Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi upgraded ix-Xewkija Industrial Estate?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żona industrijali tax-Xewkija hija waħda miż-żoni li ser jiġu upgraded permezz ta’ skema iffinanzjata mill-Fondi Ewropej għall-iżvilupp Reġjonali 2007 u 2013. Huwa maħsub li x-xogħol jitlesta fix-xhur li ġejjin.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10817 dwar il-kumpless ta' Ħal Ferħ, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħass li kellu joħroġ sejħa għall-offerti ta' l-art in kwestjoni biex tingħata b'ċens perpetwu? Jista' jagħti r-raġuni għaliex art tal-poplu se jagħtiha b'ċens perpetwu u mhux kif ħafna drabi jsir, bħal per eżempju, tingħata għal perijodu twil ta' 99 sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jew ażjendi li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-VAT u income tax? Kemm hu stmat li hu l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li kienu regolari mad-Dipartiment tal-VAT sas-sena 2008 u li waqgħu lura fil-pagamenti matul l-2009 huma kif ġej.
i) dawk li l-bilanċ dovut tagħhom huwa ‘l fuq minn €50 huma 1196 li jammontaw għal €11,322,919;
ii) hemm ukoll 1095 li l-bilanċ tagħhom huwa bejn €1 u €50 li jammontaw għal €17,477.04.
Persuni jew ażjendi li waqgħu lura fil-ħlas ta’ taxxa fuq l-
income
jammontaw għal 4,642, u il-bilanċ dovut huwa ta’ €18,904,666.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu arretrati xi jħallas id-Dipartiment tal-Artijiet? Kemm ilhom jistennew dawk li għandhom jieħdu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-book value, sa l-aħħar ta’ Ġunju 2009, tal-valur ta’ l-art esproprijata li l-kumpens għaliha għadu ma tħallasx jammonta għal €47,468,313. Irid jingħad illi dan l-ammont ma jinkludix xi żieda li jista’ jkun hemm fil-valur tal-art minħabba li jkun jeħtieġ li ssir stima riveduta skond it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88) u minħabba li ma jinkludix l-imgħax dovut lis-sidien.
Il-kumpens dovut imur lura diversi snin billi fost l-oħrajn hemm artijiet fejn qatt ma ġie stabbilit min huma s-sidien tagħhom.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jispjega fiex wasal il-proġett tal-Gvern għall-villaġġ tas-snajja f'Ta Qali wara l-laqgħat li saru ma' dawk konċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel fażi tal-proċess ta' konsultazzjoni mas-sidien ta' Ta Qali tlesta.
Fil-ġimgħat li ġejjin, l-MIP ser ikollha l-ewwel abbozzi tal-proġett il-ġdid, u dawn ser ikunu diskussi għal darb'oħra mas-sidien.
Jista' l-Ministru jgħid x'titlu għandha l-kumpanija privata li qed tokkupa u topera minn parti mill-Ħal Far fire training grounds? Meta ingħatalha dan it-titlu? X'inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatalha dan it-titlu? Dawn il-kundizzjonijiet huma miftuħa għal kumpaniji oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress li l-ftehim li hemm mal-kumpanija privata li qed topera parti mill-Ħal Far Fire Training Grounds ma sarx mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, iżda sar mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kumpaniji — Għajnuna mill-Gvern minħabba riċessjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li talbu xi għajnuna lill-gvern biex itaffu l-effetti tar-riċessjoni? Kemm ġew milqugħa? X’tip ta’ għajnuna ngħatat? Kemm nefaq il-gvern u mil-liema budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sa issa kien hemm 27 kumpanija li talbet għajnuna mingħand il-Gvern biex itaffu l-effetti tar-riċessjoni. Minn dawn ġew milqugħa t-talbiet ta’ 10 kumpanniji u 2 minn dawn il-kumpanniji ddeċidew li ma jiħdux l-assistenza offruta lilhom. Diskussjonijiet għadhom għaddejjin ma’ 6 minn dawn is-27 kumpannija, filwaqt li 3 minn dawn il-kumpanniji għalqu. It-8 kumpanniji l-oħra ma ssodisfawx il-kriterji meħtieġa biex jiġu eliġibbli għall-għajnuna.
Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11202.
L-assistenza toħroġ mill-Vot tal-Inċentivi tal-
Malta Enterprise
.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena finanzjarja kemm kien l-ammont globali li ġabar il-Gvern mill-VAT? Kif jikkompara mal-istess żmien tas-sena li għaddiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena u fl-istess perijodu tas-sena, finanzjarja li għaddiet, l-ammont globali li ġabar il-Gvern mill-VAT kien kif spjegat hawn taħt:
2008
2009
Gross
€352,834,133 €325,179,091
Refunds € 69,721,791 € 63,512,762
NET €283,112,342 €261,666,329
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet, xahar b’xahar, l-inflazzjoni f’Malta f’dawn it-tmien xhur ta’ din is-sena finanzjarja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-Indiċi tal-prezzijiet bl-imnut fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena ir-rati ta’ l-inflazzjoni kienu:
Jannar 2009 4.26%
Frar 2009 4.30%
Marzu 2009 4.32%
April 2009 4.36%
Mejju 2009 4.34%
Ġunju 2009 4.23%
Lulju 2009 3.95%
Awwissu 2009 3.71%
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni u kemm kienet l-esportazzjoni minn Malta fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena? Kif tikkompara mal-figuri tas-sena li għaddiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-importazzjoni u l-esporatzzjoni minn Malta fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena huwa kif jidher f’din it-tabella:
National Statistics Office - Malta - International Trade and Transport Statistics Unit B2
Trade Totals Jannar - Lulju 2008/2009
Data as on 30/09/2009
Provizorji
Valur €
2008 Jannar - Lulju 2009 Janna
r-Lulju
Importazzjoni 2,058,030,829 1,628,043,959
Esportazzjoni 1,203,810,268 917,319,415
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li matul l-aħħar sena ikkwalifikaw għall-iskema ta' inċentivi għall-intrapriżi li lesti jinvestu fil-ġenerazzjoni ta' enerġija li tiġġedded u fl-użu aħjar tal-enerġija imħabbra fl-aħħar budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2009 ġiet imniedija skema ta’ inċentivi għall-intrapriżi intenzjonata sabiex tgħin investiment fil-ġenerazzjoni ta' enerġija li tiġġedded, kif ukoll investiment f’inizjattivi li jnaqqsu sostanzjalment l-użu ta’ l-enerġija.
L-iskema konċernata jisimha “
ERDF Energy Grant Scheme
”. Din l-iskema għandha
budget
ta’ €10 miljuni.
Fl-ewwel sejħa ġew approvati 61 applikazzjonijiet. L-ammont totali ta’ għajnuna li ġiet approvata kienet ta’ €3,519,238.68.
It-tieni sejħa għalqet fit-tnejn ta’ Ottubru u daħlu 107 applikazzjonijiet. L-ammont totali mitlub kien ta’ €5,975,307.31 u dawn 1-applikazzjonijiet qegħdin jiġu evalwati.
Good Causes Fund — għaqdiet/organizzazzjonijiet li bbenefikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet/organizzazzjonijiet li matul din is-sena bbenefikaw mill-Good Causes Fund? Kemm kien l-ammont li ħadu kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għal-lista ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ta’proġetti u inizzjattivi li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja min-National Lotteries Good Causes Fund fl-ewwel tliet kwarti tas-sena.
Fomm ir-Riħ u Ġnejna — art li ġiet repossessed mill-Gvern
Question
B'referenza għal dak li ġie rapportat li qal is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi fir-rigwrd ta' art fl-inħawi ta' Fomm ir-Riħ u l-Ġnejna li ittieħdet lura mill-Gvern, jista' l-Ministru jgħid:
a) Min hu l-avukat li tqabbad mid-dipartiment li hu espert fil-latin?
b) Kif ġie magħżul dan l-avukat?
ċ) Kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li turi l-art li ġiet repossessed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li t-Taqsima Propjeta tal-Gvern irreġistrat favur il-Gvern ta’ Malta art estensiva li kienet tinkudi wkoll circa 4.4 kilometri ta’ xatt il-baħar (foreshore) fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ, Ġnejna, Mġarr Malta diversi persuni għamlu rappreżentazzjonijiet dwar it-titolu tal-art hekk reġistrata.
It-Taqsima rċeviet talbiet bil-miktub fejn dawn is-sidien urew li partijiet sostanzjali minn din l-art effettivament kienet tappartjeni lilhom għal diversi ġenerazzjonijiet. It-talba tas-sidien kienet akkumpanjata minn diversi dokumenti biex iservu ta’ prova li l-art in kwistjoni kienet tagħhom. Dawn id-dokumenti kienu voluminużi u kumplessi għall-aħħar. Dokumenti b’testmenti u kuntratt ta’ bejgħ u xiri, bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Latin li jmorru lura għas-seklu sbatax. Kien jeħtieġ wkoll studju akkademiku kif wkoll riċerki anke fl-Arkivji tal-Qrati Ċivili.
Peress li kien hemm bżonn tweġiba urgenti biex jiġu vverifikat l-allegazzjonijiet ta’ dawn is-sidien, ġie avviċinat l-Avukat Dr. Peter Caruana Galiza, persuna edotta fil-ġurisprudenza in materja kif wkoll mill-istitut tal-Primo Genitu li ġie vvantat minn dawn is-sidien, biex jagħti parir legali lit-Taqsima Propjeta tal-Gvern dwar jekk u sa fejn kellhom titolu validu dawn is-sidien u fil-konfront ta’ liema art jew artijiet.
Il-parir legali tal-Avukat Dr. Peter Caruana Galizia wassal għal soluzzjoni kif il-Gvern ta’ Malta ppriserva t-titolu dwar xatt il-baħar (foreshore).
L-Avukat Dr. Peter Caruana Galiza tħallas is-somma ta’ €295 li tikludi 18% VAT.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’
site plan
li turi l-art li giet
repossessed
.
Ħaddiema b'ċittadinanza Maltija li jaħdmu l-Italja
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument, kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/professjonijisti eċċ. b'ċittadinanza Maltija reġistrati li jaħdmu l-Italja u li huma eżenti mit-taxxa tal-income? Dan frott il-ftehiem ta' eżenzjoni tat-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11246.
Ħaddiema b'ċittadinanza Maltija li jaħdmu l-Kanada
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument, kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/professjonijisti eċċ. b'ċittadinanza Maltija reġistrati li jaħdmu l-Kanada u li huma eżenti mit-taxxa tal-income? Dan frott il-ftehim ta' eżenzjoni tat-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11246.
Ħaddiema b'ċittadinanza Maltija li jaħdmu l-Awstralja
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fil-mument, kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/professjonijisti eċċ. b'ċittadinanza Maltija reġistrati li jaħdmu l-Awstralja u li huma eżenti mit-taxxa tal-income? Dan frott il-ftehiem ta' eżenzjoni tat-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11246.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern biex jipprivatizza l-Gozo Channel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’ dan l-istadju il-Gvern m’għandux il-ħsieb li jipprivatizza lil Gozo Channel. Il-prijorita bħalissa hija il-‘Public Service Obligation Contract’.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' refurbishment
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-Ministeru, ( private secretariat) mill-bidu tal-2009 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm kien s'issa b'mod separat il-valur tax-xogħol differenti li sar?
Response (FENECH, TONIO)
F'dawn l-aħħar snin fil-Ministeru għaddej programm intensiv ta' refurbishment kemm biex jiġi ppreservat il-bini kif ukoll biex jipprovdi s-servizzi neċċessarji għall-okkupanti. Riedu jsiru arranġamenti biex jagħmel tajjeb għaż-żieda tan-nies peress li kiber l-operat tal-Ministeru.
Fost dawn ix-xogħolijiet ta'
refurbishment
hemm it-tisħiħ tas-sulari li ġew allokati lis-Segretarjat Privat. Dan iċ-ċaqliq kien neċessarju sabiex ikun jista' jintlaqa' s-Segretarju Parlamentari tal-Ministeru li bħalissa qed jokkupa bini ieħor. B'hekk, dan ta’ l-aħħar ikun qed jifforma parti ntegrali mill-Ministeru u fl-istess ħin jiġu lliberati l-uffiċini preżenti tiegħu.
Ix-xogħlijiet neċessarji kienu jikkonsistu f'għamara,
energy efficient light fittings
, u
equipment
(€147,287), xogħol ta’
refurbishment
, purtieri u tranġar ta’ bibien, (€ 24,500). Xogħlijiet oħra ta’ żebgħa, kmamar tal-banju u njam sar mill-ħaddiema tal-Kalaxlokk.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pjan t'azzjoni li kellu jitfassal bejn il-Malta Enterprise u l-Ministeru t'Għawdex għall-promozzjoni t'Għawdex għall-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi? Jekk huwa lest, jista' jpoġġi kopja ta' dan il-pjan t'azzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise qiegħda kontinwament taħdem fuq il-promozzjoni u assistenza għal Għawdex.
Dan l-eżerċizzju ma jinvolvix biss li jinkoraġixxi l-investiment, imma anke li jirrevedi l-istrateġija u l-proċeduri tal-
Malta Enterprise
.
Din ta’ l-aħħar isseħħ billi kultant żmien l-
Malta Enterprise
tikkonsulta ma’
stakeholders
li jinkludu l-Ministeru ta’ Għawdex kif ukoll entitajiet oħra. Dawn jinkludu l-kmamar tal-kummerċ lokali, assoċjazzjonijiet industrijali kif ukoll entitajiet oħra bħalma huma l-
Finance Malta
u l-NSO fejn tinġabar l-informazzjoni prinċipali biex b’hekk toħroġ strateġija.
L-istrateġiji tal-
Malta Enterprise
li jirrigwardaw lil Għawdex jiġu ppubblikati skont u meta jkun hemm bżonn ta’ l-intervent tal-pubbliku.