Embellishment ta’ housing estates fil-Mosta u Ħ’Attard
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6954, jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jsir embellishment fil-Housing Estates tal-Mosta u Ħ’Attard fejn skont din l-istess tweġiba ma sar xejn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tippjana li eventwalment għandu jsir xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fil-blokok kollha ta’ akkomodazzjoni soċjali li jinsabu fil-Housing Estates f’lokalitajiet differenti. Il-blokok kollha, jiġifieri 28 blokka, li jinsabu fl-Estate msejjaħ Ta’ Mlit fil-Mosta huma inklużi fil-programm ta’ Riġenerazzjoni ta’ din is-sena 2023, fejn diġà beda jsir xogħol ta’ manutenzjoni fil-faċċati.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7121.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni biex il-biċċa art li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar fi Triq G. Carafa, l-Imtarfa (id-dettalji tal-post eżatt qegħdin jingħataw separatament), titnaddaf u ma tibqax perikoluża kemm għar-residenti li joqogħdu hemmhekk kif ukoll għal min jidħol f’din l-art?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-art li għaliha qed issir referenza ma hemmx aċċess għaliha. Fil-passat il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa kien installa xatba biex jillimita kull aċċess għal din l-art. Barra minn hekk, hemm ukoll xi oġġetti li huma ta’ valur storiku. L-aċċess għal din l-art huwa limitat kemm għall-pubbliku u kif ukoll għall-ġirien.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri jittieħdu mill-Awtorità tad-Djar jew minn xi entità jew dipartiment ieħor sabiex id-dawl fil-komun ta' appartamenti u garaxxijiet fil-Binja Ħarriġiet, Imqabba, ma jitħalliex mixgħul mingħajr bżonn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar hija responsabbli biex twettaq tiswijiet meħtieġa wara li jiġu rrappurtati ħsarat fil-komun mill-inkwilini. Fil-każ imsemmi ma jirriżulta li hemm l-ebda rapport ta’ ħsarat fid-dawl tal-komun fl-erba’ entraturi ta’ Binja Ħarriġiet Imqabba. Bħala manutenzjoni ordinarja tal-komun, kull entratura f’dan il-blokk għandha Assoċjazzjoni tar-Residenti fejn l-Amministratur hu meqjus responsabbli.
Peress illi l-garaxxijiet ta' taħt il-parkeġġ ta' Binja Qlejgħa fl-Imtarfa ġew ċertifikati bħala ' dangerous structure' xhur ilu, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fil-parkeġġ? Jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ma bediex wara li fl-2021 kien intlaħaq ftehim bejn Infrastructure Malta u l-Awtorità tad-Djar, anke kif kien komunikat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement l-Awtorità tad-Djar, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa flimkien ma’ Infrastructure Malta għaddejjin b’diskussjonijiet dwar dan il-każ.
Awtorità tad-Djar – dwal użat f’komun ta’ binjiet, appartamenti u garaxxijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7624 u jgħid kemm kien l-ammont u l-valur ta’ dawl li ntuża fil-komun ta' binjiet, appartamenti u garaxxijiet, binja b’binja, matul is-sena 2022 u x'miżuri jittieħdu mill-Awtorità tad-Djar jew minn xi entità jew dipartiment ieħor sabiex id-dawl fil-komun ta' appartamenti u garaxxijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, ma jitħalliex mixgħul mingħajr bżonn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha spiża fil-ħlasijiet tad-dawl/ilma fil-komun ta’ binjiet, appartamenti u garaxxijiet tagħha hekk kif ġej:
· Partijiet Komuni fil-blokok li huma f’idejn l- Awtorità tad-Djar - nefqa globali ta’
€117,981.98c;
· Appartamenti li għadhom fuq isem l- Awtorità tad-Djar – nefqa globali ta’ €87,662.85c;
· Ma kien hemm l-ebda ħlasijiet fuq garaxxijiet li għadhom fuq isem l- Awtorità tad-Djar.
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-Awtorità tad-Djar tirċievi u tindirizza diversi talbiet minn inkwilini għal tiswijiet meħtieġa fil-komun ta’ blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali, bħal pereżempju switches li jintfew waħedhom wara ftit tal-ħin. Kull talba u rapport li jidħol għand l-Awtorità dejjem jiġi investigat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – persuni rreġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Awtorità tad-Djar – dwal użat f’komun ta’ binjiet, appartamenti u garaxxijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont u l-valur, ta’ dawl li ntuża fil-komun ta' binjiet, appartamenti u garaxxijiet, binja b’binja, matul is-sena 2022 u x'miżuri jittieħdu mill-Awtorità tad-Djar jew minn xi entità jew dipartiment ieħor sabiex id-dawl fil-komun ta' appartamenti u garaxxijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom ma jitħalliex mixgħul mingħajr bżonn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni biex il-biċċa art li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar fi Triq G. Carafa, l-Imtarfa, titnaddaf u ma tibqax perikoluża kemm għar-residenti li joqogħdu hemmhekk kif ukoll għal min jidħol f’din l-art?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema biċċa art fi Triq G.Carafa, l-Imtarfa qiegħda tirreferi sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6238 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jgħid kemm minn dawn huma għall-akkomodazzjoni f’Malta u kemm f’Għawdex? Jista' jgħid mis-sena 2018 sal-lum, sena b’sena, kemm ġew allokati units ġodda lill-applikanti li kienu fuq il-waiting list, f’liema lokalitajiet kienu dawn il-units u jekk f’kull każ dawn il-units humiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà tal-privat li ġew mikrija mill-Gvern għal dan l-iskop?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 1462 applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali. Minn dawn, 1423 jixtiequ akkomodazzjoni f’Malta filwaqt illi 39 jixtiequ akkomodazzjoni f’Għawdex.
Mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-lum*, l-Awtorità tad-Djar allokat 1428 proprjetà lill-applikanti. L-informazzjoni mitluba dwar il-lokalitajiet tal-units u jekk humiex proprjetà tal-Gvern jew mikrija mill-privat qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
*22 ta’ Frar 2023
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5436 jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4393, fejn il-Ministru qal li “ġie mwaqqaf il-Housing Development Fund li fost irwoli oħra se jkun qed joħloq fond biex jitwettqu proġetti ta’ tisbiħ madwar il-binjiet tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kbir dan il-fond, minn fejn ġejjin dawn il-fondi u liema binjiet se jkunu msebbħa matul l-2023?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota r-risposta mogħtija lilu fil-mistoqsija parlamentari 5436.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2018 u llum, l-individwi msemmija hawn taħt, kellhom servizz mal-Awtorità tad-Djar kif ġej:
Silvio Grixti
Membru fil-Bord Revisorju bejn l-2018 u l-2020. Ta’ dan is-servizz b’kollox irċieva €750.
Luciano Busuttil
Kien wieħed fost 67 avukat ieħor li applikaw għall-Espressjoni ta’ Interess EOI 2/2021 li ħarġet fit-22/11/2022 għal servizz ta’ avukat għall-perjodu ta’ sena mal-Awtorità tad-Djar, liema servizz għadu ma bediex jitħaddem.
Dr Etienne Grech u Dr Gavin Gulia ma kellhom l-ebda kuntratt ta’ konsulenza, servizz jew xort’oħra ta’ remunerazzjoni mal-Awtorità tad-Djar.
Inżid illi ma kien hemm l-ebda kuntratt ta’ konsulenza jew servizz bejn l-individwi msemmija u l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, l-HME u SPM Ltd.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Jista' l-Ministru jgħid x’embellishment sar, fejn sar, u x'tip ta’ embellishment sar fil-Housing Estates madwar Malta?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar tisbiħ u manutenzjoni ta’ binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali, mis-sena 2013 sal-2022 l-Awtorità tad-Djar wettqet diversi proġetti ġewwa Housing Estates madwar Malta. Ix-xogħlijiet f’dawn il-proġetti jiffukaw primarjament fuq tisbiħ tal-faċċati, tindif tal-ġebla, tikħil ta’ fili, kisi u żebgħa tal-ħitan, waterproofing fuq il-bjut u rinovar ġenerali tal-partijiet komuni skont xi jkun meħtieġ l-aktar fil-binja partikolari.
Lista’ tal-proġetti li twettqu u tlestew f’dawn l-aħħar snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7121, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żvilupp ġdid ippjanat fiż-żona ta’ Triq it-Tank fis-Siġġiewi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar kisbet il-permess għall-bini ta’ blokk ta’ 34 appartament, garaxxijiet u spazji għall-parkeġġ (car spaces) fi Triq it-Tank is-Siġġiewi u nħarġet is-sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ dan il-blokk.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (GALDES, RODERICK)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.