Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Planning Authority – ħlas għal xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba numru 14168, jista’ l-Ministru jelenka dettaljatament ix-xogħol li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-fatt għamel għall-Awtorità tal-Ippjanar wara Marzu 2013 (jiġifieri mhux għax-xogħol li għamel għall-Partit Laburista qabel Marzu 2013)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14610.

Torri l-Aħmar — Id-Dahar - tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14376 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jindika jekk hux ser isiru t-tiswijiet meħtieġa fuq binjiet li hemm fiż-żona magħrufa bħala “Id-Dahar” li tiġi l-ġewwa mit-Torri l-Aħmar biswit ir-Radar Station? Dawn il-binjiet li ilhom abbandunati għal numru ta’ snin qed ikunu dejjem kaġun ta’ abbużi varji apparti li qegħdin fi stat infrastrutturali kkundannat u allura huma ta’ periklu kbir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona msemmija fil-mistoqsija parlamentari qed tkun evalwata biex tkun integrata f’proġett ta’ rijabilitazzjoni u tisbiħ fil-pjan ta' amministrazzjoni għal żoni ta' Natura 2000.

Il-Magħtab u n-Naxxar – rotot

Question

Jista' l-Ministru jelenka kif ser jikkumpensa lir-residenti tal-madwar minħabba l-inkwinament li ser jinħoloq minħabba liż-żibel kollu ta' Malta issa ser jgħaddi minn lokalità waħda, ċjoè, il-Magħtab u n-Naxxar? Jista' jippubblika r-rotot prinċipali li ser jintużaw waqt il-bini u l-operat ta' dawn l-impjanti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant, il-viżjoni u l-ħidma tagħna huma l-oppost tal-prattiċi ta’ amministrazzjonijiet preċedenti, jiġifieri li l-Magħtab tkun il-miżbla tal-pajjiż u allura l-oppost mill-prattiċi ta’ landfilling. L-impjanti state-of-the-art se jkunu qed jibdlu l-iskart f’riżorsa. Dan qed nagħmluh biex nilħqu l-miri ambjentali, ta’ riċiklaġġ u għax hekk jixraqlu l-poplu Malti. Il-familji tal-madwar se jaraw prattiċi ta’ landfilling, bil-ħsara kollha li ħolqu fil-passat jonqsu drastikament u jaraw ambjent ħafna isbaħ u aħjar. Kliem fieragħ tal-passat li qatt ma twettaq dwar il-magħtab issa spicca. Din hi era ġdida. Intant, kull studju li l-awtoritajiet kompetenti ser jitolbu, inkluz fuq it-traffiku, dawn isiru u l-miżuri neċessarji jittieħdu. Nisħaq u nirrepeti li l-gvern preżenti qed jimplimenta il-proġett ECOHIVE li ser jagħti nifs ġdid liż-żona billi b’mod konkret ser inkunu qed nimxu lil hinn min dipendenza massiċċa fuq landfilling.

Magħtab – engineered landfill

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’kemm-il metru kwadru fond u wisa’ ġiet (/jew ser tiġi) estiża ż-żona għal engineered landfill fil-kumpless tal-Magħtab, wara li tal-Għallis issa hi mimlija?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-enginereed landfill il-gdida, se jkollha volum kumplessiv ta 1,844,338m3. Dan jinkludi kemm iz-zona ta' taht l-art u anka il-parti li tittella 'l fuq mill livell ezistenti ta l-art, bhall ma hu l-kaz fil-landfills l-ohra. Il-footprint totali taghha hu ta 31,000m2 u l-fond massimu mill-livell tal-art hu ta 45m.

Magħtab – estensjoni tal-landfill

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti tal-kumpless tal-Magħtab tinsab l-estensjoni tal-landfill, kemm ġie eskavat materjal u x’sar mill-materjal skavat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-estensjoni li qed jirreferi ghaliha hu fil-fatt hija dik li kienet l-hazardous cell li tinstab fin-naha tal-Lbic fil-kumpless tal-WasteServ gewwa l-Maghtab u li l-Gvern iddecieda li ifannadha iktar fil-fond sabiex ikun ikkreat spazju imdaqqas ghall-landfilling. Jien infurmat li sa l-ahhar ta April 2020 il-fuq min 400,000m 3 gew skavati u mibghuta f’facilitajiet licenzjati.

Landfill – skart u lifespan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart tesa’ u x’inhi l-lifespan tal-landfill?

Response (FARRUGIA, AARON)

Il-mizbla l-gdida mistennija tesa 1,844,338 metri kubi. Wiehed jrid jikkonsidra ‘landfilling’ li jammonta ghal bejn wiehed u iehor it-360,000 tunnellata ta’ skart fis-sena, flimkien ma’ volumi ta’ saffi mandatorji bhal ‘stabilization layers, capping etc.’ li komplessivament se jlahhqu medja ta’ 395,000 tunnellata fis-sena. B’hekk din il-facilita mistennija taghtina bejn wieħed u ieħor, 41 xahar ta’ uzu operatti. Dan l-investiment ser iwassal ghal aprocc ta’ ekonomija cirkulariu u b’hekk din il-figura mistennija tigi estiza b’mod sostanzjali. Dan ikompli jenfasizza l-importanza ta’ l-istrategija ta’ dan il-gvern sabiex l-impjanti jitwettqu malghajr kemm jista jkun.

Skart li hu stmat li jiġi landfilled

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart hu stmat li se jiġi landfilled sakemm jinbena l-impjant tal-waste to energy?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kull sena, madwar 300,000 tunnellata ta’ skart qed jiġu landfilled. Sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri li qed jimplimenta l-gvern mhuwiex mistenni li dan l-ammont jonqos b’mod konsiderevoli. Madankollu ta’ min wieħed iżid li l-istrateġija l-immaniġġar ta’ l-iskart il-ġdida ser ikolla diversi miżuri li jkomplu fuq l-approċċ ta' reduce, re-use, recycle. Minkejja dan, xorta waħda nafu li l-ekonomija ta' dan il-pajjiż qiegħdha dejjem tikber u li għalkemm il-ġenerazzjoni per kapita hemm sforzi kbar biex tiġi indirizzata, wieħed ma jistax jinjora l-fatt li l-popolazzjoni tal-pajjiż qiegħda tikber. Dan qed jiġi kkunsidrat u tant hu hekk li l-impjant tal-waste to energy, għalkemm ħa jkollu l-kapaċità neċessarja biex jindirizza dawn il-bżonnijiet, hu ser ikollu żewġ linji biex meta l-quddiem għad jonqos il-bżonn tiegħu f’perjodi partikolari tas-sena, linja minnhom tkun tista' tintefa.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 13983.

Nadur Għawdex – Triq it-Torri ta’ Kenuna – approvazzjoni mill-ERA għax-xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet u d-dokumenti meħtieġa biex ikun jista’ jibda x-xogħol ta’ emerġenza ġewwa Triq it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur Għawdex, u meta hu mistenni li l-ERA tagħti l-clearance biex ikun jista’ jibda x-xogħol meħtieġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni se tinghata f’seduta ohra ghax ghada qed tingabar.

Park tal-Majjistral – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14377 u jgħid fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-valur tal-investiment li sar mill-Gvern fil-Park tal-Majjistral, sena b'sena, bejn Jannar 2014 u April 2020?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-Park tal-Majjistral hemm ftehim ta’ ġestjoni bejn l-Ministeru, l-ERA u n-Nature Trust Malta, Din L-Art Ħelwa u l-GAIA Foundation li flimkien jiffurmaw il-Heritage Parks Federation li hija responsabbli għall-immaniġġjar tal-Park. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li kien ffirmat f’Jannar 2008 u għadu fis-seħħ sal-lum. Il-Ministeru jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Park ta’ € 69,881 kull sena. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li bdew d-diskussjonijiet rilevanti biex ikun aġġornat dan l-Ftehim ta’ Ġestjoni. Ninsab infurmat ukoll li apparti minn dan, sabiex tindirizza diversi aspetti marbuta mal-bijodiversità u biex timplimenta l-Pjan ta’ Tmexxija tan-Natura 2000 dwar l-Irdumijiet ta’ Malta - Mir-Ramla taċ-Ċirkewwa sar-Ramla tal-Mixquqa li huma fiż-żona protetta fil-Park, f’Dicembru 2017 kien ffirmat ftehim (li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) bejn l-ERA u l-Bord tal-Park. Permezz ta’ dan il-ftehim, li wkoll qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ERA qiegħda tipprovdi l-appoġġ finanzjarju lill-Bord biex jittlestew diversi xogħlijiet u matul l-aħħar sentejn ix-xogħlijiet li saru jammontaw għas-somma ta’ €340,950.60. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-nefqa tal-flus mill-Bord. Sadanittant irrid infakkar li x-xogħlijiet li saru, anke bl-ghajnuna tal-Ministeru, Ambjent Malta, Wasteserv u l-ERA; kienu jinkludu t-tneħħija ta’ 6,800 tunnellata ta’ materjal ta’ kostruzzjoni u speċi aljeni invażivi mix-Xagħra l-Ħamra, Għajn Żnuber u Il-Prajjiet, t-tħawwil ta’ siġar u arbuxxelli indiġeni, restawr fuq bini kulturali, pubblikazzjoni ta’ kotba u Open Weekend għall-pubbliku fl-2018. Xogħlijiet oħra huma previsti għall-2020, inklużi r-restawr tal-ambjenti naturali, ir-riabilitazzjoni u / jew it-tħawwil ta’ pjanti u siġar indiġeni.

Għawdex – Ta’ Kerċem – sfreġju fuq l-Għadira ta’ San Rafflu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom wara sfreġju li sar fug l-Għadira ta' San Rafflu f'Ta' Kerċem Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid bi preċiżjoni x'kienet is-sustanza li nxteħtet fl-ilma? Jista' l-Ministru jispjega xi ħsara saret lill-biodiversità taż-żona? Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir biex jitnaddaf l-isfreġju?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (l-ERA), bl-assistenza tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, qed tinvestiga l-materjal preżenti fl-ilma. Mir-riżultati ta’ testijiet tal-ilma li saru jidher li ma kienx hemm preżenza ta’ żejt. It-testijiet mikrobijologiċi wrew preżenza ta’ batterji assoċjati mal-ħmieġ tal-annimali. Barra minn hekk, bl-għajnuna ta’ espert fil-qasam imqabbad mill-ERA, l-ewwel indikazzjonijiet juru li fl-għadira hemm preżenza sostanzjali ta’ organiżmi mikroskopiċi li setgħu ikkawżaw dan l-episodju. Aktar dettalji dwar dan ikun jista’ jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.

Iż-Żejtun – Raħal t’isfel – Triq Sciortino – dar antika mwaqqgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm il-permessi meħtieġa biex ġiet imwaqqgħa dar antika li jien infurmat li għandha aktar minn 400 mitt sena fi Triq Sciortino fir-raħal t’isfel taż-Żejtun? Hija infurmata l-Awtorità tal-Ippjanar li din id-dar antika ma waqgħetx waħedha imma twaqqgħet b’gaffa? X’se jinbena minflok din id-dar billi r-raħal t’isfel taż-Żejtun għandu karatteristiċi partikulari? Hemm permessi validi tal-bini billi x-xogħol għadu għaddej? Jista’ ġentilment iwieġeb il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se tinghata seduta ohra ghax ghada qed tingabar.

Wasteserv — investiment

Question

Peress li l-Gvern għadu kif nieda kampanja dwar l-akbar investiment li l-Wasteserv ser tagħmel fil-Magħtab, jista’ l-Ministru jgħid minn liema pjan strateġiku dan l-investiment joħroġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Minn barra t-twegiba li inghatat ghal PQ14503 u d-dokumenti hemm referuti, ta min wiehed jghid li dan l-investiment huwa bbazat fuq principji cari u strategici li johorgu minn obbligi Ewropej. Dawn l-impjanti ser ikunu qed iwasslu lil pajjiz bix b’mod strategiku jilhaq l-obbligi tieghu bl-aqwa mod possibli.

Il-Magħtab – Strategic Environment Assessment

Question

Peress li d-Direttiva 2001/42/EC (SEA Directive) tikkonċerna studji ddettaljati fuq l-effetti li ċertu pjanijiet u programmi (inkluż dawk relatati mal-iskart) għandhom fuq l-ambjent, jista' l-Ministru jippubblika l-iStrategic Environmental Assessment li għamel il-Gvern sabiex wasal għad-deċiżjoni għall-investiment li ħabbar fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-impjanti kolla li thabbru u li qedin jigu proposti qedin jigu mghoddija mill processi ta studji u permitting neccesarji. Kull studju li ntalab mill awtoritajiet regolatorji u ta l-ipjanar qed isir u dawn jigu ppublikati bhala parti mill process tal-permitting.

Il-Magħtab – investiment — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-investiment li ħabbar fil-Magħtab hu investiment minn Fondi Ewropej?

Response (FARRUGIA, AARON)

ħNinforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma għamel fis-snin mgħoddija l-Gvern hu kommess li jagħmel użu tajjeb u sħiħ mill-fondi Ewropej allokati lill-pajjiżna. Iżda kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant l-ippjanar tal-programm il-ġdid ta’ fondi Ewropej għas-snin 2021 -2027 għadu għaddej u għal dan il-għan iridu jsiru d-diskussjonijiet rispettivi sabiex ikun assigurat li l-fondi jintużaw bl-aħjar mod u in linea mċar-regolamenti applikabbli fuq il-fondi. Li hu żgur huwa li nista’ inserraħ ras l-Onor. Interpellant minn zewg affarijiet. L-ewwel li l-impjanti mehtiega ghall-iskart ser isiru bl-ahjar mod u t-tieni li dal-Gvern ma jahlix fondi Ewropej u juzahom bl-ahjar mod.

Polluter Pays Principle – Cost Benefit Analysis

Question

Peress li r-regoli stabbiliti, inkluż dawk li joħorġu minn direttivi Ewropei, jisħqu fuq il-Polluter Pays Principle u peress li l-Gvern ser jagħlaq Sant'Antnin wara biss ftit żmien jopera, jista' l-Ministru jikkonferma kif ser japplika l-Polluter Pays Principle tul l-operat ta' dawn l-impjanti ġodda, ċjoè, għal għoxrin sena li ġejjin? Fid-dawl ta' dan, jista’ jippubblika l-Cost Benefit Analysis li għamel għal kull wieħed minn dawn l-impjanti ġodda ħalli l-poplu Malti jkun jaf x'qed jippjana l-Gvern fuq il-finanzjament ta' dawn il-proġetti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta ohra.

Wasteserv – art fil-Magħtab

Question

Qabel il-Wasteserv identifikat l-art li trid tittieħed fil-Magħtab, jista' l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-art imsemmeija ġiet identifikata wara li l-Wasteserv ħadet kont tal-infrastruttural ezistenti ġewwa l-Magħtab u l-ispazju li kull faċilita kellha bzonn inkluz l-ispazji ta' ċirkolazzjoni. Il-Gvern kien diġa aġixxa għall-ewwel rejazzjoni ta' dawk li kienu ser ikunu affetwati mit-teħid ta' l-art u naqqas b'mod konsiderevoli l-ammont ta' art li issa qeda tiġi proposta minn dik oriġinali. Saret konsultazzjoni mal-istakeholders kollha involuti nkluz il-kunsilli lokali, raprezentanti tal bdiewa, raprezentanti tar-residenti, raprezentanti tas-setturi kummercjali u ukoll NGOs li urew interess f’dan l-investiment. Irrid infakkar lill-Onorevoli Interpellant fil-miri l-ġodda li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret għar-riċiklaġġ tal-iskart, miri li għalihom jinħtieġu dawn il-faċilitajiet. Mingħajr dawn il-faċilitajiet mhux biss inkunu qegħdin infallu li nilħqu l-miri tagħna imma wkoll ikollna bzonn ħafna izjed art għal skop ta' engineered landfill (mizbla).