Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjonijiet — Direct Order ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?
Fid-dawl li f’kull ċitazzjoni u f’kull kumpilazzjoni li bdew wara l-Inkjesta Maġisterjali VGH/Stewards hemm l-akkuża li l-frodi u l-misappropriation saru “għad-dannu tal-Gvern ta’ Malta”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Avukat tal-Istat ma talabx lill-Qorti tal-Maġistrati sabiex ikun ammess bħala parti offiża għan-nom tal-Istat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellant għall-Artikolu 4, sub-inċiż 1, tal-Kodiċi Kriminali illi jistipula s-segwenti:
L-azzjoni kriminali hija essenzjalment pubblika, u tmiss lill-Istat u titmexxa fl-isem tar-Repubblika ta’ Malta bil-mezz tal-Pulizija Eżekuttiva jew tal-Avukat Ġenerali, kif ikun il-każ,skont il-liġi.
Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja — Sejħiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġu sejħiet għal Direttur Ġenerali tal-Qrati fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti d-data għal kull sejħa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar ħames snin ma ħarġux sejħiet għal Direttur Ġenerali tal-Qrati, stante li d-dmirijiet tad-Direttur Ġenerali tal-Qrati ġew vestiti fil-Kap Eżekuttiv ai termini tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 595.34.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20120 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinhargu kif approvati centralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella miġbura mill-informazzjoni disponibli mill-2015 sa’ Mejju 2024.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba vjolenza domestika minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ vjolenza domestika pendenti fil-Qorti bħalissa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-2 ta’ Lulju l-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika pendenti huwa ta’ elfejn mitejn u tnejn (2202) li minnhom 2101 huma ta’ kompetenza ordinarja tal-Qorti tal-Maġistrati u 101 huma kumpilazzjonijiet.
Ix-Xemxija — Is-sit tal-Mistra Village - Rapporti dwar xogħlijiet barra l-ħin permessibbli
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 dwar is-sit tal-Mistra Village, jista' l-Ministru jgħid meta daħlu r-rapporti dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li daħlu dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 kienu bejn iż-żmien li inbdew x-xogħlijiet fuq is-sit tal-Mistra Village sakemm twieġbet il-mistoqsija msemmija. Kull meta daħal rapport, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni investigat il-każ, inġibdet l-attenzjoni tal-iżvillupatur u ttieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet neċċessarji.
Ix-Xemxija — Is-sit tal-Mistra Village - Rapporti dwar emissjonijiet ta' trab
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12802 dwar is-sit tal-Mistra Village, jista' l-Ministru jgħid meta daħlu r-rapporti dwar emissjonijiet ta' trab u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li daħlu dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 kienu bejn iż-żmien li inbdew x-xogħlijiet fuq is-sit tal-Mistra Village sakemm twieġbet il-mistoqsija msemmija. Kull meta daħal rapport l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni investigat il-każ u inġibdet l-attenzjoni tal-iżvillupatur u ttieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet neċċessarji.
Ix-Xemxija — Is-sit tal-Mistra Village - Rapporti dwar ġebel mikxuf
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12802 dwar is-sit tal-Mistra Village, jista' l-Ministru jgħid meta daħlu r-rapporti dwar munzell kbir ta' ġebel mikxuf li jikkawża tniġġis fl-arja u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li daħlu dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 kienu bejn iż-żmien li inbdew x-xogħlijiet fuq is-sit tal-Mistra Village sakemm twieġbet il-mistoqsija msemmija. Kull meta daħal rapport l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni investigat il-każ u inġibdet l-attenzjoni tal-iżvillupatur u ttieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet neċċessarji.
Ir-Riforma fis-Sistema tal-Kumpilazzjonijiet u tar-Rinviji
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika, li għalqet nhar il-31 ta' Mejju 2023?
Riforma Ġustizzja aktar effettiva mal-Vittmi tad-Droga
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma msejħa "Ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga" bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika, li għalqet nhar id-9 ta' Frar 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sottomissjonijiet mibgħuta qed jiġu analizzati u meħuda inkonsiderazzjoni. Meta dan il-proċess ikun konkluż ser jiġi ppubblikat rapport kif isir wara kull konsultazzjoni pubblika.
CJEU — Interpretazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il referenza dwar interpretazzjoni ta’ xi liġi tal-Unjoni Ewropea saret lill-Court of Justice of the European Union (CJEU) mill-Qrati Maltin mill-bidu tas-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn il-bidu tas-sena 2023 sad-data ta’ din it-tweġiba saret referenza waħda (1) mill-Qrati Maltin lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja (QĠUE) dwar interpretazzjoni ta’ liġi tal-Unjoni Ewropea.