Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Motor Transport Drivers u Heavy Plant Drivers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fil-grad ta' Motor Transport Driver u Heavy Plant Driver li jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm:
Operative III (Motor Transport Driver)2
Operative IV (Heavy Plant Driver)17
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Kunsilli Lokali - Lista ta’ toroq
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi talbu li jsiru mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 f’Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità u liema minnhom saru u liema minnhom ma sarux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
In-Nadur/Xewkija — Triq Ta' Xħajma - Pjan temporanju tal-immaniġġjar tat-traffiku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24588 dwar x'miżuri qed jittieħdu biex jitneħħa l-periklu serju meta vetturi jidħlu u joħorġu mill-Park and Ride għal Triq Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur/Xewkija, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-pjan temporanju tal-immaniġġjar tat-traffiku li mexa bih il-Ministeru tiegħu hekk kif maħruġ mill-Awtorità tat-Trasport? Jista’ jgħid ukoll għaliex dan il-pjan huwa temporanju u jqiegħed dan il-pjan temporanju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-pjan temporanju maħruġ minn Transport Malta jikkonsisti f’numru ta’ tabelli tat-traffiku. Il-pjan huwa temporanju sakemm isiru l-istudji neċessarji għal pjan iktar ħolistiku dwar l-immaniġġjar tat-traffiku; kemm dak li jkun dieħel u ħiereg mill-multi-modal hub u kif ukoll dak li jkun dak li jkun dieħel u ħiereġ mill-korsa taż-żwiemel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta maħruġa minn Transport Malta rigward dan il-pjan temporanju għat-traffiku fiż-żona msemmija.
Attachments:PQ25210 - Temporary Traffic Management for Park and Ride..pdf
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumitat ORNIS iddiskutiex il-problema tal-ħamiem selvaġġ? Jekk iva, meta u x’rakkomandazzjonijiet ħareġ bihom biex jiġi kkontrollat l-istess ħamiem selvaġġ, minħabba l-ħmieġ u l-periklu għas-saħħa li qed joħloq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull darba li tressqet talba quddiem il-kumitat ORNIS, dan iddiskutiha kif ukoll ta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ai termini tal-liġi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23896, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet li ilhom ikarkru s-snin? Jista’ l-Ministru jara li dawn iż-żewġ kmamar jibdew jintużaw biex jiġu ttrattati persuni li jsofru inċidenti fiċ-Ċirkewwa Marine Park minflok ma jibqgħu jiġu trattati fil-miftuħ, jew fuq it-tarmac jew xi bank tal-konkos?
Jista' l-Ministru jistħarreġ dwar b'liema dritt vetturi kummerċjali kbar privati jiġu mħollija pparkjati fiż-żona ristretta ta' quddiem dawn il-kmamar għal diversi jiem? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-vetturi jħallsux xi dritt lill-kumpanija sabiex jużaw din iż-żona jew ingħatax xi permess partikolari? Jistgħu jittieħdu passi biex din l-art pubblika ta' circa 50 metru kwadru (skont kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament) minflok tintuża bħala parkeġġ tiġi mgħoddija liċ-Ċirkewwa Marine Park / l-Awtorità tat-Turiżmu sabiex il-faċilitajiet taċ-Ċirkewwa jilqgħu għaż-żieda fl-interess tal-għadds f'din iż-żona u b'hekk tiġi megħjuna l-industrija tat-turiżmu u l-għaddasa lokali fl-istaġun ewlieni meta hemmhekk qed ikun hemm nuqqas ta' parkeġġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn iż-żewġ kmamar, flimkien maż-żona msemmija, qegħdin jintużaw mil-Gozo Channel Operations Ltd. Bħalissa qiegħed isir xogħol ta’ rinovar u tibjid f’dawn il-kmamar. Il-vetturi msemmija jiġu pparkjati għal ftit siegħat sakemm jiġu mgħobbija fuq il-vapur.
Din iż-żona flimkien mal-kmamar imsemmija huma mikrija minn Transport Malta lill-Gozo Channel Operations Ltd flimkien mal-kumplament tat-terminals, u jaqgħu f’żona fejn l-aċċess huwa ristrett minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Il-Gozo Channel Operations Ltd hija disposta biex tiddiskuti maċ-Ċirkewwa Marine Park biex tara kif tista’ tgħin f’dan ir-rigward.
Sejħa għal 'hire of one ropax vessel under a time charter agreement (bimco ropaxtime)'
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar li ħarġet u fiex wasal il-proċess biex tinħareġ sejħa mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar 'for the hire of one ropax vessel under a time charter agreement (bimco ropaxtime)' biex jerġa’ jinkera r-raba’ vapur għall-Gozo Channel? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel tinsab fil-proċess li toħroġ tender għall-kiri tar-raba’ vapur.
Jista' Ministru jgħid kemm intużaw fondi Ewropej li kienu allokati għall-gżira ta' Għawdex mill-Ministeru tiegħu matul l-2024 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fuq liema proġetti? Jista’ jgħid ukoll kemm intużaw s’issa fondi fuq kull proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — kariga ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects)
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24530, fejn intqal li ħadd ma qed jokkupa l-kariga ferm importanti għal Għawdex u għall-Ministeru ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects), jista’ l-Ministru jgħid min hi/hu l-persuna u xi grad għandu/ha li fil-preżent u f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur qed jagħmel xogħol relatat ma’ dak il-post?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol relatat ma’ major projects sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-PQ qed isir mid-Direttur Ġenerali tal-iStrateġija u Support kif ilu jsir dawn l-aħħar snin.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitolati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Għawdex — Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3651 u 7574 li ngħataw fl-14 ta' Novembru 2022 u fis-17 ta' April 2023 u 19220 li ngħatat fil-15 ta' Mejju 2024 rispettivament, dwar xogħlijiet meħtieġa fil-parti tat-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq wara li bdiet tisfronda ftit wara li kienet tranġat, fejn kien intqal li x-xogħlijiet huma ppjanati li jsiru ladarba jiġi pproċessat it-tender, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ġiex ipproċessat, jekk ġiex awarded, kemm hu l-valur li għalih ġie awarded u jindika meta hu maħsub li jibda x-xogħol meħtieġ u jitlesta fuq l-imsemmija triq u fiex x'se jkun jikkonsisti x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġiet awarded u bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji sabiex jinbeda x-xogħol.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Kunsilli Lokali - Lista ta’ toroq
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi talbu li jsiru mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar matul is-sena 2025, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena rċivejna talbat mingħand il-Kunsill Ta’ Kerċem biex isiru xogħlijiet mhux mistennija fuq Triq Għajn Tuta, Ta’ Kerċem, wara li waqt ix-xogħlijiet ħareġ li hemm bżonn li parti mit-triq tintrifed bil-boltijiet, u li liema spiża tintela’ għal Eur 93,088.30.
Design and artwork — Sejħa għall-proposti għall-artisti
Question
B'referenza għas-sejħa għall-proposti għall-artisti li kienet saret f'Awwissu tas-sena 2021 mill-Ministeru tiegħu għal design and artwork biex dawk li jintgħażlu jkollhom ix-xogħol tagħhom esebit b'mod permanenti mal-ħitan tat-Triq id-Donaturi tad-Demm, it-triq li twassal għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’kien sar minn din is-sejħa għall-proposti, x’kien l-eżitu u x'fadal isir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dik is-sejħa tal-espressjoni ta’ interess kien hemm artist wieħed biss li tefa’ l-proposta tiegħu. Madanakollu l-artist ma laħaqx il-kriterji t’eliġibilità u allura l-proċess ingħalaq hemm.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24801 dwar il-post/garaxx li kien użat bħala supermarket u li se jinbena bħala uffiċċju tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jagħti l-ammont eżatt ta' flus li ngħataw lill-privat sabiex isiru l-alterazzjonijiet fil-bini u dan l-uffiċċju jiġi komplut?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ kemm ħallset il-Gozo Channel għax-xogħolijiet f’dan il-post huwa ta’ Eur240,573.
Awtorità tal-Ippjanar — Kultivazzjoni tal-kannabis - Change of use
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux meħtieġ li ssir applikazzjoni għaċ-change of use mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex binja li ma tkunx qed tintuża għall-kultivazzjoni tal-kannabis tkun tista' tiġi użata bħala faċilità għall-kultivazzjoni tal-kannabis?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tkun tista' tirraporta illegalità jew kontravenzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar waqt li tibqa' anonima?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tinvestiga kull ilment li tirċievi, u tieħu azzjoni fejn meħtieġ. Iżda meta l-ilment ma jkunx ċar jew id-dettalji pprovduti jkunu insuffiċjenti jew saħansitra ma jkunx jista’ jinstab is-sit, l-ilment ma jkunx jista’ jiġi investigat.
F’dan il-każ, l-uffiċjali tal-Awtorità jerġgħu jagħmlu kuntatt ma’ min għamel l-ilment biex tinġabar aktar informazzjoni.
Għaldaqstant, l-Awtorità titlob lil min qiegħed jagħmel l-ilment sabiex jipprovdi dettalji fejn jista’ jiġi kkuntattjat, biex f’każ li jkun hemm bżonn kjarifika jew informazzjoni ulterjuri, l-uffiċjali jkunu f’pożizzjoni li jġibu din l-informazzjoni, u l-Awtorità tkun tista’ tinforma lil min għamel l-ilment bir-riżultat tal-investigazzjoni wara li tiġi konkluża.
Urban Improvement Fund u mid-Development Planning Fund
Question
Jista' l-Ministru jelenka liema kienu l-proġetti li ġew iffinanzjati mill-Urban Improvement Fund u mid-Development Planning Fund, fond b’fond, sena b’sena u lokalità b’lokalità, mill-1 ta' Frar 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2025? Jista’ jgħid ukoll x'kien l-ammont ta' finanzjament proġett bi proġett, fejn sar kull proġett u x'inhu l-istatus ta' kull proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal biex isiru t-tiswijiet neċessarji fuq Ġnien Tliet Għoljiet ġewwa Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-preparazzjoni tas-sejħa għall-offerti biex isiru t-tiswijiet neċessarji u l-bdil tal-‘play equipment’ qiegħda fl-aħħar fażijiet tagħha u din se tkun ippublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Żebbuġ, Għawdex — Triq Ta’ Ċenċ u Triq Mons. Ġużeppi De Piro - Xogħlijiet
Question
Fid-dawl li Triq Ta’ Ċenċ u Triq Mons. Ġużeppi De Piro, Żebbuġ, Għawdex ilhom magħluqa għal kważi tliet snin, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fuqhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qegħda fl-aħħar stadju ta’ evalwazzjoni.