżonnijiet tagħhom. Għal dan il-għan l-għalliema jagħtu lezzjonijiet addizzjonali li jiffukaw fuq il-Malti, l-Ingliż u/jew il-Matematika skond il-ħtieġa.
Id-Direttorat tal-Kwalita’ u Standards ta’ l-Edukazzjoni wkoll qed jagħti taħriġ lil dawk l-għalliema li huma risponsabbli biex jgħinu l-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi.
Din is-sena id-Direttorat ħejja wkoll strateġija -
National Policy and Strategy for the Attainment of Core Competences in Primary Education
biex l-għalliema jgħarfu d-diffikultajiet li xi tfal qed jiffaccjaw fl-iżvilupp tal-qari u tal-kitba u b’hekk jagħtuhom l-għajnuna meħtieġa f’waqtha. Tul din is-sena skolastika id-Direttorat stieden lill-għalliema jattendu taħrig wara l-ħin ta’ l-iskola sabiex ikunu aktar imħarrġa biex jgħinu lil dawk it-tfal li qegħdin jaqgħu lura. L-għan hu li tiġi megħluba l-problema qabel ma t-tfal jersqu għas-settur sekondarju.
Minn Settembru li ġej kull skola hija mistennija li tiffokka aktar fuq l-iżvilupp tal-kitba u tal-qari għat-tfal kollha.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Għawdxin maħtura f'bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u tgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Bini ta' websites
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-dekasteru tagħha, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Experience — informazzjoni dwar id-dokumentarju li jintwera
Question
Tista' Ministru tagħti informazzjoni dwar id-dokumentarju li jintwera lit-turisti fil-Malta Experience? Meta inkiteb? Tikkonferma li f'dan id-dokumentarju ma jsirx imqar acknowledgment ta' Jum il-Ħelsien jew imqar shot wieħed tal-Perit Dom Mintoff? Bl-istess mod li, ġustament, jingħata credit lil persunaġġi politiċi kbar oħrajn, ma taħsibx li s-sewwa titlob li tingħata stampa aħjar ta' l-istorja tagħna, inkluż ta' persunaġġi bħal dak appena imsemmi? Mil-lat purament oġġettiv u b'lenti klinika, il-Ministru hija kuntenta b'dan id-dokumentarju li jintwera lit-turisti li jattendu l-Malta Experience?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta Experience hija attrazzjoni turistika mtella’ u operata minn kumpanija privata u għalhekk il-kumitat ta’ tmexxija ma għandu l-ebda sehem fuq il-kontenut.
Minkejja dan, il-Ministeru qiegħed iġib din l-osservazzjoni għall-attenzjoni tal-operaturi għall-kunsiderazzjoni u verifika tagħhom.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm skejjel li fihom qed tinżamm l-iskola sajf din is-sena? X'tip ta' tagħlim/logħob jingħata lil dawk li jattendu din l-iskola? Min ikun inkarigat jieħu ħsieb lit-tfal li jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Numru ta’ Ċentri li fihom qegħda tiġi organizzata Skolasajf din is-Sena:
§ Malta – 46
§ Għawdex – 10
§ Skejjel Speċjali – 4 Malta u 1 Għawdex.
Tagħlim u logħob li jingħata lil dawk li jattendu din l-iskola:
§ Programmi ta’ drama, mużika, żfin, arti u krafts.
§ Festivals ta’ logħob sportiv
§ Quiz Edukattiv
§ Programmi edukattivi ma’ diversi entitajiet fosthom Sedqa, Caritas, Nature Trust, Fondazzjoni Wirt Artna, Campus FM, Heritage Malta, Institute of Tourism Studies., Tourism Sustainable Development Unit u Malta Hotels & Restaurant Association.
Taħt il-kappa ta’ Skolasajf hemm ukoll il-programm Klabbsajf li huwa programm għal dawk l-istudenti li matul is-sena skolastika kienu jirċievu edukazzjoni kumplimentarja. Dan il-programm huwa intiż għat-tfal tat-tieni u t-tielet sena tal-primarja. Minn dawn iċ-ċentri se jinfetħu 11 f’Malta u 3 f’Għawdex.
Kull ċentru huwa mmexxi minn Koordinatur li jista’ jkun Kap ta’ skola, Assistent Kap ta’ skola jew għalliema. Jieħdu ħsieb lit-tfal studenti universitarji fejn l-ewwel preferenza tingħata lil dawk li jkunu ġejjin mill-fakultà tal-edukazzjoni u xi studenti oħrajn li jkunu ġejjin minn fakultajiet oħra.
Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi — health and safety teacehrs - health hazards
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa skola b'skola mid-Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel biex jassigura li kull health hazard identifikat fir-risk assessments ta' kull skola imħejji mill-Health and Safety Teachers jiġi eliminat? Tista' wkoll tagħti lista komprensiva tal-health hazards identifikati fir-risk assessments ta' kull skola, skola b'skola għas-sena 2008? Kemm intefqu flus, skola b'skola, matul l-2008 biex jiġu indirizzati l-health hazards identifikati fl-2007 fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttur għall-Immaniġġjar ta’ Riżorsi tal-Iskejjel jiġbor id-dettalji ta’ kull skola u jikkomunika mal-iskejjel li jsibu ruħhom f’diffikulta’ u jgħinhom jew b’pariri jew b’għajnuna teknika skont kif ikun il-bżonn.
Id-Direttur mill-ewwel ħass illi r-
Risk Assessment
, li ilu jintuża għal dawn l-aħħar 5 snin, ma jirriflettix il-ħtiġijiet attwali ta’ riskju: jinkludi affarijiet li mhumiex ta’ riskju, ma jidentifikax min għandu r-responsabbilita’ li jirrisolvi l-problema u lanqas ma jagħti t-
time frames
sa meta għandhom jiġu solvuti.
Għalhekk inbeda proċess, li hu bbażat fuq direzzjoni uffiċjali tal-gvern, biex jinħoloq mod ta’ rapportar ġdid li jgħin kull Kap ta’ Skola biex jirrisolvi l-problema f’ordni ta’ prijorita’ u b’aktar effiċjenza. Darba li dan il-proċess jintemm, inkun nista’ nagħti l-informazzjoni mitluba b’korrettezza sħiħa.
Peress li r-rekords tal-iskejjel ma kienux jindikaw x’intefaq bi skop speċifiku, mhuwiex possibbli li tgħid kemm nefqet kull skola għall-eliminazzjoni tal-
health hazards
, l-aktar għax ħafna
items
jidhru bħala
maintenance
. Fis-sena 2008, l-iskejjel primarji u sekondarji ta’ Malta ingħataw direzzjoni li jonfqu madwar €53,576 biex jindirizzaw
Health and Safety issues
ta’ natura kapitali.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-miri tad-Directorate for Quality and Standards għas-sena 2009 li għalihom id-Direttur għall-Immaniġjar tar-Riżorsi fl-iskejjel irid jagħti s-support sħiħ tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-miri tad-Directorate for Quality and Standards għas-sena 2009 li għalihom id-Direttur għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel irid jagħti support sħiħ tiegħu huma l-eLearning u l-Edukazzjoni ta’ Kwalita’.
Id-Direttorati għal Serivizzi Edukattivi, permezz tad-Dipartiment għall-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel, qed jgħin fl-istudju li hemm bżonn rigward il-
connectivity
fl-iskejjel biex tintlaħaq il-mira ta’
eLearning
. Qed jagħti sehem ukoll fid-distribuzzjoni tal-
computers
, kif ukoll fix-xogħol tekniku li għandu x’jaqsam mal-
eLearning Platform
.
Rigward l-Edukazzjoni ta’ Kwalita’, dan id-Direttorat huwa responsabbli mir-
refurbishing
li qed isir fl-iskejjel u mir-riżorsi edukattivi li hemm bżonn.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' technicians li hemm fl-iskejjel tal-Istat u tgħid fejn qegħdin dawn? Kemm ilu kull technician impjegat mal-Gvern? X'inhuma l-kundizzjonijiet uffiċjali ta' dawn it-technicians?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Preżentement fid-Dipartiment għal Servizzi Edukattivi hemm tlett (3) persuni fil-grad ta’ Technician (1 f’Malta u 2 f’Għawdex). Filwaqt li wieħed minnhom bħalissa qiegħed fuq unpaid study leave, it-tnejn l-oħra qegħdin f’dawn l-iskejjel:
· Kulleġġ ta’ Għawdex, Liċeo tas-Subien Ninu Cremona, Victoria
· Kulleġġ ta’ Għawdex, Liċeo tal-Bniet Agius De Soldanis, Victoria
It-
Technician
f’Malta ilu fl-impjieg mal-Gvern mill-10 ta’ Jannar 2003, filwaqt li wieħed mit-tnejn f’Għawdex ilu mit-3 ta’ Marzu 2003 u l-ieħor mis-16 ta’ April 2004.
Fejn jirrigwardja l-kundizzjonijiet uffiċjali japplikaw ukoll għal dawn it-
Technicians
il-kundizzjonijiet ġenerali għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku imsemmija fil-
Public Service Management Code (PSMC).
Barra minn hekk,
skont kif jipprovdi paragrafu 2.2 tal-Ftehim ‘
Classification, Regrading and Assimilation of the Technical Class
’, persuna fil-Grad ta’
Technician
titpoġġa fi Skala ta’ salarju 15 u tilħaq
Senior Technician
fi skala 14 wara seba’ (7) snin servizz sodisfaċenti f’dan il-grad. F’każi fejn il-persuni maħtura jkollhom il-
Higher Technician Diploma
jew kwalifiki ekwivalenti jew kwalifika ogħla, il-perjodu msemmi ta’ seba’ (7) snin jitqassar għal ħames snin.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4311, tista' l-Ministru tgħid jekk l-ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni mill-ġenituri tal-istudenti in kwestjoni ġietx ivverifikata u jekk instabx li l-ġenituri kellhom raġun?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-talba tal-ġenituri ingħatat l-attenzjoni kollha meħtieġa. Kull meta jkun irrappurtat xi nuqqas, tittieħed azzjoni skont kif hemm provdut fil-ftehim.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4310, tista' l-Ministru tgħid kemm ser tiġi tiswa l-għażla tal-ambjent tipikament Għawdxi biex tinżamm l-esibizzjoni tal-Health and Safety għal din is-sena? Għaliex id-dati li tat mhumiex dawk koretti? Għaliex ħafna mir-risposti rigward il-Health and Safety Unit u l-funzjonijiet tagħhom ma humiex qed ikunu kompletament koretti, bħal per eżempju in-numru ta' Peripatetic Health and Safety Teachers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-post fejn inzammet l-esibizzjoni tal-Health and Safety f’Għawdex bejn id-9 u t-13 ta’ Marzu 2009 ġie mogħti b’xejn lill-organizzaturi ta’ l-esibizzjoni. Spejjeż oħra jammontaw għal €114.00. Minn mindu ngħatat l-ewwel risposta (tal-Mistoqsija Parlamentari 4310), id-dati li kienu ppjanati fis-sajf, kellhom jinbidlu għax f’dawn id-dati, il-Health and Safety Teachers ġew imsejħa biex jattendu kors f’Malta.
Dwar il-
Peripatetic Teachers
tal-
Health and Safety
wieħed irid jagħmilha ċara li n-numru li tajna huwa wieħed korrett. In-numru ta’
Health and Safety Teachers
fil-Kulleġġi f’Malta u Għawdex hu ta’ 12. Nirreferu lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari 5443 għal informazzjoni aktar dettaljata.
Librerija Nazzjonali — kopja tax-xogħlijiet li saru
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4306 u b'żieda mal-istess mistoqsija tista' l-Ministru tgħid meta kienet is-sena li ħareġ fuq is-suq kull xogħol li hemm fil-lista li poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, u meta kienet id-data meta kull stampatur jew awtur poġġa l-kopji rikjesti bil-liġi fil-Librerija Nazzjonali? Ingħataw irċevuta dawk li poġġew il-kopji tax-xogħlijiet tagħhom fil-Librerija Nazzjonali? X'inhi d-data ta' kull riċevuta li ħarġet ma' kull depożitu f'dan ir-rigward u f'isem min ħarġet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Mobile Phones
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-Ministeru tagħha u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hi responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tiddikjara jekk il-Gvern tefax ħarstu lejn il-parteċipazzjoni ta' pajjiżna fil-Formula 1? Kien hemm kuntatti f'dan is-sens? Jekk iva, x'konklużjonijiet ħallew? Jekk le, qatt saru studji dwar il-feasibility ta' pajjiżna f'xi ħaġa bħal din?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont informazzjoni migbura jidher illi fil-passat, għall-ħabta tal-1999, kienu saru xi proposti simili lill-Ministeru li dak iż-żmien kien responsabbli mill-iSport. Matul din il-legislatura, ma ttieħdet ebda konsiderazzjoni f’dan ir-rigward. Madankollu il-Gvern huwa miftuħ għal kull proposta li tasallu.
Tista' il-Ministru tiddikjara:
1) Kemm hi n-nefqa allokata għall-MITP għas-sena li qegħdin fiha u kif tinqasam?
2) Kemm ittellgħu produzzjonijiet teatrali fl-MITP bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-aħħar ta' Mejju 2009? Liema kienu? Kemm attendew nies f'kull produzzjoni?
3) Kemm daħħal revenue il-Gvern mill-MITP?
4) Taħseb il-Ministru li l-MITP għandu bżonn facelift strutturali biex il-post jilqgħek iktar? Għandu xi ħsieb dwar dawn il-linji l-Gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża għas-sena 2009 biex jinżamm l-MITP, huwa ta’ madwar €5680 li hija allokata permezz tal-Uffiċċju tal-Estates and Works tal-Università.
In-numru totali ta’ produzzjonijiet kien ta’ 32 u imqassmin hekk:
Band – 3
Drama – 8
Comedy – 2
Musical – 1
Theatre Exams – 2
Kunċert – 2
University Theatre Workshop – 4
Performances tal-iskejjel – 10
Numru totali ta’ performances: 131
Informazzjoni dwar in-numru ta’ nies li attendew għal kull produzzjoni tinżamm mill-kumpaniji infushom li huma responsabbli għall-bejgħ tal-biljetti tal-produzzjonijiet tagħhom stess.
L-Universtità ta’ Malta tinkoraġġixxi attivitajiet teatrali permezz tal-MITP. Ħafna minn dawn l-attivitajiet huma produzzjonijiet teatrali esperimentali jew alternattivi li probabilment ma jitgħellux f’postijiet oħra f’Malta u Għawdex. Għal dan l-għan, ir-responsabbiltà professjonali tal-operat tal-MITP, ġiet afdata mill-Università lill- Kooperativa Kulturali Universitarja (KKU).
Il-KKU mhix entita’ tal-Universita’, u meta tagħmel xi profitt din terġa tinvestieħ fuq produzzjonijiet ġodda jew fuq il-manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-MITP. Għalhekk l-Universita’ ma taqlax flus direttament mill-MITP.
Hemm ħsieb li s-sitwazzjoni tiġi reveduta jekk il-faċilitajiet ta’ teatru jiġu żviluppati aktar fil-futur, hekk kif iktar mill-ispazji okkupati minn entitajiet terzi fil-bini tal-Università l-Belt jiġu vakati u rritornati lill-Università. Hemm ħsieb li dawn l-ispazji jiġu użati mill-Università għall-
performing arts
li jinkludu teatru, danza u mużika, kif ukoll koreografija bbażata fuq l-aħjar użu ta’ teknoloġija diġitali. B’hekk meta jsir dan, l-Università tispera li tkun tista’ tiġġenera introjtu li jgħin biex isostni attivitajiet għal dan l-għan.
Fit-teatru tal-MITP, diġà sar titjib strutturali permezz ta’ seating aħjar u faċilitajiet oħra aħjar bħal toilets ġodda. Hemm pjan biex isir refurbishment tat-teatru kollu. Dan ħa jsir f’fażijiet u fuq medda ta’ snin. It-titjib imsemmi hawn fuq jagħmel parti mit-titjib li qed isir fuq short u medium term. Titjib strutturali ieħor ser isir skont kemm jippermettu l-fondi allokati.
Tista' l-Ministru tispjega fiex waslu t-taħdidiet mad-dilettanti tal-Karnival dwar post minn fejn huma joperaw, anke fid-dawl tal-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni? X'se jiġri wara l-2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-taħdidiet mad-dilettanti tal-Karnival dwar il-postijiet jinsabu għaddejja u qed jiġu evalwati diversi postijiet minn fejn dawn jistgħu joperaw għall-Karnival ta’ Malta.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex kien hemm ħafna studenti tal-Junior Lyceum li ma rċevewx ir-riżultat bl-sms bħal tfal oħra u ma kellhomx opportunità li jiċċekjaw ir-riżultat tagħhom xi mkien ieħor? Ma taħsibx li din il-proċedura ħolqot tensjoni bla bżonn fuq dawn it-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għan li r-riżultati jintbagħtu bl-SMS kien li t-tfal u l-ġenituri jirċievu r-riżultat tagħhom kmieni kemm jista’ jkun.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport għadda r-riżultati lis-server kmieni fit-22 ta’ Ġunju 2009. Sfortunatament, minħabba problema teknika, madwar 650 studenti mit-3196 li għamlu l-eżami ma rċevewx ir-riżultat sa l-għada filgħodu.
L-unika alternattiva dejjem tibqa’ l-posta.